Alla huwa għaqda w imħabba – Riflessjoni dwar ) (20/05/2017)

Is-Sibt, 20 ta’ Mejju 2017: Riflessjoni dwar Ġw 3: 16-18. (Trinita’ Qaddisa tas-Sena A) Ara t-test tagħha taħt il-vidjo ….

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Il-Paċi magħkom għeżież tiegħi minn qalbi nilqagħkom għal dan il-programm ieħor ‘Ejjew Għandi’ appuntament tagħna ta’ kull ġimgħa ħalli flimkien inkun nistgħu nħallu l-Kelma t’Alla tkun ta’ dawl, ta’ gwida, ta’ faraġ għalina fil-mixja tal-ħajja tagħna.

Insellem mill-qalb b’mod speċjali lil dawk li intom morda, dawk li għaddejjin minn żmien iebes, dawk li ssegwu b’mod regolari, dawk li jinsabu fil-Faċilita’ korrettiva ta’ Kordin, familjari tagħhom jew vittmi tagħhom, nixtieq insellem anke l-persuni kollha li jsegwuna anke barra minn  Malta u lil dawk li jsegwuna anke bil-mezzi tat-teknoloġija moderna għeżież tiegħi. Ilkoll kemm aħna, ilkoll fejn aħna nistgħu verament nagħmlu din l-esperjenza tal-qawwa tal-Kelma t’Alla f’ħajjitna.

Illum għeżież tiegħi sejrin nirriflettu ftit hekk dwar Vanġelu partikolari li l-Knisja ttijulna, meta l-Knisja tpoġġilna l-ħarsa tagħna fuq Alla bħala Trinita’. Kif tgħallimna meta konna żgħar tlett persuni f’Alla wieħed, imma biex nagħmlu dan ħa nduru lejn il-Vanġelu skont San Ġwann kapitlu 3 minn vrus 16 sa 18 u nħeġġiġkom ilkoll sabiex ikollkom il-Kelma t’Alla ħalli ssegwu miegħi anke dan li se naqraw.

Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu. Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem tal-Iben il-waħdieni ta’ Alla.

Waqt li l-Knisja għeżież tiegħi tpoġġilna ħarsitna fuq Alla t-Trinita’, il-Knisja tpoġġilna ħarsitna wkoll fuq min hu Alla. ‘Alla hekk ħabb lid-dinja…’ Alla min hu? Ala hu Mħabba jgħidilna San Ġwann. Aħna jista’ jkollna għeżież tiegħi nies differenti matul l-istorja tal-umanita’ fejn tidħol il-kwistjoni t’Alla biex ngħid hekk. Għandna risposti differenti jiġifieri għandna risposti ta’ dawk li jgħidulna li Alla ma jeżistix, li Alla huwa invenzjoni tal-bniedem illi l-bniedem ivvinta li jeżisti Alla sabiex il-bniedem jħoss xi ftit faraġ, jikkonsla li ma tafx int hemm xi ħadd aqwa, hemm xi ħadd ikbar minnek, u din tkun qisha ta’ konsolazzjoni, imma din hija gidba fl-aħħar mill-aħħar just biex inti toqgħod tikkonsla ruħek u ma tiddisprax. Hawn min jgħid hekk għeżież tiegħi illi aħna vvintajna l-idea t’Alla ħalli aħna ma niddisprawx mill-ħajja.

Imbagħad għandna għeżież tiegħi persuni oħra li jgħidulna le jiena nemmen li xi ħadd u xi ħaġa jeżisti, imma nieqf hemm hekk iġifieri ma noqgħodx nidħol ħafna fiha. Nemmen li hemm xi ħaġa imma b’distanza.

Hawn min jemmen illi jeżisti dan Alla li huwa xi forza għeżież tiegħi illi qiegħda fil-ħolqien hija enerġija illi tippervadi kollox. Qiegħda fis-siġar, fl-għasafar, fil-ġebel, fil-baħar, fl-ilma, fl-ajru, enerġija. Il-kunċett t’Alla qisu xi enerġija kullimkien anke illi qiegħed fil-ġisem tiegħi, fil-bilanċ ta’ ġismi, ġismi mal-ħolqien, huwa dil-forza enerġetika illi hawn iddur.

Imbagħad għeżież tiegħi għandna anke persuni illi jemmnu li hemm Alla, li dan Alla huwa Alla b’xi mod illi huwa personali, b’xi mod huwa Alla li jagħti kas il-bniedem, li jrid jidħol f’relazzjoni mal-bniedem, li mhuwiex enerġija u dwar dan insibu anke reliġjonijiet differenti li jagħtuna viżjonijiet differenti t’Alla għeżież tiegħi.

Aħna l-Insara għaliex nemmnu min hu Ġesu’, nemmnu li Ġesu’ għeżież tiegħi huwa dak illi lilna ġie jurina l-wiċċ veru u uniku t’Alla. Dan huwa statement qawwi qabel ma nidħol fih bil-mod ‘il mod, illi wħud jattakkaw lilna l-Insara li aħna prużuntużi għeżież tiegħi, jattakkawna li tagħna biss tajjeb. Ħeq il-problema mhux aħna prużuntużi u tagħna biss tajjeb, aħna jekk fil-kas huwa Ġesu’ li hu l-prużuntuż u Ġesu’ biss li huwa tajjeb.

Aħna għeżież tiegħi li nemmnu mhux dwarna, imma għax nemmnu dwar Ġesu’. Jekk Ġesu’ qalilna: ‘Jien huwa t-Triq, il-Verita’ u l-Ħajja, ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi.’ Hekk qal u hekk hu għeżież tiegħi u ma tfisser xejn iktar ħlief dak li qalha hu stess ħbieb tiegħi. Jekk Ġesu’ qalilna: ‘Min ra lili ra l-Missier.’ Min ra lili ra l-Missier hu ġie jurina verament min hu l-Missier tagħna tas-sema.

Pero’ aħna dil-ħaġa hija dik li tifridna fil-verita’ għax ma nistax ma nitkellimx u ma ngħidx li ma tifridniex minn reliġjonijiet oħrajn iġifieri tant tifridna li sal-punt li kien hawn min qal isma’ ejjew naqtgħu lil Ġesu’ Kristu ‘l barra għax huwa hu li jifridna minn reliġjonijiet oħrajn. Għaliex? Għax per eżempju Buddha ma qalx li huwa t-triq, il-verita’ u l-ħajja, Muhammed ma qalx li hu t-triq, il-verita’ u l-ħajja, Mose’ ma qalx li hu t-triq, il-verita’ u l-ħajja. Ġesu’ Kristu biss għeżież tiegħi ġie qalilna l-ebda fundatur ta’ reliġjon oħra għeżież tiegħi. Pero’ aħna r-realta’ dak li aħna nemmnu dwar Alla bħala Trinita’ tibda propju mill-esperjenza tal-Ispirtu s-Santu. Waqt li l-Ispirtu s-Santu huwa t-tielet persuna li aħna nsemmu, imma fil-verita’ huwa hu li jikkonvinċi lill-Insara fil-qlub tagħhom illi dak li jgħid Ġesu’ huwa vera. Huwa l-Ispirtu s-Santu biss li jista’ jikkonvinċi l-qlub tagħna illi Ġesu’ tassew Hu min Hu, Alla li sar bniedem.

Huwa l-Ispirtu s-Santu allura għeżież tiegħi li jista’ jdaħħalna fil-verita’ tat-Trinita’ Qaddisa u meta l-Ispirtu s-Santu jikkonvinċina minn Ġesu’ aħna f’Ġesu’ x’naraw? F’Ġesu’ naraw li ġie jurina li huwa huwa Iben il-Missier u li huwa dak illi jagħti l-Ispirtu, fl-istess ħin Ġesu’ huwa dak illi lilna jurina għeżież tiegħi illi kemm il-Missier, hu u l-Ispirtu Qaddis huma ħaġa waħda f’diversi anke mumenti. Meta jgħidilna: ‘Min iħobb lill-Missieri, Missieri jħobbu u aħna niġu ngħammru għandu.’ Meta qalilna: ‘Nibgħatilkom Difensur ieħor’ għall-Ispirtu s-Santu. Hawnhekk naraw dir-relazzjoni Trinitarja.

Il-Vanġelu tallum huwa propju parti minn dan biex ngħidu hekk minn dan l-għarfien li Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lill-Ibnu waħdieni, qal Ġesu’ stess. Il-Missier daqshekk iħobbna kemm iħobbna li tant lil Ġesu’. Mela aħna meta nitkellmu minn Alla Trinita’ qed nitkellmu l-ewwel ħaġa minn Alla li huwa Mħabba li jħobb il-bniedem. Mhux xi forza, mhux xi enerġija, imma minn Alla li jrid relazzjoni personali miegħu għeżież tiegħi għaliex lilna jħobbna, għaliex lilna ma ħalaqniex by chance, għax ma ħalaqniex u telaqna, għaliex għadu magħna, għaliex huwa Alla magħna.

It-tieni ħaġa għeżież tiegħi li naraw fit-Trinita’ Qaddisa għaliex Alla huwa Mħabba, huwa tlett persuni f’Alla wieħed. Xi tfisser? Hija d-diversita’ fl-unita’ u l-Knisja għeżież tiegħi u l-komunita’ tal-bnedmin, aħna maħluqin fix-xbieha t’Alla. Alla li huwa Komunita’, Alla li huwa komunjoni u allura nixtieq nenfasizza ħafna. Il-festa tat-Trinita’ Qaddisa għalina hija realta’, għalina hija festa, għalina hija ċelebrazzjoni, għalina hija mument li mhux biss aħna naduraw lil Alla kif inhu fih innifsu, imma li tagħmlilna ħafna mistoqsijiet dwarna nnfusna. Jekk aħna maħluqin fix-xbieha t’Alla Trinita’, Alla komunita’, Alla komunjoni. Aħna nies ta’ komunita’? Aħna nies ta’ komunjoni? U propju fuq dan nixtieq nenfasizza ftit illum għeżież tiegħi.

L-ewwel ħaġa għeżież tiegħi nibdew mill-familja tagħna għax il-familja hija n-nukleju ta’ kollox, tas-soċjeta’ u tal-Knisja, hija l-bażi ta’ kollox. Aħna kemm qegħdin jekk aħna nemmnu, jekk aħna Nsara, jekk aħna nemmnu f’Alla Trinita’ għeżież tiegħi, aħna kemm qegħdin naħdmu għall-għaqda fil-familji tagħna? Kemm aħna bennejja ta’ komunjoni fil-familji tagħna. Aħna mhux ntellgħu ħitan irridu, inħottu ħitan irridu u naqdu l-familji tagħna. Ħbieb tiegħi li aħna jkollna opinjonijiet differenti fil-familja b’daqshekk ma għandux jifridna, li aħna differenti fil-familja tagħna b’daqshekk ma għandux jifridna. It-Trinita’ mhumiex l-istess pero’ mhumiex mifruda. L-għaqda ma tfissirx li kulħadd ikun l-istess għeżież tiegħi, iġifieri inti differenti mill-mara, il-mara differenti mir-raġel, l-ulied differenti mill-ġenituri, il-ġenituri differenti mill-ulied. Issa xi kultant vera tħossok isma’ illi kulħadd bl-opinjonijiet tiegħu, kulħadd bl-idea tiegħu, ħadd ma jaqbel ma ħadd imqar fuq platt tal-ikel x’se nieklu. Iġifieri xi kultant inħossuna anke fuq dawn l-iċken affarijiet tal-ħajja ta’ kuljum

  • xħin tqum,
  • xħin torqod,
  • xħin toħroġ,
  • fejn tmur,
  • jekk ħa nsiefru,
  • kif inhu l-aħjar mod li nsiefru,
  • jekk ħa nieklu,
  • jekk ħa mmorru f’Restaurant,
  • jekk ħa mmorru festa,
  • jekk ħa niċċelebraw,
  • jekk ħa mmorru ngħumu,
  • jekk ħa nieħdu mument ta’ divertiment,

ma naqblux bejnietna għeżież tiegħi fil-ħajja ta’ kuljum anke fuq dawn l-affarijiet daqshekk ħa ngħidu hekk tal-ħajja ta’ kuljum, imma din hija d-diverita’ tagħna.

