209. Riflessjoni fuq Luqa 17: 26-37

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Luqa 17: 26-37

Christs_return_s640x480

L-Evanġelju skont San Luqa 17: 26-37

[Lq:17:26] F’dak iż-żmien, Ġesu qal: “Bħalma ġara fi żmien Noè, hekk ukoll jiġri fi żmien Bin il-bniedem.

[Lq:17:27] Kienu jieklu, jixorbu, jiżżewwġu u jżewwġu, sa dakinhar li Noè daħal fl-arka; mbagħad ġie d-dilluvju u qeridhom ilkoll.

[Lq:17:28] L-istess bħalma ġara fi żmien Lot; kienu jieklu, jixorbu, jixtru, ibigħu, iħawwlu, jibnu,

[Lq:17:29] imma dak in-nhar li Lot ħareġ minn Sodoma, Alla bagħat xita ta’ nar u kubrit mis-sema u qeridhom ilkoll.

[Lq:17:30] Hekk ikun il-Jum li fih jidher Bin il-bniedem.

[Lq:17:31] F’dak il-Jum, min ikun fuq il-bejt u jkollu ħwejġu ġewwa fid-dar, iqis li ma jinżilx jeħodhom; hekk ukoll min ikun fir-raba’, iqis li ma jerġax lura.

[Lq:17:32] Ftakru fil-mara ta’ Lot!

[Lq:17:33] “Min ifittex isalva ħajtu, jitlifha; iżda min jitlifha, isalvaha.

[Lq:17:34] Ngħidilkom li, f’dak il-lejl, tnejn ikunu f’sodda waħda: wieħed minnhom jittieħed u l-ieħor jitħalla;

[Lq:17:35] żewġ nisa jkunu jitħnu flimkien; waħda minnhom tittieħed u l-oħra titħalla.”

[Lq:17:37] Qalulu: “Fejn, Mulej?” U hu weġibhom: “Fejn ikun hemm il-ġisem mejjet, hemm l-isqra jinġabru.”

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

X’tista’ n-natura tgħallimna dwar il-ġudizzji t’Alla?

Ġesu’ jikkwota proverbju familjari lill-udjenza tiegħu: ‘Fejn ikun hemm il-ġisem mejjet, hemm jinġabru l-isqra.’ L-isqra huma attratti għal-laħam mejjet.

X’inhu l-punt ta’ Ġesu’ hawnhekk?

Huwa invetitabbli li ħaġa isseħħ meta l-kundizzjonijiet kollha jkunu milqugħa. Li l-Mulej ġej lura f’din id-dinja hija ċerta, imma ż-żmien mhuwiex magħruf. Il-ġudizzju tal-Mulej jiġi malajr u ħafna drabi f’mument li ma nkunux nistennew. Ġesu’ għalhekk iwissina biex dan il-mument ma nsibuhx fuqna għall-għarrieda f’dak il-jum. Huwa ċert li Alla jagħżel iż-żmien it-tajjeb.

Ħsieb għal Qalbek …

X’ried ifisser Ġesu’ meta qal li wieħed jittieħed u l-ieħor jitħalla?

L-intimita’ tagħna mal-persuni li jirrispettaw u jħobbu lil Alla m’għandiex garanzija li b’hekk aħna nistgħu nimmerittaw il-ġenna f’jum il-ġudizzju. Ħafna drabi aħna nassoċċjaw ruħna jew niddentifikaw lilna nnfusna mal-persuni li nkunu qed ngħixu qrib tagħhom. Bħar-raġel jew il-mara tagħna jew xi ħabib tal-qalb. Alla jiġġudika kull persuna b’mod individwali skont il-mod kif tkun għexet din il-ħajja u għall-mod kif tkun wieġbet għall-grazzja tiegħu. Ħadd ma jista’ jaħrab ir-responsabbilta’ tad-dover tiegħu billi sempliċiment jassoċja lilu nnifsu ma’ xi ħadd li qed jagħmel dmiru.

L-aħbar it-tajba hi li Alla jagħti l-grazzja, is-sigurta’ u r-refuġju lil dawk li jfittxuh bil-fidi u l-indiema f’qalbhom u jagħti l-grazzja lil dawk li huma jafuh b’mod personali u li jaċċettaw li Hu jkun is-Sid tal-ħajja tagħhom. Hu jagħtina wkoll il-qawwa tal-Ispirtu s-Santu biex aħna ngħixu bħala qaddejja denji fis-Saltna tiegħu u biex inkunu dejjem lesti li nirċevuh meta jiġi. Il-ġudizzju t’Alla huwa aħbar tajba għal dawk li huma lesti li jiltaqgħu miegħu. Il-ħlas tal-ġusti hu Alla nnifsu – l-għajn ta’ kull verita’, ta’ kull sbuħija, ta’ kull tjieba, imħabba u tal-ħajja eterna. In-nies ta’ żmien Noè injoraw it-twissijiet t’Alla dawn in-nies kif toqgħod tajjeb bl-ingliż: “They literally missed the boat.”

U inti fuq liema dgħajsa inti riekeb: dik tas-suċċess u l-pjaċir tad-dinja jew dik li se twasslek għall-hena tal-ġenna m’Alla?

Dawk li t-tama tagħhom hi soda u ankrata fil-ġenna, dawk ma jiġu qatt ddisżappuntati f’jum il-ġudizzju t’Alla. Huma għad jimtlew b’ferħ kbir u li ma jitfissirx dakinhar li jaraw il-Mulej ġej fil-glorja.

U t-tama tiegħek hi mpoġġija f’Alla u fis-Saltna tiegħu?

Itlob …

Mulej Ġesu’, inti t-Tama u s-Salvazzjoni.

Għażiża Marija, għinni biex jien qatt ma nitlef il-għan tiegħi għalfejn qed ngħix fuq l-art li hi l-ġenna u agħmel ukoll li bit-talb tiegħek jien ikolli dejjem ferħ u żelu ġdid biex inkun nista’ ngħix fis-Saltna t’Ibnek l-għażiż. Ammen.