Kwotazzjonijiet fuq is-Saċerdozju

Dokument sħiħ PDF jew WORD ta’ Riflessjonijiet u Talb li jistgħu jintużaw waqt Adorazzjoni Ewkaristika.

vianney2

1. Nagħmlu x’nagħmlu nsibu li qatt ma nistgħu nikkontribwixxu għal ħaġa aktar nobbli milli ngħinu biex jiġu iffurmati saċerdoti qaddisa.
San Vinċens De Paul

2. Ruħ waħda hija djoċesi kbira biżżejjed għal kwalunkwe isqof jew saċerdot qaddis.
San Carlo Borromeo

3. Ibża’ minn Alla bir-ruħ tiegħek kollha u agħti qima lis-saċerdoti tiegħu.

Ekkleżjastiku

4. M’hemm xejn li jogħġob l-aktar ‘l Alla, li hu ta’ unur akbar lill-Knisja, u li hu ta’ profitt akbar għall-erwieħ mid-don prezzjuż ta’ saċerdot qaddis.

Piju XI (Enċiklika Is-Saċerdozju Kattoliku)

5. Is-Saċerdot huwa l-intermedjarju bejn Alla u l-bniedem; bil-ħajja tat-talb tiegħu jilħaq ‘l Alla min-naħa l-waħda u bil-ħniena u l-karita’ tiegħu jilħaq ‘il-bniedem min-naħa l-oħra.
Rev. Paul Philippe O.P

6. Dak inhar li tibda “tħoss” l-appostolat tiegħek, dak l-appostolat jibda jkun it-tarka li biha tilqa’ l-attakki tal-għedewwa tiegħek tal-art u tal-infern.

Jose’ Maria Escriva’

7. Is-Saċerdozju huwa kbir; ġie istitwit flimkien mal-Ewkaristija u biex permezz tiegħu titkompla l-Ewkaristija.
Anon

8. Ġesu’ qal “kull min iħalli d-dar jew lil ħutu jew ‘il-missieru jew ‘l ommu, jew l-għelieqi tiegħu għall-imħabba t’ismi, jieħu mitt darba iżjed u jkollu l-ħajja ta’ dejjem.” Ara għandekx il-ħila ssib fuq l-art lil xi ħadd li jħallas b’din il-ġenerożita’ kollha.
Jose’ Maria Escriva’
9. Is-Saċerdot ma għandux bżonn ta’ kumplimenti u rigali iżda jeħtieġ biss Insara li jħobb, li jieħu ħsieb bħall-aħwa u jgħinuh biex jagħraf jagħti ħajtu għalihom.
Michael Quoist

10. Tassew ta’ min jammirah is-safa tas-saċerdoti… dan hu t-teżor tagħhom. Ebda tirann ma jirnexxielu qatt jaħtaf minn fuq ras il-Knisja din il-kuruna.

Jose’ Maria Escriva’

11. Is-Saċerdozju huwa s-Sagrament tal-Imħabba ta’ Kristu lejn l-erwieħ, is-sinjal ħaj u effikaċi tal-Ħniena infinita t’Alla lejn il-bnedmin.

Rev. Paul Philippe O.P

12. Lil San Ġwann, Ġesu’ tah l-aktar tliet affarijiet għeżież għalih… tah qalbu billi ħallieh jistrieħ fuqha, tah il-Passjoni għax mill-appostli kollha hu biss kien preżenti fuq il-Kalvarju, u tah ‘l ommu Marija stess. Dawn it-tlieta, il-Qalb ta’ Ġesu’, is-Salib u l-Verġni Mbierka huma tliet rigali tal-imħabba nfinita ta’ Ġesu’ lejn is-Saċerdoti.
Bossuet

13. Agħmel bħal ma għamlu t-tfal it-tajba ta’ Noe, istor bil-mant tal-imħabba n-nuqqasijiet li tilmaħ f’missierek.
Jose’ Maria Escriva’

14. Qatt tkunu appostli ta’ ħidma twila u talb qasir.. Aktar ma appostlu jkun qrib lejn Alla, aktar ix-xewqat tiegħu jħaddnu l-ħolqien kollu. Qalbu titwessa’ u tiġbor kollox u lil kulħadd fix-xewqa kbira tagħha li tqiegħed il-ħolqien kollu f’riġlejn Ġesu’.