Irridu jkollna l-kapaċita’ ħbieb tiegħi sspirata mill-fidi tagħna wkoll illi fid-differenzi ta’ bejnietna aħna ma niġġieldux, aħna ma nimponux, aħna ma nqattgħux l-karti, aħna ma ngħajrux lil xulxin, ma nippretendiex li jien aħjar mill-ieħor għeżież tiegħi. Sakemm mhix ħaġa ħażina fiha nnfisha kulħadd

  • kull idea hija tajba,
  • kull idea tista’ tkun,
  • kull idea għandna nkunu miftuħa għaliha għeżież tiegħi,

imma b’daqshekk ma għandhomx ikunu firdiet f’ħajjitna. Xi drabi l-firdiet jinbtu minn nuqqas ta’ qbil u ftehim, mentri xi drabi n-nuqqas ta’ qbil u ftehim ma għandux ikun firda, imma għandu jkun arrekkiment, għandu jkun għana, għandu jkun ġawhra, ma għandniex nibżgħu fil-familji tagħna għeżież tiegħi.

Jekk irridu l-għaqda fil-familji tagħna pero’ jrid ikollna bżonn il-maħfra fil-familji tagħna forsi dik hija l-unika ħaġa lit-Trinita’ ma tistax tagħmel li taħfer għeżież tiegħi għaliex hemm l-imħabba perfetta, imma aħna bejnietna l-bnedmin min minna jħobb b’imħabba perfetta? Kemm għandna bżonn l-għaqda maħbubin tiegħi fil-familji tagħna għaliex aħna ma għandniex l-imħabba perfetta fil-familji tagħna. Aħna lkoll kemm aħna nonqsu għeżież tiegħi, għandna bżonn dan is-sinjal tal-maħfra fil-familja lkoll kemm aħna. Kemm li naħfru, kemm li nitolbu l-maħfra għeżież tiegħi t-tnejn li huma. Kemm li nagħtu l-maħfra u kemm li nitolbu l-maħfra għandna bżonn biex l-għaqda tkun hemm hekk fil-familja l-kundizzjoni tal-għaqda mhijiex ma niġġieldux, il-kundizzjoni tal-għaqda fil-familja mhijiex illi naqblu f’kollox, il-kundizzjoni tal-għaqda fil-familja hija l-maħfra għax meta niġu flimkien inevitabbli m’aħniex se naqblu f’kollox, inevtabbli li fid-dgħjufija tagħna, aħna nies midinba, aħna nonqsu u nferru lil xulxin. Pero’ aħna msejħin biex naħfru lil xulxin. M’hemmx għaqda mingħajr maħfra għeżież tiegħi.

Issa naf li xi drabi aħna ngħajjew,

  • xi drabi taqta’ qalbek,
  • xi drabi tgħid kemm ħa ndum naħfer,
  • xi drabi tgħid jien mhux ħa nkun tapit ta’ ħadd,
  • jien ma jistax ikun nibqa’ għaddej b’ċerti affarijiet

u għandek raġun għax xi drabi l-maħfra hi abbużata għeżież tiegħi, taħfer u għax jafu li int persuna li taħfer jabbużaw u jinqdew bik u jeħduk forgranted. Din hija verita’ u ma għandiex tkun xi darba trid tqum qawma fuq tiegħek, xi darba trid turi snienek, xi darba trid tieqaf għeżież tiegħi kif Ġesu’ stess għamel tant drabi għaliex ma nistgħux inħallu xi ħadd li jinqeda, pero’ ftakru għeżież tiegħi illi l-maħfra qatt ma hija dgħjufija. Il-maħfra qatt ma hija dgħjufija. Il-maħfra jaħfer mhux min dgħajjef, jaħfer min hu qawwi. Fhimtuni? Jaħfer mhux min hu dgħajjef,  min hu dgħajjef ma jaħfrix. Forgivness is a sign of sterngth and not of weakness in your life.

  • Jekk int persuna li hemm ċerta qawwa fik,
  • jekk int persuna t’integrita’,
  • jekk int persuna libera minn ġewwa,
  • jekk int persuna t’Alla,
  • int tasal li taħfer fil-ħajja tiegħek.

Huma kemm huma kbar il-weġgħat f’ħajtek mhux għax aħna kapaċi, imma għaliex l-Ispirtu t’Alla li jgħammar fina huwa kapaċi jagħmel dak li jiena u int m’aħniex kapaċi nagħmlu.

Imbagħad huwa sabiħ għeżież tiegħi li anke fil-familji tagħna napprezzaw id-differenzi ta’ xulxin, il-kwalitajiet differenti ta’ xulxin mhux ngħiru għal xulxin ħbieb tiegħi. Issa dan li qed ngħid għall-familja japplika għal kullimkien ta, għaqdiet, xogħol, soċjeta’, Knisja, mhux ngħiru, l-għira tkisser l-għaqda. L-għaqda bejn il-ġirien, l-għaqda bejn il-familjari. Ħbieb tiegħi imma xi drabi kemm nies jitkissru bl-għira anke meta jidħlu in-laws fil-familja ngħidulhom. Iġifieri fejn naf jien il-mara tat-tifel tgħir għal mara tat-tifel l-ieħor jew bil-maqlub ħalli ma noqgħodx nittargitja l-mara jew ir-raġel, iġifieri semmejt hekk jista’ jkun it-tifel jgħir għal ħuh. It-tifel jgħir għal mara ta’ ħuħ you know? L-aħwa jgħiru għal xulxin you know? Jew l-irġiel ta’ xulxin ta’ wlied, tal-bniet I mean faċilment tidħol l-għira għeżież tiegħi fil-familja u l-għira teqred, l-għira tkisser, l-għira toqtol.

Ġesu’ minħabba l-għira qatluh, l-appostli minħabba l-għira tefgħuhom il-ħabs, għeżież tiegħi l-għira tkisser fil-familji tagħna maħbubin tiegħi u dawn huma, hija xi ħaġa li aħna rridu nagħtu kasha. Ma nħallu l-ebda għira tkisser lil-familji, imma dawn it-tlett affarijiet li semmejt għeżież tiegħi d-diversita’ fl-unita’, il-maħfra u li negħlbu l-għira għax dawn huma t-tlieta essenzjali għall-komunjoni għeżież tiegħi, li negħlbu l-għira, li naħfru l-weġgħat u li nżommu d-diversita’ fl-unita’ ma japplikawx biss għall-familji tagħna. Dawn huma teltt affarijiet li japplikaw għeżież tiegħi għaċ-ċirkustanzi kollha. Japplikaw

  • għall-komunitajiet reliġjużi,
  • għall-mixjiet ta’ talb,
  • għall-komunitajiet ta’ talb,
  • fi grupp għeżież tiegħi,
  • f’parroċċa,
  • f’komunita’ reliġjuża tal-patrijiet u s-sorijiet għeżież tiegħi,
  • saċerdoti bejniethom,

ma jistax ikun li aħna rridu nagħmlu lil kulħadd l-istess. Irridu nilqgħu d-diversita’ bħala rigal t’Alla, doni u kariżmi differenti għeżież tiegħi u nagħtu spazju għad-diverista’, mhux xi drabi għeżież tiegħi tidħol anke l-għira anke fil-Knisja. Tgħir għall-grupp ieħor li tarah qed jagħmel forsi aktar suċċess f’għajnejk, tgħir għal patri ieħor, tgħir għal soru oħra, tgħir għall-qassis ieħor, tgħir għal leader ieħor għeżież tiegħi, tant għira li jista’ jkollna fil-mixja tagħna.

Noqgħodu attenti ħbieb tiegħi lkoll kemm aħna xi darba jew oħra ngħaddu mill-għira fil-qalb tagħna jiġifieri nitgħallmu nikkontrollawha, nitolbu l-Ispirtu s-Santu jagħmilna aktar nies siguri fih, maqugħdin miegħu, allura liberi għall-ħidma tal-Ispirtu li jrid jagħmel fina u jridna nagħmlu f’xulxin ħbieb tiegħi. Għandna bżonn anke naħfru fil-Knisja, naħfru u kemm għandna bżonn maħfra fil-Knisja, għaqdiet u movimenti bejniethom, patrijiet bejniethom, sorijiet bejniethom, qassisin bejniethom. Kemm għandna bżonn għeżież tiegħi maħfra, leaders bejniethom, kemm għandna bżonn maħfra fil-Knisja. Ħbieb tiegħi għandna bżonn ħafna maħfra biex ikun hemm il-għaqda. Il-maħfra hija bżonnjuża għax il-Knisja hija magħmluha minn nies li huma midinba ħbieb.

Imbagħad niġu fuq livell soċjali l-fatt li nemmnu f’Alla Trinita’ għeżież tiegħi jagħtina anke viżjoni ta’ soċjeta’. Mela t-Trinita’ tagħtina viżjoni ta’ familja, tagħtina viżjoni ta’ Knisja u tagħtina viżjoni ta’ soċjeta’ ħbieb tiegħi. Is-soċjeta’ tagħna trid tkun dejjem aktar soċjeta’ jekk aħna nemmnu fit-Trinita’ inklussiva, soċjeta’ li tinkludi u mhux soċjeta’ li teskludi. Soċjeta’ li tkun miftuħa għal realtajiet differenti ovjamnet għal realtajiet li huma tajbin qed nitkellem mhux għal realtajiet li huma ħżiena biex nagħmilha ċara. Ma għandniex nibżgħu għeżież tiegħi anke mid-diversita’, diversita’ ta’ persuni, mid-diversita’ ta’ refuġjati għeżież tiegħi ċertament meta kollox issir skont il-qafas legali u skont dak li l-pajjiż ikun jiflaħ għalih eċċ… Iġifieri dak qed nieħdu forgranted.

Meta qed nitkellem mill-biżgħat li aħna jkollna jekk soċjeta’ tingħalaq fiha nnfisha, soċjeta’ tmut għeżież tiegħi, imma meta aħna ninfetħu għall-ideat differenti diment li huma tajbin u anke meta ma jkunux tajbin billi niddibattuhom ma nkunu qed nagħmlu xejn ħażin. L-importanti li aħna fil-qalb tagħna jkollna prinċipji sodi bħala Nsara u nafu li qegħdin nimxu fuq il-Vanġelu, fuq il-Kelma t’Alla li hija ta’ ġid għalina u li hija ta’ ġid għal xulxin. Pero’ ehe li nħabbtu l-irjus tagħna, l-ideat tagħna there’s noting wrong with that.

