190. Riflessjoni fuq Luqa 12: 35-38

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Luqa 12: 35-38

unnamed

L-Evanġelju skont San Luqa 12: 35-38

[Lq:12:35] Fdak iż-żmien, Ġesu qal lid-dixxipli tiegħu: “Żommu ġenbejkom imħażżma u l-imsiebaħ tagħkom mixgħula;

[Lq:12:36] kunu bħal nies jistennew lil sidhom lura mill-festa tat-tieġ, biex malli jiġi u jħabbat jiftħulu minnufih.

[Lq:12:37] Henjin dawk il-qaddejja li meta jiġi sidhom isibhom jishru! Tassew ngħidilkom, li hu jitħażżem, iqegħedhom madwar il-mejda, u jgħaddi quddiemhom iservihom.

[Lq:12:38] U kieku kellu jiġi fil-ħin tat-tieni sahra, jew tat-tielet, u jsibhom xorta waħda fuq dmirhom, henjin huma!

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

L-Iscouts għandhom bħala motto tagħhom ‘Kun ippreparat’. Ġesu’, is-sid u l-qaddej li jirrakkonta l-parabboli jidher li qed ifaħħar dan il-virtu’ li wieħed għandu jkun ippreparat, imma hemm xi ħaġa aktar profonda u aktar importanti wara dan kollu. Hemm element ta’ sorpriża fl-istorja tas-sid li jirritorna id-dar wara l-festa tat-tieġ.

Se jaqbdu l-qaddej li raqad minflok qagħad għassa? U se jippremja lil dawk li b’fedelta’ ssibhom jaqdu dmirhom jum wara jum minkejja kull ċirkustanza?

L-immaġini li juża Ġesu’ hawnhekk hi ta’ festin kbir tat-tieġ fejn is-sid jonora l-mistednin tiegħu billi jpoġġihom f’post t’unur u jservihom huwa stess b’mod personali.

Ħsieb għal Qalbek …

Din il-parabbola għandha tgħallima dwar il-fedelta’ u twissija kontra l-għażż. Għaliex il-fedelta’ hi importanti għal Alla? L-ewwel nett hi l-pedament għal relazzjoni li għandha tifsira u li tibqa’ hi dik li tipperseverana f’ħajja t’impenn bla tidwir. Il-Mulej daħal f’impenn magħna b’rabta ta’ mħabba fidila u li ma tinħallx. Dan hu li jfisser il-patt li wieħed iżomm kelmtu, il-wegħdiet tiegħu u l-impenn minkejja kemm dan jista’ jiswa u jkun iebes. Il-fedelta’ hija ċ-ċavetta karattru t’Alla u dik li jistenna minna. Barka għalina Alla jagħti l-grazzja u l-qawwa lil dawk li jimxu b’fedelta’.

Għaliex il-fedelta’ u l-impenn huma diffiċli llum il-ġurnata?

Is-soċjeta’ moderna tgħolli l-liberta’ fuq il-fedelta’ u ma tridx li tkun marbuta ma’ futur misterjuż jew mhux żgur. Aħna għandna bżonn kbir li nerġgħu nipprattikaw il-virtu’ tal-fedelta’ dejjiema mhux biss għalina nnfusna, imma wkoll għall-ġenerazzjonijiet ta’ warajna. Jekk iridu ngħaddu l-fidi tagħna lil ta’ warajna għandna bżonn li l-ewwel inkunu mudelli ta’ fedelta’ għaż-żgħażagħ tagħna.

Itlob …

Għażiż Mulej, int tibqa’ timxi b’fedelta’ miegħi, anke meta jien ma nibqax għenni biex nippersevera fil-fedelta’ tiegħi lejk u biex ma naqtax qalbi meta niltaqa’ ma’ diffikultajiet.

Marija omm l-aktar fidila għenni ngħix dejjem fil-preżenza t’Alla u jkolli kollox preparat biex niltaqa’ m’Ibnek meta jsejjaħli f’jum il-ġudizzju. Ammen.