Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mark 1: 14-20
L-Evanġelju skont San Mark 1:14-20
[Mk:1:14] F’dak iż-żmien, wara li arrestaw lil Ġwanni, Ġesù mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla
[Mk:1:15] u jgħid: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evanġelju.”
[Mk:1:16] Waqt li kien għaddej ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, lemaħ lil Xmun u ‘l ħuh Indrì qegħdin ikalaw ix-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda.
[Mk:1:17] U Ġesù qalilhom: “Ejjew warajja, u nagħmel minnkom sajjieda tal-bnedmin.”
[Mk:1:18] U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh.
[Mk:1:19] Wara li mexa ftit ieħor ra lil Ġakbu ta’ Żebedew u lil ħuh Ġwanni fid-dgħajsa qegħdin isewwu x-xbiek,
[Mk:1:20] u minnufih sejjħilhom. U huma telqu lil missierhom Żebedew fid-dgħajsa mal-lavranti, u marru warajh.
Kummentarju u Meditazzjoni Qasira
Fl-għażla tat-tnax-il appostlu nilmħu karatteristika tipika tal-ħidma t’Alla. Ġesu’ għażel nies ordinarji – ma kienux professjonalisti lanqas kellhom xi rikezzi jew xi pożizzjoni importanti. Għażilhom minn qalb in-nies komuni li kienu jgħixu ħajja ordinarja. Ma kellhomx xi edukazzjoni speċjali u ma kellhom l-ebda vantaġġi soċjali.
Ġesu’ ried nies ordinarji li setgħu jilqgħu s-sejħa tiegħu u jwettquha staordinarjament tajjeb. Huwa għażel lil dawn l-irġiel mhux għal dak li kienu, imma għal dak li kienu jistgħu jsiru taħt id-direzzjoni u l-qawwa tiegħu.
Ħsieb għal Qalbek …
Meta l-Mulej isejħilna biex inservuh m’għandiex naħsbu li ma għandna xejn x’noffru. Il-Mulej jilqa’ dak li nies ordinarji bħalna nistgħu noffrulu u jużah għat-tkabbir tas-Saltna tiegħu.
Int temmen li l-Mulej irid jaħdem permezz tiegħek u fik għall-glorja tiegħu?
Itlob …
Mulej, Inti għażiltni biex inkun dixxiplu tiegħek. Ħu u ilqa’ dak kollu li għandi x’noffrilek, żgħir kemm hu żgħir, għall-glorja t’Ismek. Ammen.