Għeżież tiegħi li aħna nkunu miftuħin għall-kulturi differenti għeżież tiegħi mingħajr ma nitilfu l-identita’ u l-kultura tagħna bħala Maltin u bħala Ewropej, pero’ nkunu miftuħin għal xi kulturi differenti lilna aħna hemm xi ħaġa f’kull kultura li aħna nistgħu nieħdu għeżież tiegħi u ‘l mod kif aħna nżommu l-identita’ tagħna mhuwiex li niżolaw lilna nnfusna għeżież tiegħi minn kulturi oħrajn. Anzi meta jiena nitħallat ma’ kulturi oħrajn

  • jiena nsaħħaħ il-kultura tiegħi,
  • jiena nifhem aktar min jien,
  • jiena nifhem aktar l-għeruq tiegħi,
  • jiena nħoss il-bżonn li nifhem aktar jien minn fejn tlaqt bħala Malti,
  • bħala persuna Ewropeja,
  • bħala persuna Meditterranja,
  • dan huwa l-kultura tagħna,
  • is-soċjeta’ tagħna għeżież tiegħi,
  • dan ittini aktar sens t’identita’ lili pero’ mhux biex jiżolani u jaqtagħni,
  • imma biex jiftaħni.

Ħbieb tiegħi ma nibżgħux.

Ma nibżgħux! Xi kultant ikollna ħafna biżgħat imma llum id-dinja għeżież tiegħi, f’dinja globalizzata, bit-teknoloġija, bis-safar, bil-kuntatti li għandna, bil-ftuħ li għandna, dan huwa kollu affarijiet pożittivi għeżież tiegħi. Hija sfortunatament meta nużawhom l-affarijiet b’mod negattiv biex inweġgħu, biex neskludu, biex ikollna manopolju mhux tajjeb. Pero’ hemm dak li huwa pożittiv li ma għandna qatt nibżgħu minnu. Aħna qegħdin ngħixu f’ċirkustanzi għeżież tiegħi li faċilment illi anke fl-Ewropa għandna t-theddida Ewropeja għeżież tiegħi minħabba diversi ċirkustanzi li jqumu anke fuq livelli differenti, xi kultant inħossu hekk din ir-realta’ li qisha instabbilita’ għeżież tiegħi fil-pajjiżi u lkoll kemm aħna għandna d-dmir fil-ħajja tagħna illi noffru dejjem aktar spazji, ambjenti, fejn il-ġnus, fejn il-popli jistgħu jiġu flimkien b’mod sann, b’mod healthy, b’mod ta’ ftuħ u li nitgħallmu minn għand xulxin.

Pero’ nixtieq nenfassiza wkoll li f’dan il-ftuħ għeżież tiegħi, f’din l-għaqda ejjew ma nibżgħux inkunu li aħna għax xi drabi jista’ jiġrilna li meta aħna ninfetħu anke bħala kultura, bħala pajjiż, bħala nazzjon anything, meta aħna ninfetħu għal nies oħrajn xi kultant u din xi drabi hija t-tendenza tagħna l-Maltin. Bil-Malti aħna għandna qawl li jgħid: ‘Il-borma ta’ ġarek, tal-ġar..’ insejt kif inhu bħalissa l-punt hu ‘Il-borma tal-ġarra tfuħ iktar minn ta’ darek.’ Iġifieri l-ikel ta’ ħdejk ixxommu jfuħ ħafna aktar milli ssajjar int. Aħna għandna daqsxejn dit-tendenza aħna bħala Maltin li mhix tajba għeżież tiegħi.

Aħna għandna t-tajjeb tagħna, aħna għandna affarijiet għeżież tiegħi anke ta’ Storja, affarijiet ta’ Kultura, affarijiet t’identita’, affarijiet li huma partikolari tagħna li għandna dejjem nibżgħu għalihom, ma neqriduhomx, nippromovuhom, ninvestu fihom. Huma tant affarijiet li aħna nistgħu  ngħaddu tant nies li jiġu f’pajjiżna għeżież tiegħi u fost dawn l-affarijiet illi lilna bħala Maltin jikkaratterizzana huwa wkoll il-fidi tagħna għeżież tiegħi, anke jekk għandna numru ta’ Nsara Maltin illi forsi ma għadhomx jipprattikaw il-fidi tiegħi, pero’ għeżież tiegħi s-soċjeta’ tagħna hija bbażata fuq il-veritajiet Kristjani anke jekk uħud illum jippruvaw jgħidu u iva imma l-veritaiet Kristjani, il-valuri Kristjani fl-aħħar mill-aħħar huma valuri umani huma valuri ta’ kulħadd. Il-verita’ hija għeżież tiegħi li dawn il-valuri, aħna dak li bena s-soċjeta’ tagħna fihom hija l-fidi Nisranija. Għalfejn qed ngħid dana? Għaliex aħna għandna bżonn għeruq, meta ma nafux minn fejn ġejna ma nafux fejn immorru fil-mixja tagħna. Meta siġra titla’ ‘l fuq daqskemm għandha għeruq l-isfel b’saħħithom għeżież tiegħi. Jekk l-għeruq taqtahom tispiċċa s-siġra tmut ukoll. Ħbieb tiegħi meta aħna naqtgħu ‘il barra l-għeruq tal-fidi tagħna anke fis-soċjeta’ tagħna anke s-soċjeta’ Ewropeja kollha kemm hi ma tiggarantihiex futur, l-għeruq huma essenzjali. Aħna xi drabi għandna Dimensia kollettiva, għandna Dimensia soċjali, Dimensia kulturali fil-ħajja tagħna u allura ninsew minn fejn tlaqna u allura ma nafux fejn aħna nkunu sejrin.

Il-fidi tagħna għeżież tiegħi li hija għandha l-għeruq tagħha f’Alla Trinita’ fil-kommunjoni tassigurana ttina l-qawwa bid-diffikultajiet kollha biex aħna kif għedtilkom nibnu familji li huma komunita’, nibnu Knisja li hija komunita’ u nibnu soċjeta’ li hija komunita’ tal-bnedmin.

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Jekk tħobbuni

Is-Sibt, 20 ta’ Mejju 2017: Riflessjoni dwar Ġw 14: 15-21. (Is-6 Ħadd tal-Għid tas-Sena A) Ara t-test tagħha taħt il-vidjo ….

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Il-Paċi magħkom għeżież tiegħi minn qalbi nilqagħkom għal darb’oħra għal dan il-programm ‘Ejjew Għandi’ stedina ħajja li Ġesu’ jagħmel lil kull wieħed u waħda minna fil-mixja tal-ħajja tagħna għeżież tiegħi sabiex ilkoll kemm aħna, aħna min aħna, ninsabu fejn ninsabu fil-mixja, fl-istorja ta’ ħajjitna, aħna dejjem u f’kollox aħna nistgħu nilqgħu din l-istedina ta’ Ġesu’ li jgħidilna sabiex aħna niġu lkoll kemm aħna għandu.

Nixtieq illi nsellem għeżież tiegħi fil-bidu ta’ din ir-riflessjoni li se naqsam magħkom lil dawk kollha li għaddejjin minn xi żmien iebes fil-ħajja tagħhom, dawk kollha li tiġu l-laqgħat ta’ talb ‘Ejjew Għandi’, dawk minnkom illi anke ssegwuna fuq mezzi diversi ta’ teknoloġija, dawk minnkom li tibgħatu biex nitolbu għalikom, nixtieq insellem mill-qalb lil morda fl-isptarijiet, anzjani li tgħixu waħedkom jew qegħdin fid-djar, nixtieq insellem anke mill-qalb lill-priġunieri, nagħti tislima anke lill-Maltin illi ssegwu b’tant commitment anke minn barra  minn Malta b’mod speċjali hekk lill-Maltin tal-Awstralja, tal-Kanada u l-Ingilterra, naf illi wħud minnkom li qedgħin hemm hekk iżommu kuntatt regolari magħna anke għeżież tiegħi permezz ta’ dan il-programm.

Illum il-Kelma li sejrin naqraw u nirriflettu fuqha meħuda mill-Evanġelju skont San Ġwann propju kapitlu 14 minn vrus 15 sa 21. Ħa naqraw din is-silta u naraw anke fil-ħajja tagħna xi tfisser għeżież tiegħi. Dan huwa parti minn diskors illi Ġesu’ jgħid lill-appostli fl-aħħar ikla tiegħu, fl-aħħar Ċena biex nitkellmu kif nifmuha aħna bil-Malti għeżież tiegħi. Ġesu’ jagħmel diskors twil ħafna fl-Evanġelju ta’ San Ġwann fl-aħħar ikla, kapitlu 14, 15, 16, 17. Diskors twil illi jitratta qisu t-Testment Spiritwali ta’ Ġesu’ u parti minn dan id-diskors huwa dan li se naqra llum.

“Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi. U jiena nitlob lill-Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor biex jibqa’ magħkom għal dejjem, l-Ispirtu tal-verità, li d-dinja ma tistax tirċevih, għax hija la tarah u lanqas tagħrfu. Iżda intom tagħrfuh, għaliex jgħammar magħkom, u huwa fikom. Ma nħallikomx iltiema. Nerġa’ niġi għandkom. Ftit ieħor, u d-dinja ma taranix aktar. Iżda intom għad tarawni, għax jiena ngħix, u intom ukoll għad tgħixu. F’dak il-jum intom tagħrfu li jiena f’Missieri, u intom fija u jiena fikom. Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni; u min iħobb lili, iħobbu wkoll il-Missier, u jiena wkoll inħobbu u nurih lili nnifsi.”

Dan id-diskors għeżież tiegħi huwa diskors li huwa ħafna intimu. Ġesu’ jitkellem mill-imħabba, mill-imħabba lejh. Xi tfisser aħna nħobbu lil Alla fil-ħajja tagħna. Issa qabel ma niġu għaliha ftit hekk naraw Ġesu’ kif qed jurina xi tfisser li aħna nħobbu lil Alla. Jien nixtieq nagħmel ftit riflessjoni u mistoqsijiet. Imma aħna lil Alla nħobbuh? Xi drabi għeżież tiegħi aħna l-viżjoni tagħna t’Alla tant drabi hija x’se nieħdu minn għand Alla, jekk nemmnu fih. Jew inkella Alla li qisu jagħtina liġi morali ta’ x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin u aħna qisna xi drabi nirrelattaw mal-liġi. Kemm aħna b’mod personali u anke kif biex ngħidu hekk inpoġġu lilna nfusna quddiem l-oħrajn meta nitkellmu dwar Alla. Xi drabi ssib persuni li meta nitkellmu dwar Alla dejjem lesti li jpoġġulek x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin ma’ wiċċek, imma jkun nieqes minn ċerta relazzjoni m’Alla.

Uħud għeżież tiegħi lil Alla nikkalpestawh bl-addoċċ, nidgħu, id-dagħa nżejnuh, nivvintawh, nidħku, inwaqqgħu għaċ-ċajt l-affarijiet t’Alla, l-affarijiet qaddisa, l-affarijiet sagri għeżież tiegħi. Hekk xi wħud letteralment iktar ma’ nisfidaw lil Alla u l-affarijiet tiegħu iktar inħossuna tajbin. Uħud jiftaħru saħansitra li ma jemmnux, xi wħud jiftaħru li jeħduha kontra dak li Alla jrid u jgħidu li dan huwa progress, uħud jinqdew b’Alla għeżież tiegħi. Waħda mill-modi ta’ kif ninqdew b’Alla huma l-ġuramenti foloz per eżempju illi jittieħdu f’sitwazzjonijiet differenti li m’hijiex f’postha. Iġifieri xi drabi għeżież tiegħi fejn tidħol ir-realta’ t’Alla aħna għandna dawn id-Double standards. Nistgħu nkunu nies illi mmorru l-Knisja, nies li qegħdin f’mixja imma minn barra mod imbagħad waħedna mod ieħor.

