1. Introduzzjoni – Min hu s-Saċerdot?

Verżjoni Vidjo: Min hu s-Saċerdot?

Dokument sħiħ PDF jew WORD ta’ Talb għas-Saċerdoti.

eucharist-1591663Min hu s-Saċerdot?

Ejjew naħsbu għal ftit mumenti fuq il-kobor tas-Saċerdozju fil-Knisja, fuq il-qawwa tas-saċerdoti li jaħfru d-dnubiet f’isem Alla, fuq is-setgħa li jikkonsagraw sempliċi ħobż fil-Ġisem, ir-Ruħ u d-Divinita’ ta’ Sidna Ġesu’ Kristu. Naħsbu fuq ir-responsabbilta’ tremenda tas-saċerdoti fejn jidħol id-destin etern tal-erwieħ immortali li huma fdati f’idejhom u li huma għandhom jiggwidaw lil dawn l-erwieħ billi jxandrulhom il-Verita’ Sħiħa u jwissuhom biex iżommu fit-triq id-dritta tal-Kmandamenti t’Alla. Issa, is-Sagrament tal-Ordni Sagri huwa wieħed mit-tliet Sagramenti li bniedem jista’ jirċievi darba biss, għax dawn iħallu siġill dejjiemi fir-ruħ ta’ min jirċevihom.

Minħabba l-effett kbir u l-influenza sinifikanti fuq il-ħajja tal-bniedem, il-Knisja tpoġġi persuni bħala għajnuna, anki meta dawn is-sagramenti jirċevihom adult. Fejn, mela, nistaqsi, huma l-isponsers għas-saċerdot? Huwa din il-grazzja mhux tqila biżżejjed biex jistħoqqilha dan is-sapport? Ċertament li l-Mulej fada lis-saċerdoti kollha tiegħu ma’ San Ġwann f’idejn il-merti tal-Omm Imbierka taħt is-salib! Imma hi ma tkunx ferħana li jkollha llum iben jew bint li jgħinuha f’din ir-responsabbilta’ permezz ta’ interċessjoni, sagrifiċċji u kull xorta ta’ għajnuna lis-saċerdoti li huma l-ulied ta’ qalbha? Ċertament li ħadd m’għandu dubji dwar dan.

X’sejħa nobbli hi din li wieħed jilqa’ fuqu l-missjoni li jissapportja lil xi saċerdoti, billi jgħinhom fir-responsabbilta’ mmensa tagħhom fejn jidħlu l-affarijiet qaddisa t’Alla f’dinja dejjem iżjed sekularizzata. Tissapportjahom bit-talb speċjali tiegħek, biċ-ċaħdiet żgħar jew kbar li inti toffri lill-Mulej għalihom, b’offerta b’imħabba tad-diffikultajiet li ġġib magħha l-ħajja tiegħek ta’ kuljum u flimkien ma’ għajnuna prattika fil-parroċċi, knejjes, kappelli, djar, kunventi, skejjel, sptarijiet u postijiet oħra fejn is-saċerdoti jkunu qed iwettqu l-appostolat tagħhom. F’dan int tassew iben u bint is-Sinjura! F’dan int tassew għajnuna xierqa għas-saċerdoti.

Il-Mulej wiegħed:

“Min jilqa’ lilkom ikun jilqa’ Lili, … u kull min jagħti mqar tazza ilma frisk lil xi ħadd minn dawn l-iżgħar għax huwa dixxiplu, tassew nghidilkom li ma jitlifx il-ħlas tiegħu.” (Mt. 10:40,42)

J’Alla il-ħlas tal-Mulej ikun il-grazzja li int ikollok dejjem saċerdot li jagħtik kuljum lil Ġesu’ fis-Sagrament Imqaddes u fl-aħħar ta’ ħajtek ferħ etern.

One thought on “1. Introduzzjoni – Min hu s-Saċerdot?

  1. Pingback: Talb għall-bżonnijiet tas-Saċerdoti – L-Ewkaristija u s-Saċerdozju

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s