Alla jeżisti?

25

🌻 Iva, il-ħolqien stess minnu nnifsu iwassalna nemmnu li hemm esseri superjuri għall-bniedem li beda dak kollu li hawn u għamlu b’mod mill-aktar preċiż.

🌻 Mix-xejn ma jiġi xejn! Xejn ma nafu li għandu bidu mela bilfors li hemm min ma ġiex maħluq u ħalaq, fi żmien partikolari, dak kollu li hawn.

🌻 Infatti, dawk ix-xjentisti li ħarġu t-teorija tal-BIG BANG ma jistgħux jeskludu l-fatt li qabel ma seħħet din l-isplużżjoni, bilfors li kien hemm xi partiċelli li kkawżawha! Mela ma jistax ikun li l-BIG BANG hi l-bidu ta’ kollox. Għall-kuntrarju, xi ħadd ħalaq dak li hu maħluq u lilu ħadd ma ħalqu għax hu Alla.