Fil-komunita’ mod, fil-Knisja mod imma mbagħad l-għażliet li nagħmel, kif inġib ruħi, id-deċiżjonijiet li nieħu f’ħajti huma mod ieħor ikunu bil-maqlub tal-Vanġelu ċioe’ m’Alla nkunu Dr Jackle and Mr Hide ninqdew bih, nużawh. Għeżież tiegħi llum Ġesu’ qed jgħidilna li isma’ dak li qed nitlob minna hija l-imħabba, l-imħabba tagħna lejh. U allura llum aħna rridu nagħmlu din il-mistoqsija jiġifieri jiena f’qalbi hemm imħabba verament lejn Alla? Mhux li dejjem irrid nirċievi jien minn għand Alla, imma li jiena nħobbu. Meta Ġesu’ qed ikellimna milli nħobbu lilu x’qed jgħidilna? Qed jgħidilna li aħna l-ewwel ħaġa mistiedna li nidħlu f’relazzjoni miegħu għax hu jrid jidħol f’relazzjoni magħna. Iġifieri aħna ma’ Ġesu’ msejħin li jkollna relazzjoni personali miegħu. Aħna għeżież tiegħi fil-fidi tagħna Nisranija l-Persuna ta’ Ġesu’ mhuwiex bħal Muhammed, mhuwiex bħal Budda, mhuwiex bħal Kunfuġju, mhux bħal xi Leader, mhux bħal xi Fundatur ta’ reliġjon, le!

Aħna msejħin għeżeż tiegħi li jkollna relazzjoni diretta ma’ Ġesu’ mhux ma xi sistema spiritwali, ma’ xi sistema filosofika, ma’ xi sistema ta’ morali. L-ewwel relazzjoni tagħna hija mal-Persuna għażiża tiegħu. Aħna l-Insara jekk jeħdulna lil Ġesu’ li ma jistgħux jeħduhulna sakemm ma nħalluhomx aħna, jeħdulna kollox. Aħna kollox idur madwaru, aħna kollox idur madwar l-imħabba tiegħu lejna u aħna msejħin sabiex inħobbuh u din hija r-relazzjoni, imma r-relazzjoni xi tfisser fil-prattika mbagħad? Ħeq ir-relazzjoni tfisser li inti tinvesti fiha. Inti jekk qiegħed f’relazzjoni ma’ ġuvni, ma’ tfajla, jekk int f’relazzjoni fiż-żwieġ tiegħek biex tkun f’dik ir-relazzjoni inti tinvesti l-ħin, biex tkun f’dik ir-relazzjoni inti tagħti l-ħin li hemm bżonn. Iġifieri jekk tgħid li qiegħed f’relazzjoni imma mbagħad

  • ma għandekx ħin għal xulxin,
  • ma għandniex ċans nitkellmu bejnietna,
  • ma għandniex ċans nagħmlu affarijiet flimkien,
  • ma għandniex ċans nisimgħu lil xulxin,
  • ma nafux xi nħossu għal xulxin

dik ir-relazzjoni ħa tispiċċa u l-istess ħaġa ma’ Ġesu’ Kristu għeżież tiegħi. Aħna biex ikollna relazzjoni m’Alla rridu ninvestu l-ħin fiha. Irridu nisimgħu lil xulxin. Alla jisma’ lilna u aħna nisimgħu lilu, irridu nagħmlu affarijiet flimkien miegħu għeżież tiegħi l-bqija ma tkunx relazzjoni.

Uħud minna sfortunatament hekk qisu Alla qiegħed hemm fuq, distanti u aħna hawn hekk nagħmlu l-affarijiet tagħna u xi kultant insomma nixxutjawlu talba, nibgħatulu SMS, forsi jagħtina xi erbgħa grazzji li għandna bżonn ħalli aħna nkomplu l-ħajja tagħna fuq din l-art imbagħad meta mmutu naraw x’jiġri. Mhijiex hekk għeżież tiegħi dik mhix relazzjoni t’imħabba, mhix relazzjoni profonda. Il-Mulej illum qed jagħmilha ċara li hu jrid minna li lkoll kemm aħna jkollna din l-għamla ta’ relazzjoni profonda miegħu mibnija fuq imħabba ġenwina lejh. U Ġesu’ jibda jagħtina ftit dettalji ta’ dina r-relazzjoni.

L-ewwel ħaġa li jgħid: ‘Jekk tħobbuni’, jekk… għeżież tiegħi jekk hija kundizzjoni, jekk tħobbuni għaliex? Għax l-imħabba għal Ġesu’ ma jimponihiex fuqna. Il-Mulej ma jaqbadniex minn għonqna u jgħidilna ‘Ħobbuni bilfors.’ L-imħabba tħalli l-persuna l-oħra dejjem f’ċirkustanzi ta’ liberta’ għaliex int meta tħobb, int trid tagħżel li tħobb għeżież tiegħi. L-imħabba fil-ħajja trid tkun għażla għalhekk Ġesu’ jgħidilna: ‘Jekk tħobbuni.’ Ċioe’ għandkom il-liberta’ tħobbuniex jew le, imma jekk tagħżlu li tħobbuni ħa jgħidilna x’iġifieri kif aħna nħobbuh.

Mela l-ewwel ħaġa hija relazzjoni libera m’Alla għeżież tiegħi u din irridu nifmuha lkoll kemm aħna, rridu nifumha b’mod personali, iridu nifmuha wkoll meta aħna niġu biex nitkellmu dwar Ġesu’, biex inxandru, lil Ġesu’ Kristu lil persuni oħrajn. Aħna ma nistgħu qatt nimponu lil Ġesu’ fuq xi ħadd biex nuża kelma li llum nħobbu nużawha għeżież tiegħi. Timponix, le l-fidi tagħna qatt m’hi mposta Ġesu’ Kristu qatt ma mposta, l-imħabba qatt m’hi mposta, l-imħabba hija proposta għeżież tiegħi, imma m’hijiex mposta fuq ħadd. L-imħabba dejjem tipproponi jiġifieri bl-Ingliż meta ġuvni jew tfajla nsomma jkunu jridu jiżżewwġu jgħidulek I proposed għamiltilha l-proposta li niżżewwiġha, inti dak li tista’ tagħmel. L-imħabba hija dejjem vulnerabbli turi x-xewqa li tħobb, turi x-xewqa li tkun maħbub imma qatt ma tista’ tgħid lil xi ħadd ħobbni bilfors u l-istess ħaġa Alla l-Imbierek għeżież tiegħi.

  • Ġesu’ tana din l-liberta’ imma aħna din l-liberta’ qed nużawha b’mod tajjeb?
  • Aħna nifhmu verament min hu dan Ġesu’ fil-ħajja tagħna?
  • Qegħdin nagħmlu ħilitna kollha biex ma npoġġu xejn qablu, biex verament b’liberta’ sħiħa aħna nagħtuh il-qalb tagħna?

It-tieni ħaġa Ġesu’ jgħidilna kif inħobbuh, ‘Ħarsu l-Kmandamenti tiegħi.’ Issa din interessanti Ġesu’ qed jgħidilna kif aħna għandna nħobbuh. Aħna xi kultant naħsbu li l-imħabba hija spontanja jiġifieri nħobb kif inħoss, mhijiex hekk għeżież tiegħi. L-emozzjonijiet tagħna xi nħossu aħna ċertament illi jimbuttawna kemm f’relazzjonijiet umani u kif ukoll fir-relazzjoni tagħna m’Alla jimbuttawna biex aħna nidħlu f’relazzjoni. Pero’ mbagħad irridu nikbru. L-imħabba li tibqa’ biss fuq il-livell t’emozzjonijiet mhix qed ngħid li hija ħażina, imma xi drabi ma tkunx matura jkollha bżonn timmatura ħafna aktar għeżież tiegħi, għax jekk nimxu biss fuq l-emozzjonijiet x’nagħmlu? Iġifieri jekk jiena llum nħossni verament Spiritual man tajjeb, inħobb lil Alla, nitlob u nagħmel minn kollox għalih, jekk illum ma nħoss xejn allura abandonship kollox. Ma nistax nimxi hekk dan bħall-imħabba anke f’relazzjoni jiġifieri jekk iżżewwiġtek u meta żżewwiġtek kelli feelings kbar allura jiena nħobbok u jekk il-feelings battew xi ftit allura jiena ma nħobbokx. Għeżież tiegħi l-emozzjonijiet huma parti mill-espressjoni tal-imħabba tagħna pero’ l-imħabba tagħna mhix ridotta għall-emozzjonijiet tagħna kemm bejnietna fir-realta’ tal-għerusija u żwieġ imma anke fir-realta’ tar-relazzjoni tagħna m’Alla għeżież tiegħi.

L-emozzjonijiet anke f’dawk l-affarijiet spiritwali jgħinuna u fl-emozzjonijiet spiritwali rridu noqgħodu attenti ma mmorrux fl-estremi. L-estrem li qisna silġ, litteralment silġ quddiem Alla jew l-estrem fejn emozzjonijiet inkontrollabbli u kollox jimxi madwar il-ħass u ħass u xi tħoss eċċ… fejn tidħol ir-relazzjoni tiegħek m’Alla. Żewġt estermi lit-tnejn li huma għandna nevitawhom. L-emozzjonijiet anke spiritwali huma parti importanti pero’ l-imħabba mhijiex ridotta għall-emozzjonijiet għeżież tiegħi titraxxendi l-emozzjonijiet tagħna, hija wisq ikbar minn hekk. U hawnhekk Ġesu’ qed jgħidilna isma’ min iħobbni iħares il-Kmandamenti tiegħi, jekk tħobbuni ħarsu l-Kmandamenti tiegħi. Iġifieri Ġesu’ qed jgħidilna isma’ jekk tħobbuni agħmlu dak li għedtilkom jien.

Il-Madonna mhux hekk qaltlilna fit-tieġ ta’ Kana ‘agħmlu dak kollu, agħmlu kull ma’ li jgħidilkom Hu? Iġfieri aħna bil-Malti għeżież tiegħi l-ġenituri ta l-iktar illi jgħidu lill-ulied ‘Ismagħni’ imma mhux ismagħni biss b’widnejk iġifieri agħmel li qed ngħidlek għaliex? Għax jiena nħobbok, għax jiena l-ġenitur tiegħek, għax jiena nixtieqlek il-ġid, għalhekk qed ngħidlek agħmel mhux to boss you around know? Mhux biss nilgħabha tal-Boss fuqek jiena imma għax naf li qed ngħidlek huwa ta’ ġid għalik u qed ngħidulek b’ħafna mħabba u għalhekk nixtieqek tismagħni u Ġesu’ hekk qed jgħidilna. ‘Jekk tħobbuni ħarsu l-Kmandamenti tiegħi.’ Għaliex? Għax jiena nħobbkom, hekk wieġbu għall-imħabba tiegħi. Jien li ngħidilkom huwa għall-ġid tagħkom.

Il-Kmandament t’Alla għeżież tiegħi u ħa naraw x’inhu dal-Kmandament jgħidilna għall-ġid tagħna għaliex verament iħobbna u l-Kmandament ta’ Ġesu’ fil-Vanġelu skont San Ġwann huwa tnejn:

  • li nemmnu f’Ġesu’ Kristu, nemmnu fih
  • u li nħobbu lil xulxin għeżież tiegħi.

San Ġwann kemm fil-Vanġelu u fl-Ittri tiegħu naraw li l-Kmandament tiegħu jinġabar f’dawn it-tnejn, li nemmnu f’Ġesu’ bħala dak li l-Missier bgħattilna biex isalvana. Ftakru x’jgħidilna San Ġwann fil-Vanġelu għeżież tiegħi jgħidilna Ġesu’ Kristu nnifsu ‘Alla hekk ħabb lid-dinja li ta l-Ibnu l-waħdieni biex kull min jemmen fih ma jintilifx, imma jkollu l-ħajja ta’ dejjem.’ Ġesu’ ma ġiex biex jikkundanna d-dinja, Ġesu’ ġie biex isalva lid-dinja għeżież tiegħi. Mela l-ewwel ħaġa li nemmnu fih bħala dak li lilna verament ġie biex isalvana, verament ġie biex jaqlagħna mill-ħażen tal-ħajja tagħna u t-tieni ħaġa, it-tieni Kmandament fil-Vanġelu skont San Ġwann huwa li aħna nħobbu lil xulxin. Dan hu l-Kmandament tal-Mulej inħobbu lil xulxin kif ħabbna Hu.