Jose’ Maria Escriva’

Id-Dinjita’ tas-Saċerdozju

Dokument sħiħ PDF jew WORD ta’ Riflessjonijiet u Talb li jistgħu jintużaw waqt Adorazzjoni Ewkaristika.

header-3

San Ġwann Kriżostmu, Duttur tal-Knisja, f’waħda mill-isbaħ kitbiet tiegħu li jisimha “Is-Saċerdozju” jgħidlina hekk: “Is-saċerdot jeħtieġ li jkun bniedem ta’ virtu’ kbira. Ruħu għandha tkun iktar safja mir-raġġi tax-xemx. Joffri s-Sagrifiċċju fuq l-altar imdawwar mill-anġli. Jeħtieġ prudenza, għaqal u għerf kbir. Għandu jkun mimli ħeġġa. Dan iġiegħlni nagħraf kemm ma jistħoqqlix is-saċerdozju; m’inix denn tas-saċerdozju; id-dinjita’ tas-saċerdozju tnissel fija biża’ qaddis, kemm minħabba d-dgħjufija tiegħi, kif ukoll meta nġib quddiemi l-Knisja, l-għarusa ta’ Kristu.”

Kemm hija kbira d-Dinjita’ tas-Saċerdozju! Is-saċerdoti huma persuni li Alla tefa’ għajnejh fuqhom u għażilhom (mhux huma għażlu lilu) biex ikomplu sal-aħħar taż-żminijiet dak li hu stess beda fuq l-art… it-tixrid tas-Saltna t’Alla fost il-bnedmin. Għalhekk is-saċerdot huwa Kristu ieħor “alter Christus”. U l-Ispirtu s-Santu jgħidilna “la tmissux il-Kristijiet tiegħi, il-Midlukin tiegħi.” Is-saċerdoti huma l-mimmi t’għajnejn Kristu. Jekk inti tgħid li tħobb lil Kristu u m’għandekx l-ikbar qima lejn is-saċerdot inti giddieb. Tant hija kbira d-dinjita’ tas-saċerdot li wieħed qaddis kbir qal “Jekk inkun fit-triq u niltaqa’ ma’ anġlu u ma’ saċerdot l-ewwel ninżel inbus riġlejn is-saċerdot imbagħad insellem lill-anġlu”… u bir-raġun… għax is-saċerdot għandu setgħat li l-anġlu m’għandux, setgħat li tahomlu Alla stess. L-Anġli jaduraw ‘l Alla bla waqfien, igħidulu “Qaddis, Qaddis, Qaddis” imma s-saċerdoti jġibuh fostna kuljum bis-setgħa lilhom mogħtija minn Kristu. Għalkemm bniedem bħalna, bid-difetti tiegħu bħalna, fis-saċerdot għandna naraw lil Kristu, għax kull ma jagħmel jagħmlu f’isem Kristu. “Jiena ngħammdek… fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu!… u issa naħfirlek dnubietek… fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu… Inwettqek bil-Griżma tas-Saħħa… fl-isem tal-Missier u tal-Iben… u meta s-saċerdot jibdel il-ħobż u l-inbid fil-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu dan jagħmlu bl-awtorita’ li tah Kristu stess meta qal lill-appostli “Agħmlu dan b’tifkira tiegħi.”

