Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mattew 10: 26-33
L-Evanġelju skont San Mattew 10: 26-32
[Mt:10:26] “Għalhekk la tibżgħux minnhom. Għax xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf.
[Mt:10:27] Dak li jien ngħidilkom fid-dlam għiduh fid-dawl, u dak li ngħidilkom f’widnejkom xandruh minn fuq il-bjut.
[Mt:10:28] U tibżgħux minn dawk li joqtlu l-ġisem bla ma jistgħu joqtlu r-ruħ; imma aktar ibżgħu minn dak li jista’ jeqred kemm ir-ruħ u kemm il-ġisem fl-infern.
[Mt:10:29] Żewġ għasafar tal-bejt m’hux b’ħabba jinbiegħu? U b’danakollu anqas wieħed minnhom ma jaqa’ fl-art mingħajr ir-rieda ta’ missierkom.
[Mt:10:30] Intom imbagħad sa x-xagħar ta’ raskom kollu hu magħdud.
[Mt:10:31] Mela xejn la tibżgħu; intom aqwa minn ħafna għasafar tal-bejt.
[Mt:10:32] “Kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li hu miegħi, jien ukoll nistqarr li jiena miegħu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet.
[Mt:10:33] Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien ukoll niċħad lilu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet.
Kummentarju u Meditazzjoni Qasira
Għaliex l-ipokresija hija assoċjata mall-ħmira?
Għal-Lhud il-ħmira kienet sinjal ta’ ħażen. Kienet biċċa għaġina mill-fdalijiet tal-ħobż li tiffermenta. Il-fermentazzjoni kienet assoċjata mall-ħażen li wieħed jeħżien.
Għaliex Ġesu’ wissa lid-dixxipli biex jevitaw l-attitudnijiet tal-Fariżej?
Il-Fariżej kienu jinqalgħu biex jidhru reliġjużi filwaqt li kienu mimlija b’intenzzjonijiet ħżiena minn ġewwa. Il-kelma Ipokrita tfisser attur xi ħadd li jippretendi dak li mhux.
Imma min jista’ jkun tajjeb ħlief Alla waħdu?
Bl-ipokresija wieħed jista’, apparentament jidher tajjeb u fl-istess waqt jaħbi dak li ma jridx li l-oħrajn jaraw fih. L-aħbar it-tajba hi li d-dawl t’Alla jikxef kemm id-dlam tal-ħażen u d-dnub, kif ukoll jirbaħ fuq il-mibgħeda bl-imħabba, fuq is-suppervja bl-umilta’ u fuq il-pretenzjoni bl-integrita’ u l-verita’. Alla jagħti l-grazzja lill-umli u lil dawk li juru sobgħa u ndiema vera għal dnubiethom sabiex dawn ikunu jistgħu jirbħu fuq l-ħmira tan-nuqqas ta’ sinċerita’ u fuq l-ipokresija fil-ħajja tagħhom.
Ħsieb għal Qalbek …
Kif tidħol il-biża’ fit-tgħallim dwar is-Saltna t’Alla? Il-biża’ hi forza qawwija tista’ twassalna biex naħarbu l-perikli u nippanikjaw f’mumenti iebsa, inkella tista’ tgħinna naġixxu bil-fidi f’kull ċirkustanza. Il-biża’ t’Alla hi kuntrarju għall-biża’ li wieħed jitlef ħajtu.
X’inhi l-biża’ t’Alla?
Hi qima u reverenza lejn Alla l-għoli li ħalaqna għax ħabbna u li jdawwarna bil-ħniena u t-tjieba. L-akbar inġurja jew telfa li aħna nistgħu nesperjenzaw mhix dik tal-ġisem imma dik tar-ruħ tagħna li tintilef fl-infern. Il-biża’ t’Alla fis-sens tal-qima lejh twassalna għall-maturita’ spiritwali, għall-għerf u l-ġudizzju skont is-sewwa u teħlisna mit-tirannija tad-dnub tas-suppervja, tal-biża’ ħażina b’mod speċjali meta affaċċjati mill-ħażen u milli nintilfu fl-infern.
U inti tafda fil-grazzja t’Alla? Fil-ħniena tiegħu? U tgħix skont Kelmtu?
Itlob …
Mulej l-imħabba perfetta tqaċċat il-biża’ ‘l barra. Agħtini qima lejn il-Kelma u lejn is-sewwa tiegħek u konvinzzjoni soda li nobgħod id-dnub f’ħajti.
Għażiża Ommi Marija, int li dejjem tajt widen għall-Kelma t’Alla u għext f’għaqda miegħu, għinni ħalli jien ukoll inwarrab dak kollu li jista’ jfixkilni milli ngħix f’unjoni m’Ibnek u miegħek. Ammen.