Mela waħda hija l-fidi tagħna f’Ġesu’, it-tieni hija l-imħabba tagħna lejn xulxin kif ħabbna Hu. Issa interessanti illi dawn iż-żewġ Kmandamenti jiġu wara xulxin. Tafu xi jfisser? Li l-imħabba tagħna ta’ bejnietna bħala Nsara trid tkun mibnija fuq l-fidi. Għalhekk l-ewwel Kmandament huwa li aħna nemmnu f’Ġesu’ Kristu u t-tieni Kmandament li nħobbu lil xulxin. Għaliex l-imħabba tagħna lejn xulxin hija frott il-fidi tagħna f’Ġesu’ u din tagħmel differenza kbira.

Tafu meta tagħmel d-differenza? Ħa ngħidilkom meta tagħmel id-differenza. Meta jiġu mumenti u xi ħadd lilek ikun weġgħek u jkollok aptit mhux taħfirlu, teħles minnu imma teqirdu minn wiċċ id-dinja. Dak ikun il-feeling tiegħek imma mbagħad jekk int Nisrani tgħid: ‘Mulej mhux għax jistħoqqlu ta u mhux għax għandi aptit jiena, u mhux għax inħoss li għandi nagħmilha, imma għax tgħidha Int. Jien se nħobb lura lil żewġi, lil marti mhux għax jistħoqqilhom talli għamluli, mhux għax jien niflaħ għaliha, imma għax Int urejtni hekk, imma għax Int ittini l-qawwa li naħfer, Int ttini l-qawwa li nerġa’ nagħti ċans lil dik il-persuna fiż-żwieġ, fil-familja tiegħi, fil-ħbiberija. Ara hija mħabba li mibnija fuq l-fidi f’Ġesu’.

Xi drabi aħna għeżież tiegħi nibnu fuq l-emozzjoni, nibnu fuq il-mument, nibnu fuq jien inhiex kapaċi jew le, nibnu fuq jien inhiex imweġġa’ jew le. Aħna bħala Nsara dejjem aktar irridu nibnu għeżież tiegħi fuq il-fidi tagħna f’Ġesu’. Naf li dan mhux faċli, naf li din hija qabża u hija qabża radikali, imma hawnhekk jibdew joħorġu min huma d-dixxipli veri tal-Mulej għeżież tiegħi. Meta l-imħabba ta’ bejnietna hija frott il-fidi tagħna f’Alla u mhux frott is-sentimenti tagħna għeżież tiegħi, imma frott il-fidi tagħna f’Alla. Għalhekk Ġesu’ qalilna: Ħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien.’ Kieku Ġesu’ qalilna: Ħobbu lil xulxin fullstop! Kien hemm għalfejn jgħidilna Ġesu’? Sorry. In-nies tad-dinja din mhijiex xewqa fihom li jħobbu lil xulxin anke bħala komunita’? Imma meta qalilna: ‘Ħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien,’ issa hemmhekk daħlet il-fidi għeżież tiegħi. Hemm hekk lis-standard tal-imħabba tagħna ma jibqax jien kif naf inħobb, jien sakemm kapaċi nħobb, jien sakemm għandi l-qawwa li nħobb imma lis-standard mhux aktar jien, imma lis-standard issa huwa Ġesu’ Kristu.

Il-fidi tiegħi fih x’tagħtini illi nagħmel u Ġesu’ għeżież tiegħi dil-ħaġa jitlobha minna, pero’ ma jħalliniex waħdena fiha. F’dan il-kuntest Ġesu’ jwegħedna l-Ispirtu s-Santu għaliex? Għaliex kemm biex nemmnu, biex inħarsu l-Kmandamenti tiegħu li qed ngħidilkom li huma tnejn il-fidi f’Ġesu’ Kristu u l-imħabba tal-proxxmu. Biex aħna nemmnu u biex aħna nħobbu għandna bżonn il-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. Din ma tiġix awtomatikament fina għeżież tiegħi. Il-ġrajja ta’ Pentekoste li aħna niċċelebraw fil-Knisja, l-inżul tal-Ispirtu s-Santu, l-għotja tal-Ispirtu s-Santu, San Pawl fl-ittra tiegħu lir-Rumani kapitlu 5 vers 5 jiddeskriviha bħala l-imħabba t’Alla msawba ġewwa qlubna għeżież tiegħi, l-imħabba t’Alla msawba fi qlubna. Dan huwa Pentekoste. Pentekoste, l-għotja tal-Ispirtu s-Santu, it-tielet Persuna tat-Trinita’ Qaddisa x’inhija? Hija l-imħabba li biha Alla jħobb mhux l-imħabba tiegħu għalina jew tagħna lejh, l-imħabba li huwa Hu nnifsu biex ngħidu hekk Alla jpoġġiha f’qalbna.

Din hija kbira għeżież tiegħi, immaġina ħa nuża dan l-eżempju sempliċi ħafna, immaġina kieku int għandek bżonn heart transplant tajjeb? Illi xi ħadd jagħtik qalbu bħal ma’ nagħmlu trapjanti t’organi differenti fil-ġisem. Immaġina li int għandek bżonn qalb u xi ħadd iħallilek qalbu u jagħtik qalbu. Jaqlawlek qalbek u jpoġġu l-qalb tiegħu, dan hu Pentekoste. Pentekoste huwa li Alla jagħtina qalbu u jgħidilna: Issa morru u ħobbu biha għeżież tiegħi, morru emmnu biha, morru ttammaw biha. Din hija daqshekk qawwija għeżież tiegħi. Pentekoste huwa Alla jagħtina qalbu rrid jibdel il-qalb tal-ġebel tagħna f’qalb tal-laħam, f’qalb tixbah lil tiegħu. Irrid jagħtina qalb ġdida, dan hu Pentekoste, dan hu possibli għal min jiftaħ qalbu.

Ġesu’ għamlilna din il-wegħda. Qalilna: ‘Jiena mhux ħa nħallikom iltiema, se nagħtikom Difensur ieħor.’  Ħin minnhom jgħidilna: ‘Jaqblilkom li jiena mmur għax jekk ma mmurx id-Difensur ma jiġix.’ Ċioe’ Ġesu’ għeżież tiegħi waqt li huwa qed iħejji lill-appostli għax hu Ġesu’ se jitla’ s-sema, ħa jmur lura fi ħdan il-Missier jgħidilna jiena mhux se nħallikom waħdekom, jien se nagħtikom dan l-Ispirtu biex intom tistgħu tgħixu dak kollu li jiena għedtilkom, dak kollu li jien tlabt minnkom, biex tgħixu l-Kmandamenti tiegħi tal-fidi u l-imħabba ma tistgħux tagħmluha bil-qawwa tagħkom, għandkom bżonn il-qawwa t’Alla, għandkom bżonn l-imħabba t’Alla.

Issa din fil-prattika għeżież tiegħi kif irridu ngħixuha? Aqbdu ċ-ċirkustanzi l-iktar iebsa li għandkom b’mod speċjali fiż-żwieġ u l-familja, f’ċirksutanzi fejn għandkom bżonn taħfru maħbubin tiegħi, kemm għandna bżonn naħfru fil-familji tagħna. Il-maħfra hija mhix faċli għax meta tkun imweġġa’ tkun iweġġa’ pero’ l-maħfra hija deċiżjoni mhijiex emozzjoni. Hija deċiżjoni li aħna rridu nieħdu mhux bil-qawwa tagħna, imma bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu li Ġesu’ qed iwegħedna. Hija deċiżjoni ta’ fidi allura trid tkun sostnuta bit-talb, bil-qari tal-Bibbja, bis-Sagramenti tal-Qrar u l-Ewkaristija għax li taħfer bħala Nisrani kif ħafer Ġesu’ hija għażla ta’ fidi, mhix xi għażla naturali.

Xi ħadd iweġgħek ma tiġikx naturali li taħfer għeżież tiegħi, pero’ jekk ma naħfrux aħna nibqgħu fl-infern, mhux fl-infern nitilfu ruħna ta, fl-infern ta’ ġewwa fina għax meta int ma taħfirx minn ġewwa ma għandekx paċi, dejjem irrabjat, dejjem invażat għall-persuna l-oħra li weġgħetek. Issa jekk int imweġġa’ għandek raġun tkun imweġġa’ tajjeb?

  • Imma għandek għażla ħa tibqa’ tgħix fil-weġgħat tiegħek jew trid issib it-triq tal-paċi, it-triq tal-ħelsien, it-triq tal-imħabba vera?
  • Trid tmut iddisprat kif int?
  • Trid tmur hekk mingħajr paċi fil-qalb tiegħek?
  • Trid tħalli l-firdiet warajk?

Għeżież tiegħi dawn huma l-għażliet li aħna rridu nagħmlu bħala dixxipli veri ta’ Ġesu’. Il-Mulej irid jagħtina l-qawwa tiegħu biex aħna nagħmlu l-għażliet it-tajba fil-ħajja tagħna u ma nibqgħux aktar imkissrin fil-mixja tagħna. Huma għażliet ta’ fidi li taħfer fl-iktar mumenti iebsa

  • lil min gideb fuqek,
  • lil min iġġakbinak,
  • lil min qarraq bik,
  • lil min qalibielek.

Pero’ ftakar meta taħfer inti tfieq mhux trid tfiq biex taħfer, trid taħfer biex tfieq u din hija t-triq li wriena Ġesu’, din hija t-triq tal-imħabba li hija t-triq tal-fidi. Nerġa’ ninsisti sakemm indejjaqkom dawn ma jiġux naturali aħna għalina għeżież tiegħi dawn huma għażliet ta’ fidi aħna rridu nagħmlu pero’ jiena konvint li dawn huma għażliet li lilna jagħtuna l-paċi vera fil-mixja tal-ħajja tagħna.

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Titħawwadx!

Il-Ħadd, 7 ta’ Mejju 2017: Riflessjoni dwar Ġw 14: 1-12. (Il-5 Ħadd tal-Għid tas-Sena A) Ara t-test tagħha taħt il-vidjo ….

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Il-Paċi magħkom għeżież tiegħi nilqagħkom għal darb’ oħra għal dan il-programm ‘Ejjew Għandi,’ stedina ċara u diretta mingħand Ġesu’. Xi kultant tgħid: ‘imma fejn ħa naqbad nagħti rasi?’ Qatt ma ġralkom hekk meta tgħaddu minn żminijiet iebsa għeżież tiegħi? U Ġesu’ qed jgħidilna fejn nagħtu rasna, nagħtu rasna fuqu, miegħu għeżież tiegħi għaliex darba wegħedna u qalilna: ‘Ejjew għandi intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin; u jiena nserraħkom.’ Din hija l-wegħda ta’ Ġesu’ u Ġesu’ ma jqarraqx bina għeżież tiegħi, il-wegħdiet tiegħu huma vera.