Hemm rabta speċjali bejn is-Saċerdozju u l-Ewakristija… Id-doveri l-oħra kollha tas-saċerdoti u s-Sagramenti l-oħra jwasslu għas-Sagrament tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu fl-Ewkaristija. Kien fl-aħħar Ċena li Ġesu’ istitwixxa s-Saċerdozju u kien ukoll fl-aħħar Ċena li Ġesu’ istitwixxa l-Ewkaristija. U min ma jqimx lis-Saċerdot, ħaġa tal-għaġeb, imma fl-istess ħin ħaġa li tifhimha, min ma jqimx lis-saċerdot fi żmien qasir jitlef ukoll il-Fidi fl-Ewkaristija… u jibqa’ sejjer hekk sa ma jitlef il-valuri ta’ dak kollu li għandu x’jaqsam mar-ruħ. Ġuda titlef ir-rispett lejn il-Persuna ta’ Kristu Saċerdot u ma’ dan tilef il-Fidi u xorob il-kundanna.

Kemm għandna bżonn tas-saċerdoti tul ħajjitna kollha, mill-ewwel jiem ta’ ħajjitna meta s-saċerdot bil-Magħmudija jdaħħalna fi ħbiberija m’Alla, sal-aħħar nifs tal-agunija tagħna, u anki wara mewtna bl-offerta tal-Quddiesa għal ruħna. Il-Patrijarka Ġakobb fil-ħolma ra Sellum li jasal mill-art sas-Sema u ħafna anġli telgħin u oħrajn neżlin minnu. Das-sellum huwa figura tas-Saċerdot li permezz tiegħu t-talb tagħna u l-offerti tagħna jaslulna għand Alla speċjalment fil-Quddiesa… Huwa wkoll is-saċerdot li mis-Sema jniżżlilna l-ħobż tas-Sema u tant grazzji spiritwali.

Għalhekk huwa dover tagħna li nirrispettaw lis-Saċerdot, nibżgħu għalih, ngħinuh fejn u meta nistgħu, materjalment u spiritwalment, bil-kelma tagħna ta’ nkoraġġiment, bit-talb tagħna, bis-sagrifiċċji tagħna, għall-qdusija tiegħu personali l-ewwel u biex ix-xogħol tiegħu jħalli l-frott; nieħdu parti miegħu fix-xogħol tal-Parroċċa, fl-Appostolat, fl-Għaqdiet… u fl-aħħarnett nirrikmandawh u nitolbu għalih lill-Madonna, Omm l-Ewwel Saċerdot, Omm is-Saċerdoti kollha biex iżżommhom taħt il-Protezzjoni Speċjali Tagħha, safja bħalha, qrib t’Alla fit-talb bħalha, b’sens ta’ sagrifiċċju bħalha u bħalha wkoll bil-ħeġġa biex jaħdmu għas-salvazzjoni tal-erwieħ.

2. Riflessjonijiet

Dokument sħiħ PDF jew WORD ta’ Talb għas-Saċerdoti.

priest-4-390x285Ġieli kkunsidrajt li taddotta bit-talb tiegħek saċerdot bħala ħuk? ”Marija, Għajnuna tal-Insara” issuġġeriet dan li ġej:

  1. Itlob lil Marija biex tassenjah lilek.
  2. Ħobbu bħala ħuk tassew.
  3. Offri talb u sagrifiċċji għalih ta’ kuljum.
  4. Ipproteġieh mit-tentazzjoni.
  5. Itlob lil Alla biex hu jevita milli jagħti skandlu.
  6. Sejjaħlu lura għall-fervur.
  7. Sir qaddis/a biex hu jkun jista’ jsir ukoll.
  8. Itlob biex Marija tkun Omm tenera għalih u ssiblu ħbieb tajba.
  9. Itlob għall-vokazzjoni ġdida biex toħodlu postu.

Ftakar…

  • Jekk is-saċerdot huwa qaddis kbir, il-poplu tiegħu jkun qaddis.
  • Jekk is-saċerdot huwa qaddis, il-poplu tiegħu jkun tajjeb.
  • Jekk is-saċerdot huwa tajjeb, il-poplu tiegħu jkun ġust.
  • Jekk is-saċerdot huwa ġust, il-poplu tiegħu jkun instabbli.
  • Jekk is-saċerdot huwa instabbli, il-poplu tiegħu jkun poplu ħażin.

