26. Talba ta’ Omm għall-Vokazzjonijiet

Dokument sħiħ PDF jew WORD ta’ Talb għall-Bżonnijiet tas-Saċerdoti.

woman-crying-with-hands-togetherMulej, Ġesu’, li bejjitt fil-qalb tal-ommijiet kollha x-xewqa tal-għotja tagħhom infushom, aqlagħli l-grazzja li jkolli iben li xi darba jgħidli: “Ma, irrid insir qassis.” Liema rigal isbaħ nista’ noffrilek, o Mulej, jekk ma noffrilekx l-istess ħolqien tiegħi? Int, Ġesu’ tippermetti l-vokazzjoni ta’ Iben titnissel fil-qalb t’ommu.

Nitolbok, Mulej li tqiegħed f’qalbu l-virtujiet Saċerdotali li għandu jkollu qassis: is-safa, il-ġenerożita’, l-ispirtu tas-sagrifiċċju u ħafna mħabba, biex hekk dan ibni isib għalqa adattata fejn tixxettel il-vokazzjoni jekk din tkun ir-rieda Tiegħek. Jekk, imbagħad, O Mulej, ir-rieda Tiegħek tkun xorta oħra, ilqa’ nitolbok it-talb tiegħi biex iż-żgħażagħ li jisimgħu s-sejħa Tiegħek, li jagħtu lilhom infushom, kollha kemm huma għalik, ikollhom il-kuraġġ li jwieġbu b’ġenerożita’ għall-Pjan Tiegħek.

Verġni Bla Tebgħa, Omm u Reġina tal-Appostli, li l-ferħ immens Tiegħek kien li tnissel l-uniku, veru u qaddis Saċerdot, Ġesu’ ta’ Nażaret, isma’ u wettaq ix-xewqa Tiegħi ta’ omm, li tant tafda fil-Qalb Tiegħek ta’ omm, flimkien ma’ tant ommijiet fid-dinja. Agħmel, o Marija, li maġenb l-altar ta’ Ibnek Ġesu’, inkun hemm jien ukoll jekk mhux bħala omm ta’ iben Saċerdot reliġjuż almenu bħala sieħba.

 Isma’, ja Omm is-Saċerdot Etern, it-talba tiegħi.