Nixtieq minn qalbi nsellem lilkom ilkoll li ssegwuna regolarment kemm f’Malta, kif ukoll barra minn Malta hekk nixtieq inħeġġiġkom anke sabiex tgħidu lill-oħrajn isegwu daqsxejn dan il-programm għeżież tiegħi, li jisimgħu ftit din il-Kelma t’Alla li tista’ tkun mument ta’ balzmu, mument ta’ faraġ fil-ħajja tagħhom b’mod speċjali nies illi forsi anke nqatgħu mill-Knisja, nies li forsi ilhom ma jisimgħu l-Kelma, ilhom ma jitolbu, persuni li għaddejjin minn żmien iebes fil-ħajja tagħhom, persuni li huma tgerfxu fil-ħajja għeżież tiegħi quddiem Alla ma għandniex distinzjonijiet tafux..

Aħna lkoll kemm aħna prezzjużi ndaqs u din ngħidilkom minn qalbi, ġenwinament. Kull wieħed u waħda minnkom intom prezzjużi mill-qalb.

  • Il-valur tiegħek ħija u oħti m’huwiex ix-xogħol li inti tagħmel,
  • il-valur tiegħek mhux kemm inti stmat,
  • kemm int popolari,
  • kemm int magħruf,
  • kemm int tidher fil-midja,
  • kemm jafu bik,
  • mhux dak li jagħtik valur.

Dak li jagħtik valur huwa l-fatt

  • li int maħluq fix-xbieha t’Alla,
  • int maħluq minn Alla,
  • lilek Ġesu’ jafek,
  • lilek Ġesu’ jħobbok anke jekk qed tbati,
  • anke jekk tħoss ma tistax tagħmel il-ġid li darba kont qed tagħmel,
  • anke jekk forsi tħoss li l-ħajja tiegħek waslet lejn it-tmiem tagħha,
  • int għad għandek il-valur tiegħek,
  • int m’intix ta’ min jarmik
  • anke jekk għaddejt minn sitwazzjoni li xi ħadd seta’ abbużak fil-ħajja,
  • anke jekk tħoss li inti ġejt użat, użata u mormija,
  • int m’intix ta’ hekk, int għandek dinjita’.

Id-dinjita’ tagħna tiġi għeżież tiegħi għax jagħtihielna Alla fil-ħajja tagħna u dawk minnkom li forsi xi drabi tħossukom imkissrin mingħajr ebda dinjita’ hekk kunu afu li intom għandkom post partikulari fil-qalb tiegħi. Nitlob għalikom mill-qalb u nistedinkom sabiex tibqgħu ssegwu dawn il-mumenti u tiġu l-laqgħat li norganizzaw għaliex? Għax jiena nemmen f’Alla illi jħobb u jfejjaq għeżież tiegħi. F’Alla illi l-ġudizzju tiegħu fuqna m’huwiex l-aħħar kelma, il-ħniena tiegħu fuqna hija l-aħħar kelma fil-ħajja tagħna. Alla li jrid jgħinna negħlbu d-dubji tagħna, id-diffikultajiet tagħna, in-nuqqasijiet tagħna bl-imħabba u l-ħniena tiegħu.

Illum se nisimgħu Kelma li għal darb’oħra tkompli tkun ta’ faraġ għalina għeżież tiegħi. Kelma li Ġesu’ jagħtina fil-Vanġelu skont San Ġwann, ġibu l-Bibbja magħkom jekk ma għandkomx ixtru waħda bilħaqq ta ħalli tkunu tistgħu ssegwu l-Kelma t’Alla miegħi. San Ġwann kapitlu 14 minn vers 1 sa vers 14. Ħa naqraw flimkien dan il-kliem ta’ Ġesu’ u naraw dan il-kliem anke xi jfisser għall-mixja tal-ħajja tagħna. 

“Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll. Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet; li ma kienx hekk, kont ngħidilkom. Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu. U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll. U t-triq għall-post fejn sejjer tafuha.” Tumas qallu: “Mulej, aħna ma nafux fejn inti sejjer. Kif nistgħu nafu t-triq?” Wieġbu Ġesù: “Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi. Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu wkoll lil Missieri. Minn issa ’l quddiem tagħrfuh, anzi diġà rajtuh.” Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina.” Ġesù wieġeb: “Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix? Min ra lili ra lill-Missier. Kif tgħidli, ‘Urina l-Missier’? Ma temminx li jiena fil-Missier u l-Missier fija? Il-kliem li ngħidilkom jien, ma ngħidux minn moħħi iżda l-Missier li jgħammar fija qiegħed jagħmel l-opri tiegħu. Emmnuni! Jiena fil-Missier u l-Missier huwa fija. Jekk mhux għal ħaġ’oħra, emmnuni minħabba dawn l-opri stess. Tassew tassew ngħidilkom, min jemmen fija hu wkoll għad jagħmel l-opri li qiegħed nagħmel jien, u akbar minnhom għad jagħmel, għax jiena sejjer għand il-Missier. U jekk titolbu xi ħaġa f’ismi jiena nagħmilha, biex il-Missier ikun igglorifikat permezz ta’ Ibnu. Iva, jekk titolbu xi ħaġa f’ismi, jiena nagħmilha.

Dan il-kliem Ġesu’ għeżież tiegħi jgħidu fil-Vanġelu skont San Ġwann, ir-raba’ Vanġelu propju fl-aħħar ikla li huwa jagħmel mad-dixxipli qabel ma jidħol għall-passjoni. Insibu għeżież tiegħi d-diskors twil ta’ Ġesu’ fl-aħħar Ċena kapitlu 14, 15, 16 u 17. Propju erba’ kapitli sħaħ insibu dan id-diskors twil illi Ġesu’ jgħid lill-appostli. Nistgħu nqisuh bħala Testement Spiritwali b’xi mod ta’ Ġesu’ hekk propju lejn l-aħħar, illi joħorġu temi differenti u waħda mid-demi hekk illi toħroġ propju Ġesu’ kif jibda dan id-diskors twil biex ngħid hekk li bdejna llum jgħidilna: ‘Tħallux qalbkom titħawwad.’ Kemm hija kelma li aħna lkoll kemm aħna għandna bżonn għeżież tiegħi.

Issa jekk immorru fiċ-ċirkustanzi konkretti, ħeqq l-appostli kien se jkollhom għalfejn jitħawwdu għeżież tiegħi, Ġesu’ kien se jgħaddi mill-passjoni; iġifieri kienet se ġġib taħwida sħiħa fil-ħajja tagħhom u Ġesu’ qed jippreparahom minn qabel. Issa kemm jiena u int għandna bżonn din il-Kelma ‘Tħallix qalbek titħawwad’ u aħna forsi ngħidu: ‘imma din reali?

  • Jiena nista’ ma nitħawwadx meta nara l-uliedi jitkissru?
  • Jiena nista’ ma nitħawwadx meta nara r-raġel dieħel fis-sakra?
  • Jiena nista’ ma nitħawwadx, qalbi meta nagħraf li l-mara qed taqlibhieli?
  • Jiena nista’ ma nitħawwadx bil-kriżijiet u d-dejn u l-piżijiet finanzjari li dħalt fihom, forsi għax ma kontx bilgħaqal?
  • Jiena nista’ ma nitħawwadx meta nara l-buisness sejjer ħażin?
  • Jiena nista’ ma nitħawwadx meta nara ‘l uliedi qabdu l-vizzji?
  • Jiena nista’ ma nitħawwadx meta nara d-dinja sejra kif inhi sejra bħalissa bit-theddid tat-tielet gwerra, bit-theddid t’armi nukleari, b’attakki tal-ISIS, b’terroriżmu ‘l hemm u ‘l hawn ma tafx meta jfaqqgħu l-affarijiet?
  • Jiena nista’ ma nitħawwadx meta nara anke xi kultant fil-Knisja affarijiet li ma jkunux sejrin tajjeb?’
  • Ċioe’ l-mistqosija tqum naturali għalina għeżież tiegħi u leġittima. Ħeqq, tista’ ma titħawwadx?

Iġifieri, hawnhekk Ġesu’ qed jistedinna għeżież tiegħi biex verament ikollna relazzjoni profonda miegħu. Dan il-Vanġelu huwa Vanġelu t’intimita’ kbira. Ġesu’ dal-Vanġelu jpoġġih fil-kuntest tal-aħħar ikla, jaħsel saqajn lill-appostli, jagħtihom l-Ewkaristija. Huwa min ma jitħawwadx? B’mod naturali nitħawwdu. Ma jitħawwadx min għandu din l-intimita’ m’Alla għeżież tiegħi.

Tiftakru darba meta Ġesu’ kien fid-dgħajsa u raqad? Il-persuna rieqda fil-Kelma t’Alla, rieqda f’maltempata hija l-persuna li għandna fiduċja totali f’Alla. Mela ma nitħawwdux mhux għax l-affarijiet mhux ħżiena altru jekk għandniex għalfejn ninkwetaw u nitħawwdu quddiem l-affarijiet ħżiena. Ma nitħawwdux għax nemmnu illi l-affarijiet ħżiena ma għandhomx l-aħħar kelma fil-ħajja tagħna, imma l-aħħar kelma tibqa’ dejjem ta’ Ġesu’ li minn dik id-dgħajsa li kien rieqed fiha jqum u jsikket ir-riħ u l-baħar u jerġa’ jġib kalma kbira. Aħna għalhekk ma nitħawwdux. B’mod naturali aħna nitħawwdu, iva lkoll kemm aħna pero’ hawn hekk issa trid tiġi l-qabża ta’ fidi. Dan huwa diskors li biex aħna ngħixuh irridu nagħmlu qabża ta’ fidi fil-ħajja tagħna.

Ara, aħna għandna għażla you either live by facts or by faith. Jew tgħix skont il-fatti x’jgħidulek jew tgħix skont il-fidi x’tgħidlek. Issa l-fidi m’hijiex kontra l-fatti. Il-fidi tmur lil hinn mill-fatti, iġifieri isma’ jekk il-fatti qed jurini li l-affarijiet huma ħżiena l-fidi ma tgħidliex li huma tajbin. Imma l-fidi tmur lil hinn li tgħidili wara dak il-ħażen, wara dik il-maltempata; isma’ ġej il-bnazzi. Dan bħal meta jkollok jigsaw puzzle, inti tista’ tħares lejha minn fuq jew minn taħt. Jekk tħares lejha minn taħt hija kollha griż dak huwa l-fatt, imma jekk taqlibha u l-fidi hija propju li tara l-affarijiet minn punto di vista oħra, inti x’tara? Tara jigsaw puzzle sabiħa, allura aħna rridu nitgħallmu għeżież tiegħi ngħixu bil-fidi u ma neħlux mal-fatti.

Ma jfissirx li jkollna moħħna fl-ajru ta jiġfieri saqajna mal-art imma moħħna fis-sema, saqajna mal-art imma naraw l-affarijiet mil-lenti t’Alla u għalhekk aħna nistgħu ma nitħawwdux fil-mard, fit-tbatija, fil-kriżijiet li ngħaddu minnhom. Ċertament din ma tiġix mil-lum għal għada ta, li aħna qalbna bil-grazzja tal-Ispirtu s-Santu nittrenjawha, naħkmu qalbna, naħkmu l-ħsibijiet tagħna, naħkmu l-emozzjonijiet tagħna biex aħna ma nkunux immexxija mill-inkwiet imma nkunu mmexxija mill-fidi tagħna f’Ġesu’ hija proċess fil-ħajja tagħna, hija mixja spiritwali li aħna lkoll kemm aħna għandna bżonn nagħmlu, imma Ġesu’ jistedinna għaliha. Ma noqgħodux ngħidu imma jiena bniedem u nieqfu hemm. Le, aħna m’aħniex sempliċiment bnedmin il-Mulej tana l-Ispirtu tiegħu għeżież tiegħi. Aħna nies li aħna mmexxija mill-Ispirtu t’Alla fil-ħajja tagħna mhux sempliċiment bnedmin u neħlu hekk ejjew naġixxu verament minn din il-qawwa li l-Mulej tana.