Anonimu


Li tonora s-saċerdozju huwa li tonora lis-Saċerdot il-Kbir u Etern, Ġesu’ Kristu. Li tara lil Kristu fis-saċerdot hi t-triq iż-żgura biex issib lil Alla.

Fr. James, OFM Kap


Min jonora lis-saċerdot, jonora lil Kristu.
Min jinsulta lis-saċerdot, jinsulta lil Kristu.

San Ġwann Kriżostmu


Li kelli nara anġlu u saċerdot, kont ninżel għarkubbtejja; l-ewwel quddiem is-saċerdot imbagħad quddiem l-anġlu.

San Franġisk t’Assisi


Is-saċerdoti għandhom bżonn ta’ ħafna talb. Għandhom bżonn jiġu mqawwija permezz ta’ rwieħ vittmi – nies li jgħaqqdu t-talb u s-sofferenzi tagħhom mal-merti infiniti ta’ Ġesu’ Kristu Sidna.

Fr. Emile-Marie Brieve


Priest Praying Over Communion

Ma rridux ninsew li s-saċerdoti huma, u li jibqgħu, bnedmin. Alla ma jagħmilx miraklu biex jeħlishom mill-istat uman.

Is-saċerdozju ma jagħtix minnu nnifsu l-qawwa biex wieħed jagħmel kull ma jrid jew li wieħed jirnexxi f’kollox. Huwa importanti li niftakru dan biex ma naqgħux fl-iżball antik… dak li niddiżumaniżżaw is-saċerdozju u b’konsegwenza ta’ dan inpoġġu lis-saċerdot il-barra mill-ħajja ordinarja.

Din tagħmel ħafna ħsara għax meta niżolawh, bħal ma jagħmlu dawk li ma jemmnux, għar-realta’ esklussiva taċ-ċerimonji, s-saċerdot ikun imċaħħad fil-maġġor parti tal-eżistenza tiegħu. Jekk il-bniedem jirrifjuta milli jinkludi s-saċerdot f’ħajtu, dan ma jistax jibqa’, għall-inqas b’mod sħiħ, il-medjatur tiegħu.

Kardinal Suhard


Saċerdot Tajjeb

  • Is-saċerdot hu maħbub minn Alla.
  • Is-saċerdot hu maħbub mill-bniedem.
  • Is-saċerdot hu bniedem qaddis għaliex hu jimxi quddiem il-wiċċ t’Alla Qaddis.
  • Is-saċerdot jifhem kollox.
  • Is-saċerdot jaħfer kollox.
  • Is-saċerdot imdawwar b’kollox.
  • Il-qalb tas-saċerdot, bħal dik ta’ Kristu, hi minfuda bil-lanza tal-imħabba.
  • Il-qalb tas-saċerdot hi miftuħa, bħal dik ta’ Kristu, biex tilqa’ fiha d-dinja kollha.
  • Il-qalb tas-saċerdot hi bħal kontenitur ta’ ħniena u tjieba.
  • Il-qalb tas-saċerdot hi kalċi ta’ mħabba.
  • Il-qalb tas-saċerdot hi post fejn jiltaqgħu l-imħabba umana u qaddisa.
  • Is-saċerdot hu bniedem li l-għan tiegħu hu li jkun Kristu ieħor.
  • Is-saċerdot hu bniedem li jgħix biex iservi.
  • Is-saċerdot hu bniedem li sallab lilu nnifsu, sabiex huwa wkoll ikun imtella’ ‘l fuq u jiġbed kollox lejn Kristu.
  • Is-saċerdot hu bniedem b’qalbu mimlija bl-imħabba għal Alla.
  • Is-saċerdot hu don ta’ Alla lill-bniedem, u tal-bniedem lil Alla.
  • Is-saċerdot hu simbolu tal-Kelma li saret laħam.
  • Is-saċerdot hu x-xabla misnuna tal-ġustizzja ta’ Alla.
  • Is-saċerdot hu r-riflessjoni tal-imħabba ta’ Alla