
Kollox jista’ jkellmek dwar l-Imħabba tiegħi, jekk biss tisma’ bil-widna tal-Ispirtu.
Il-preżenza tiegħi miegħek, l-Imħabba Tiegħi, huma l-affarijiet li jserħuk …… li jiċċirkundaw lil ħajtek.
Aħseb ħafna fuq il-fatt li ma jistax ikun hemm diviżjoni bejn tifel jew tifla fiduċjuża fil-Ħallieq tiegħu jew tagħha. Ir-rigal tiegħi għalik huwa s-sens tal-viċinanza tiegħi. Dan is-sens għandu jolqot kull aspett ta’ ħajtek …
Dejjem ara, Fija, li wiegħdtek dak li ħadd ma jista’ jwegħdek, li kapaċi nikkonverti dawk il-wegħdiet f’realtà sabiħa; li mhumiex tajbin wisq biex ikunu veri!
Il-wegħdiet tiegħi ma jintilfux minħabba nuqqasijiet umani, sakemm wieħed tassew jiddispjaċih minn nuqqasijiet li jkun għamel, u jersaq għandi biex permezz tas-saċerdot jirċievi l-maħfra u t-tiġdid minn naħa tiegħi fis-Sagrament tal-Qrar.
Għidli fil-bidu ta’ kull ġurnata bl-intenzjoni tiegħek li żżomm fit-triq li Jien urejtek. It-triqat tiegħi jridu jiġu applikati fid-dettalji ta’ dik il-ġurnata, imbagħad it-triq tiegħi tidher dejjem aktar ċara għalik.
Uża dak kollu li Jiena tajtek. Inti qiegħed / qiegħda tafda fil-wegħdiet tiegħi? Fuq dan jiddependi kollox . . . li inti tibqa’ tafda fil-wegħdiet tiegħi.
Ara! Naqqaxt ismek fuq il-keffa ta’ jdejja. (Iżaija 49:16)