Imbagħad Ġesu’ għeżież tiegħi jitkellem mir-realta’ fi kliem sempliċi li huwa sejjer għand il-Missier u li jrid li aħna wkoll immorru għand il-Missier. Ċioe’ Ġesu’ qed jurina li ħajjitna għandha direzzjoni, li ħajjitna għandha direzzjoni li aħna msejħin sabiex ngħixu maqgħuda m’Alla bħala Missierna għal dejjem fl-eternita’. Dik hi d-direzzjoni tal-ħajja tagħna. Id-direzzjoni vera ta’ ħajtek mhix is-suċċessi tiegħek fuq din l-art,

  • imut l-fqir u jmut is-sinjur,
  • imut il-ħati u jmut l-innoċenti,
  • imut il-kriminal u jmutu l-vittmi tiegħu,
  • imut min jagħmel suċċess u jmut min jagħmel falliment,
  • imut min ikun b’saħħtu,
  • imut min ikun marid,
  • imutu l-kbar u jmutu ż-żgħar.

Ilkoll kemm aħna għeżież tiegħi minn din il-ħajja rridu ngħaddu. Ħajjitna hawn hekk hija biss pasaġġ. Xi drabi aħna ninvestu u ngħixu u ninkwetaw daqs li kieku aħna għal hawn għal dejjem, meta aħna f’sekonda l-Missier tagħna tas-sema jista’ jsejħilna lura għal għandu fl-eternita’, fid-dar tagħna, pajjiżna għeżież tiegħi.

Allura Ġesu’ hawnhekk qed jiftħilna għajnejna, aħna lkoll kemm aħna msejħin biex ngħixu m’Alla għal dejjem fl-eternita’ u Ġesu’ qed jgħidilna l-uniku triq, l-unika triq, l-unika triq għal għand il-Missier huwa biss Ġesu’ m’hemmx triq oħra ħbieb tiegħi, m’hemmx triq oħra. Din nixtiequ nagħmluha ċara xi wħud jaħsbu li jgħidulek: imma r-reliġjonijiet mhux kollha l-istess? Mhux l-aqwa li tgħix ħajja tajba? Le! għeżież tiegħi mhux daqshekk sempliċi l-affarijiet. Ċertament kull persuna f’reliġjonijiet differenti qiegħda tfittex b’xi mod lil Alla għalkemm mhux f’kull reliġjon in-nies ifittxu ‘l Alla għax hemm reliġjonijiet illi Alla ma jeżistix fihom, huma reliġjonijiet ateji. Iġifieri kull reliġjon hi x’inhi l-bniedem qed ifittex ‘l Alla imma waħda biss hija li Alla ġie jfittex lill-bniedem huwa f’Ġesu’ Kristu għeżież tiegħi.

Allura kif darba qal Ġwanni Pawlu II fejn ir-reliġjonijiet l-oħrajn jispiċċaw aħna l-Kristjani nibdew għeżież tiegħi. Għaliex huwa f’Ġesu’ illi Alla ġie jfittixna u f’Ġesu’ u f’Ġesu’ ġie jurina t-triq vera. It-tajjeb li hemm f’reliġjonijiet oħrajn huma kollha preparazzjoni għall-Evanġelju, huma kollha preparazzjoni għal Kristu, imma huwa Ġesu’ biss illi jrid jeħodna għand il-Missier. U għalhekk aħna l-Insara għeżież tiegħi aħna għandna d-dmir t’imħabba, dmir ta’ verita’. Obbligu li aħna nxandru, aħna li għarafna lil Ġesu’ għandna obbligu, għandna qawwa, għandna missjoni, għandna sejħa fl-Ispirtu t’Alla sabiex aħna nagħtu lil Ġesu’ lid-dinja, inxandru lil Ġesu’ bħala l-uniku Triq, l-uniku Salvatur tal-bniedem anke fi żminijietna.

Imma Ġesu’ qed jagħtina direzzjoni ħbieb, qed jagħtina direzzjoni. Ħajtek ma tistax tibqa’ sejra fejn ħabat, ħabat u fejn laqgħat, laqgħat. Int għandek direzzjoni fil-ħajja? Int taf xi trid? U anke jekk taf xi trid, dak li trid huwa dak li verament se jwasslek għall-ħajja ta’ dejjem? Għax int jista’ jkun anke jekk trid il-ħażen taf xi trid. Trid il-ħażen, trid li tħawwad, jista’ jkun li taf xi trid. Imma dan li trid se jwasslek għall-eternita’? Se jwasslek għall-ġenna jew l-infern? Se jwasslek għand Alla jew ix-xitan? Se jwasslek għat-triq id-dejqa li tieħdok għall-ħelsien jew it-triq il-wiesgħa li tieħdok għat-telfien? Għax jista’ jkun li taf xi trid imma dak li trid mhux sewwa.

Illum għeżież tiegħi quddiem dan il-Vanġelu jien u int irridu nagħmlu l-ħsibijiet tagħna, we have to make up our minds, irridu niddeċiedu, irridu nistaqsu; jekk nafx xi rrid, jekk nafx ħajti fejn hija sejra u jekk fejn jiena sejjer huwiex it-triq il-ġusta, huwiex it-triq it-tajba, huwiex dak li lili se jwassalni għall-eternita’ mill-ġdid fi ħdan il-Missier. Jekk jien qed naqbad triq żbaljata qiegħed fiż-żmien it-tajjeb, qegħdin kollha kemm aħna fiċ-ċans għeżież tiegħi li nerġgħu nagħmlu reviżjoni tal-għażliet tagħna. Iva, ħbieb aħna rridu nagħmlu revision tal-għażliet tagħna u jrid ikollna ftit umilta’ fil-ħajja li jekk għamilna deċiżjonijiet żbaljati ma nibqgħux nissupervjaw u ma nibdlux id-deċiżjonijiet żbaljati tagħna. Irridu nagħmlu għażla konkretta għeżież tiegħi. Jekk ħadt deċiżjonijiet żbaljati jrid ikollok l-umilta’ li trid tibdilhom u kull deċiżjoni li ma twassalniex għal għand Alla hi żbaljata, fil-mixja tagħna.

Ġesu’ f’dal-Vanġelu huwa ċar, triq li ħa teħodna x’imkien. Aħna għandna destinazzjoni fil-ħajja tagħna. Jekk nibqgħu nissupervjaw u ma nibdlux l-għażliet tagħna meta dawn huma żbaljati ħa nitkissru aħna, ħa nkissru lil madwarna u possibilment nirriskjaw anke s-salvazzjoni tagħna għeżież tiegħi f’ħajjitna. U għalhekk nistedinkom jekk għandek bżonn tibdel deċiżjonijiet li ħadt taqtax qalbek, forsi t-triq taraha twila, forsi t-triq taraha hekk impenjattiva biex tibdel l-għażliet li ħadt, forsi tħossok cornered qisek ma tistax tibdel. Jiena ngħidlek don’t give up! Fittex għajnuna, ħu parir, itlob il-Mulej jiftaħ bibien ġodda biex anke tirranġa l-iżbalji li int għamilt, tagħmel għażliet differenti milli għamilt s’issa. Taqtax qalbek! Taqtax qalbek! Never give up! Il-Mulej jibqa’ jkun magħna għeżież tiegħi.

Imbagħad Ġesu’ wkoll f’din il-Kelma naraw illi Filippu, Ġesu’ tant jitkellem minn din id-destinazzjoni l-Missier, fejn sejrin. Filippu jgħidlu: ‘uriena l-Missier.’ Kemm aħna hekk tlabna xi darba hekk lil Ġesu’, imma Ġesu’ meta qed jgħidlu Filippu wriena l-Missier, ċioe’ din l-intimita’ Ġesu’ li int għandek ma’ dal-Missier tagħna tas-sema, daħħalni fiha, urihieli. Nixtieq jiena nkun naf hekk lil dan Alla bħala Missieri. Aħna għandna din ix-xewqa għeżież tiegħi? Għandna din ix-xewqa vera fil-qalb tagħna? Ħbieb, kollox jgħaddi ta. Ix-xewqat tal-qalb tagħna kollha kemm huma jgħaddu. Aħna nistgħu nimlew qalbna b’ħafna xewqat anke jekk huma tajbin li xi drabi ma jħallux frott u jekk huma ħżiena jkissruna. L-ikbar xewqa li l-bniedem għandu fl-aħħar mill-aħħar hija x-xewqa għal Alla anke jekk jaħrabha, anke jekk jagħtiha fil-ġenb, anke jekk ma jimxix fuqha.

Is-salmi ħin minnhom David jitlob: ‘Alla, Alla tiegħi int lilek ħerqan infittex, ruħi bil-għatx għalik; għalik imxennaq jiena bħal art niexfa maħruqa, bla ilma; hekk ruħi għatxana għalik Alla tiegħi.’ Il-bniedem għeżież tiegħi f’qalbu għandu għatx għal Alla, irid jara ‘l Alla. U dan l-għatx għeżież tiegħi forsi mhux dejjem nindunaw li huwa għatx għal Alla, imma dan l-għatx għal Alla għeżież tiegħi huwa l-għatx għall-verita’, huwa l-għatx għall-imħabba infinita’, huwa l-għatx li inti tgħix għal dejjem, huwa l-għatx għall-ġustizzja vera. Dan il-krib li hemm fil-qalb umana għeżież tiegħi huwa kollu għatx għal Alla l-imbierek u fih innifsu huwa sinjal tal-eżistenza t’Alla ħa ngħidilkom għaliex. Int jekk ikollok l-għatx għandek fuq livell naturali trid tixrob innutaw li l-għatx li aħna jkollna u l-bżonnijiet umani tagħna kollha hemm xi ħaġa barra minna li tissodisfahom.

Mela jekk jien għandi l-għatx fil-fatt jeżisti l-ilma biex jaqtagħli l-għatx, jekk jien għandi l-ġuħ fil-fatt jeżisti l-ikel li jaqtagħli l-ġuħ, jekk jien għandi l-għatx għall-intimita’ li nixtieq inħobb lil xi ħadd fil-fatti jeżistu l-bnedmin li jiena nista’ nħobb u jħobbuni lura. Innutaw li dawn ix-xewqat profondi tagħna hemm realta’ barra minna li dawn ix-xewqat tissodisfahom. Issa l-istess ħaġa għeżież tiegħi, ix-xewqa profonda tagħna għal Alla, ix-xewqa profonda għall-Missier, ix-xewqa li jiena nħoss li teżisti realta’ spiritwali ikbar minni tfisser li din teżisti. Bħal ma’ x-xewqa għall-ilma jfisser li l-ilma jeżisti, il-ġuħ ifisser li jeżisti l-ikel, il-bżonn t’intimita’ jfisser li jeżistu nies oħrajn biex jimlewli qalbi u ‘l bżonn ta’ dan l-Ispiritwalita’ profonda jfisser li jeżisti Alla li jrid jimlieli l-qalb tiegħi għeżież tiegħi.

