Dokument sħiħ PDF jew WORD ta’ Talb għall-Bżonnijiet tas-Saċerdoti.
Verġni Marija, Omm ta Kristu Saċerdot, Omm is-Saċerdoti kollha tad-dinja: Int tħobb b’mod speċjali lis-Saċerdoti, għax huma xbieha ħajja ta’ Ibnek Ġesu’.
Lejk induru, ja Omm maħbuba tagħna: Bl- “iva” umli, siekta u ġeneruża tiegħek, Int weġibt għas-sejħa t’Alla l-Għoli. Agħmel li anke llum ħafna żgħażagħ jagħarfu s-sejħa ta’ Ibnek u jisimgħuh jgħidilhom: “Imxu warajja”. Agħmel li jkollhom il-kuraġġ li jħallu kollox u jimxu wara Kristu fit-triq li mexa Hu.
Ja Omm maħbuba tagħna, itlob int stess lill-Missier għal aktar Saċerdoti li tant neħtieġuhom; u ladarba l-Qalb tiegħek għandha qawwa kbira quddiem Alla, Aqlgħalna, O Marija, il-grazzja li jkollna saċerdoti qaddisin. Ammen