19. Talba għall-konfessur tiegħi

Dokument sħiħ PDF jew WORD ta’ Talb għall-Bżonnijiet tas-Saċerdoti.

Sacrament of ReconciliationTalba għall-Konfessur Tiegħi

Filwaqt li nitolbok, O Alla tiegħi, il-grazzji li ninħtieġ, nista’ jien, mingħajr ingratitudni, ninsa quddiemek lil dak li Int għażilt fost il-ministri Tiegħek biex iħabbibni Miegħek bis-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni…

Indenja, nitolbok, O Alla tiegħi, li żżejjen lir-ruħ tiegħu b’dawk il-virtujiet li jixirqu lid-doveri tal-ministeru tal-għaġeb li bih Inti żejjintu… Agħtih il-Fidi ta’ San Pietru, l-imħabba ta’ San Pawl, il-Qawwa ta’ San Ġwann Kriżostmu, il-Liberta’ Evanġelika ta’ San Ambroġ, l-Għerf ta’ Santu Wistin, il-Qdusija ta’ San Bernard, iż-żelu ta’ San Carlo Borromeo, il-qalb tajba ta’ San Franġisk de Sales, u l-umilta’ ta’ San Vinċens de Paul.

Mexxieh, Inti stess, O Mulej, fl-azzjonijiet kollha tiegħu sabiex wara li jkun qaddej prudenti u fidil tal-misteri Tiegħek, ikun jista’ jirċievi wara dil-ħajja, mill-idejn ġenerużi Tiegħek il-kuruna li Inti wegħidt lis-Saċerdoti li jkunu kkonsagraw ruħhom biex isalvaw lill-bnedmin ħuthom mit-triq tad-dnub u li jdaħħluhom fit-triq tal-paċi u tal-ġustizzja. Hekk ikun.