18. Talb għall-Qdusija tal-Kleru

Dokument sħiħ PDF jew WORD ta’ Talb għall-Bżonnijiet tas-Saċerdoti.

priestslayhands1Talb għall-Qdusija tal-Kleru tal-Papa Piju XII

O Ġesu’ Saċerdot Etern, Ragħaj Tajjeb u Għajn tal-ħajja, li b’imħabba tassew kbira tal-Qalb Tiegħek l-iżjed ħelwa tajtna s-Saċerdoti tagħna biex iwettqu fina dak il-għemil ta’ qdusija li bih il-grazzja tiegħek tħeġġeġ il-qlub tagħna,. aħna nitolbuk: ieqaf magħhom bil-ħniena u bil-għajnuna Tiegħek.

Ikunu fihom, O Ġesu’, il-fidi ħajja fl-għemil tagħhom, it-tama sħiħa f’kull tiġrib, il-karita’ mixgħula f’kull ħsieb tagħhom. Il-kelma tiegħek, dawl tal-għerf etern Tiegħek, tkun għalihom bħala meditazzjoni dejjiema, l-ikel tal-ħajja ta’ qdusija; l-eżempji ta’ ħajtek u tal-Passjoni Tiegħek jiġġeddu fil-għemil u fit-tbatijiet tagħhom, biex ikunu għalina ta’ tagħlim u ta’ faraġ fit-tbatijiet tagħna.

Agħmel, O Mulej, li s-Saċerdoti tagħna jiċċaħħdu minn kull ġibda tad-dinja u jfittxu biss il-glorja Tiegħek biex jagħmlu dmirhom sal-aħħar b’kuxjenza safja. U meta, wara mewthom, iqiegħdu f’idejk il-ħidma tagħhom mitmuma, agħtihom, O Ġesu’, li kont fuq l-art l-Imgħallem tagħhom, il-premju għal dejjem tal-kuruna tal-ġustizzja fid-dija tal-Qaddisin. Ammen.