23. Talba ta’ Mons. Guglielrmo Gianquinta

Dokument sħiħ PDF jew WORD ta’ Talb għall-Bżonnijiet tas-Saċerdoti.

2017-priesthood-ordination-86146_feature.jpgMulej Ġesu’, Alla li tista’ kollox, inroddulek ħajr għall-grazzji kbar, u b’mod partikulari, għad-doni li tagħtina permezz tal-ministri tiegħek.

Int wellidtna għall-grazzja permezz tal-magħmudija; agħmel li nqisu lis-Saċerdot bħala Missier; Int ma tiqafx iġġeddidna permezz tas-Sagrament tal-Qrar; għinna naraw fil-persuna li taħfrilna dnubietna l-wiċċ twajjeb Tiegħek tas-Samaritan it-Tajjeb; Int tajtna lilek innifsek fl-Ewakristija; agħmel li nuru rispett lejn l-id ta’ dak li jaqtgħalna l-ġuħ fid-deżert tad-dinja.

Huwa ħuna , iżda Missierna fil-grazzja. Kattar fostna l-preżenza tiegħu li tqaddes u agħmel fuq kollox li aħna nkunu għalih fil-mument ta’ għeja, tal-mard, tax-xjuħija, il-faraġ ta’ wlied li jafu jifhmu u jħobbu. Agħmel mill-Knisja, miġbura madwar l-Omm Tiegħek, familja li tgħolli innu ta’ mħabba u tifħir lilek, Saċerdot Etern li għadek ħaj fis-Saċerdoti tagħna.

Il-Qaddej t’Alla Mons Guglielrmo Giaquinta