🌻 Hija mentalità profondament żbaljata u ereżija li l-bniedem kapaċi waħdu:
- jibni lilu nnifsu,
- jeħles minn ħtijietu u d-dgħufijiet tiegħu,
- jibni ambjent ġust madwaru
- u jsalva ruħu fl-eternità.
Hija suppervja li bniedem jimmaġina li jista’ jwassal lilu nnifsu waħdu għal suċċess bħal dan.
🌻 Ġesu qal: “Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibgħux fija. … għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn.” (Ġwanni 15: 4-5).
🌻 Permezz tat-talb mimli fidi, talb sinċier u ma jaqta’ xejn, aħna nibqgħu f’Ġesu’ u Ġesu’ jibqa’ fina u jagħtina l-Ispirtu s-Santu. L-Ispirtu s-Santu
- jgħallimna,
- jiffurmana,
- isaħħaħna,
- jagħtina l-għerf,
- l-għaqal,
- il-biża’ t’Alla,
- iqawwilna l-fidi, it-tama, l-imħabba …
Mela s-suċċess jirriżulta minn tnejn jaħdmu id f’id: jien u Alla.
🌻 Min jgħix ħajtu bla ma jafda lil Alla jkun ħati ta’ dnub li ma jinħafirx (kontra l-Ispirtu s-Santu – li jkun ġie mogħti lilu għal xejn).
🌻 Min jikkoopera mal-Ispirtu s-Santu jsir, għax hekk jagħmel Alla, bniedem sħiħ fi Kristu; bniedem tal-Beatitudnijiet. Dan hu bniedem kif iridu Alla u għalhekk jagħtih il-premju tal-ħajja ta’ dejjem – jiġifieri r-rebħa tas-suċċess.