🌻 Malli dinbu, Adam u Eva raw:
- li kienu għarwenin:
- stħaw minn xulxin;
- stħaw minn Alla;
- stħaw minnhom nfushom; u
- nħbew quddiem il-ħolqien, flok baqgħu padruni tiegħu.
🌻 Dan ifisser li meta Adam u Eva dinbu, mietu spiritwalment u tilfu d-dinjita’ tagħhom.
🌻 Qabel ma dinbu kienu bla ħwejjeġ iżda mhux għarwenin għax kellhom madwarhom it-tgħannieqa ta’ Alla bħala Missier.
🌻 Bid-dnub ħarġu minn ġo dan il-mantell spiritwali li bħal ġwinħajn il-qroqqa jgħattu lill-flieles – u sefgħu għarwenin.