Issa hawn hekk aħna rridu nitgħallmu kif nagħtu kas ilkoll kemm aħna din ix-xewqa għal Alla. Kemm xi kultant niltaqa’ ma’ nies li dix-xewqa għal Alla hekk li jitkellem minna Filippu wrieni l-Missier ikissruha fil-ħajja tagħhom u jagħmlu ħsara lil ruħhom daqs kemm tagħmel ħsara lil ġismek jekk inti bil-ġuħ, issa mhux tkun qed tagħmel dieta ta u tkun qed tikkontrolla, imma lil ġismek ma ttiehx jiekol. Daqs kemm tagħmel ħsara lil ġismek jekk int bl-għatx u ma tixrobx, ara tiġix dehydrated u tmurx malajr l-isptar. Kemm minna għandhom dehydration spiritwali għeżież tiegħi, għaliex ma sqewx lir-ruħ tagħhom u issa jinsabu mkissra għaliex daħlu minn dnub għall-ieħor, minn tkissir għall-ieħor, ippruvaw jimlew qalbhom flok imlewha b’Alla li jagħtina l-imħabba, il-paċi u l-ferħ vera, imlewhom bid-drogi, alkoħol, sess bla rażan, jiġru mir-relazzjoni għall-oħra u jispiċċaw vojta huma, jitkissru huma u jkissru lil ħaddieħir. Għiduli dan li qed ngħid jekk hux verita’.

Għeżież tiegħi meta qalbna nippruvaw nimlewha b’dawn l-affarijiet għax minn għalina ħa nsibu l-imħabba vera u l-paċi u l-ferħ vera, aħna nkunu qegħdin nitkissru. Immaġinak inti għandek l-għatx għall-ilma u flok tixrob ilma tajjeb tixrob ilma valenuż. X’se jagħmillek? Se joqtlok. Uħud minna hekk qegħdin nagħmlu l-bżonnijiet verament profondi ta’ qalbna, tal-eżistenza tal-ħajja tagħna flok qed nixrobu ilma ġieri li huwa Kristu nnifsu qed nixrobu ilma mdardar dak li tagħtina d-dinja bil-konsegwenzi li qed imarradna. Kemm hawn nies imkissrin għeżież tiegħi, kemm hawn persuni li tkissru huma u kissru lill-familja magħhom u kissru ż-żwieġ tagħhom. Ħarsu lejn il-familji tagħkom persuna waħda jrid ikollok illi ma għandhiex paċi f’qalbha għax ma hemmx Alla u tagħmillek rebus mill-familja, persuna waħda jkollok li l-ħin kollu tkiddek u tagħmel magħha u tkompli tkiddek u titbiegħed minn Alla, tkompli tkissrek u tkisser il-familja kollha.

Hawn minnkom li huwa mweġġa’ għaliex għamel tant ma’ wliedu imma donnhom bla rispett għax qabdu t-triq tal-vizzjijiet droga, alkoħol eċċ… u inti tibqa’ tgħin, tgħin, tgħin, u tibqa’ tweġġa’ dejjem iktar. Ara, il-bniedem għeżież tiegħi meta ma għandux lil Alla f’qalbu ma għandux paċi. Għeżież tiegħi naf x’qed ngħidilkom fejn m’hemmx Ġesu’ m’hemmx paċi u s-soċjeta’ tagħna, il-kultura tagħna, l-Ewropa tagħna li twarrab lil Kristu għeżież tiegħi tkompli titkisser. Fejn Alla ma jimliex qalb il-bniedem irridu l-kilba għall-flus timla qalbna, il-kilba għall-poter għeżież tiegħi u dawn ikissru s-soċjeta’, ikissru l-umanita’, jifirdu ġnus, jifirdu nazzjonijiet, jifridu popli sħaħ għeżież tiegħi, jeqridu għeżież tiegħi s-soċjeta’ tagħna. Aħna għandna bżonn nagħmlu homework tagħna tajjeb u ngħidu imma

  • aħna fejn sejrin?
  • Fejn sejra ħajti?
  • Fejn sejra familti?
  • Fejn sejra Malta?
  • Fejn sejra l-Ewropa?
  • Fejn sejra d-dinja għeżież tiegħi?

Iktar ma niżvujtjaw minn Alla fil-qlub tagħna iktar il-qalb tagħna tipprova timtela bid-dardir, b’ilma mdardar. Jekk tixrob ilma mdardar jagħmel ħsara lilek u tmarrad lil ta’ madwarek u dan li qed jiġrilna għeżież tiegħi. Għandna bżonn l-umilta’, għandna bżonn inkunu fil-verita’, għandna bżonn niftħu għajnejna għeżież tiegħi u Ġesu’ dak li jipprova jagħmel fil-mixja tagħna. Mela, il-Mulej jgħidilna taqtgħux qalbkom, il-Mulej qed jagħtina direzzjoni fil-ħajja tagħna. Filippu jgħidlu: uriena l-Missier. Aħna hemm dan l-għatx profond għal Alla għeżież tiegħi illi aħna għandna bżonn inħallu lil Ġesu’ jurihulna.  

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Ġesu’, ir-Ragħaj it-Tajjeb

Il-Ħadd, 7 ta’ Mejju 2017: Riflessjoni dwar Ġw 10: 1-10. (Ir-4 Ħadd tal-Għid tas-Sena A) Ara t-test tagħha taħt il-vidjo ….

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Il-Paċi magħkom għeżież tiegħi, nilqagħkom għal darb’oħra għal dan il-programm ‘Ejjew Għandi’, stedina ħajja li jagħmlilna Ġesu’ minn ġimgħa għall-oħra sabiex hi x’inhi għeżież tiegħi l-istorja tal-ħajja tagħna, għaddejjin minn xiex aħna għaddejjin, il-Mulej dejjem jibqa’ jgħidilna: ‘Ejjew Għandi.’ Forsi t-tentazzjoni tagħna tkun illi xi drabi aħna naħarbu ma mmorrux għandu

  • jew għax inħossuna li għaffiġnieha,
  • jew għax inħossuna li qtajna qalbna,
  • jew inħossuna ħżiena wisq
  • jew m’aħniex tajbin biżżejjed.

Frankament għeżież tiegħi meta Ġesu’ jħares lejna ma jirraġunax minna bil-kategoriji tagħna, imma jirraġuna biss minn kif il-Missier jirraġuna dwaru jgħidilna: ‘dawn huma wliedi’ u għalhekk il-Mulej dejjem jibqa’ jgħidilna ‘Ejjew Għandi.’

Illum għeżież tiegħi qabel ma naqraw is-silta tal-Evanġelju, nixtieq minn qalbi hekk insellem lil dawk kollha li tinsabu morda fl-isptarijiet jew fl-isptar tal-Onkoloġija, dawk li qed isegwuna anke minn barra minn Malta, il-Maltin li jgħixu l-Amerika, l-Awstralja, il-Kanada, New Zealand xi wħud, l-Irlanda, l-Iskozja, l-Ingilterra, dawn huma kuntatti li rċevejt għeżież tiegħi illi naf li ssegwu b’mod jew b’ieħor dal-programm hekk u xtaqt anke nonorakom ftit anke f’dal-mument hekk il-commitment li intom tieħdu ta’ kull ġimgħa minn barra minn Malta sabiex isegwuna.

Nixtieq insellem mill-qalb anke l-priġunieri u l-familjari tagħhom anke l-priġunieri li niġi f’kuntatt magħhom jiena fiż-żjajjar tiegħi ġewwa l-ħabs u anke l-familjari tagħhom insellmikom hawn mill-qalb u wkoll anke dawk li huma vittmi ta’ xi ħadd li huwa fil-ħabs għaliex aħna ngħinnu lil kulħadd pero’ hemm min hu vittma, min qed ibati anke ċirkustanzi ta’ persuni oħrajn irridu nagħtu kas kulħadd fil-ħajja tagħna. Nixtieq anke insellem mill-qalb hekk anke wara li għaddejna daż-żminijiet kollha ta’ festi, insellem lil kull min attenda l-eżerċizzi tar-Randan u anke l-festa tal-Ħniena Divina, dak kollu li norganizzaw fil-laqgħat ‘Ejjew Għandi’ hekk nixtieq insellmilkom mill-qalb kienu esperjenzi vera sbieħ illi kellna flimkien. Nixtieq anke nsellem lil dawk li organizzaw transport għal laqgħat ‘Ejjew Għandi’ lil kull min b’xi mod jew ieħor involva lilu nnifsu għal dawn il-mument li kellna ta’ festi u ċelebrazzjonijiet.

Illum is-silta li se naqraw mill-Vanġelu se neħduha mill-Evanġelju skont San Ġwann kapitlu 10 minn vers 1 sa vers 10. Dawk minnkom li għandkom il-Vanġelu qrib tagħkom u nħeġġiġkom dejjem biex ikollkom il-Vanġelu qrib tagħkom għaliex aħna rridu ngħixu l-Kelma t’Alla għeżież tiegħi. Tafux jien Franġiskan u San Franġisk l-istil tal-ħajja tagħna l-Franġiskani jibda billi jgħidilna r-regola tagħna hi li nħarsu l-Vanġelu Mqaddes ta’ Sidna Ġesu’ Kristu u nistgħu ngħidu li din hija biex ngħidu hekk is-sejħa tal-Insara kollha. Aħna msejħin biex ngħixu l-Vanġelu ta’ Ġesu’. Il-Vanġelu rridu nkunu ħafna qrib tiegħu għeżież tiegħi.

Qaddis Malti San Ġorġ Preca kien iħobb jgħid li hu kien jitpaxxa bil-Vanġelu. Il-Vanġelu iktar ma’ nsiru nafu lil Ġesu’ iktar ma’ nsiru nħobbuh, iktar ma’ nagħmlu esperjenza qawwija tiegħu, iktar inkunu rridu naqraw il-Kelma t’Alla ħalli nsiru nafu mhux biss il-Kelma imma nsiru nafu l-Awtur tal-Kelma. Aħna naqraw il-Bibbja mhux biex inkunu nafu l-Bibbja, imma biex inkunu nafu lil Alla fil-verita’ kif Hu wera Lilu Nnifsu għaliex ir-riskju tagħna fi żminijietna bħal dejjem għeżież tiegħi hu li aħna noħolqu Alla fix-xbiha li nimmaġinaw, li aħna noħolqu Alla hekk skont ma’ jidhrilna, skont m’aħna nippretendu, skont m’aħna naħsbu li għandu jkun Alla fil-ħajja tagħna. Mentri l-Kelma t’Alla turina Alla min hu fil-verita’ għaliex il-Kelma t’Alla, il-Bibbja, m’hijiex kliem tagħna l-bnedmin fuq Alla hija Alla x’qal dwaru nnifsu u llum għandna figura partikolari li Ġesu’ xxebbaħ lilu nnifsu hekk miegħu sabiex jkun jista’ anke jkun jista’ jasal għandna b’mod li aħna nifhmu. Il-figura tar-ragħaj. Ħa nisimgħu daqsxejn Ġesu’ x’jgħidilna mbagħad nirriflettu ftit għall-mixja tal-Ħajja tagħna għeżież tiegħi.

“Tassew tassew ngħidilkom, min ma jidħolx fil-maqjel tan-nagħaġ mill-bieb imma jaqbeż ġewwa minn naħa oħra, dak hu ħalliel u brigant. Imma min jidħol mill-bieb hu r-ragħaj tan-nagħaġ. Min ikun mal-bieb lilu jiftaħ, in-nagħaġ minn leħnu jisimgħu, u hu jsejjaħ in-nagħaġ tiegħu waħda waħda b’isimhom u joħroġhom barra. U meta joħroġ in-nagħaġ tiegħu, huwa jmur quddiemhom u n-nagħaġ jimxu warajh, għax jisimgħu leħnu. Imma wara wieħed barrani ma jimxux, anzi jaħarbu minnu, għax leħen barrani ma jafuhx.” Din il-parabbola qalhielhom Ġesù, iżda huma ma fehmux x’ried jgħidilhom biha. Għalhekk Ġesù raġa’ qalilhom: “Tassew tassew ngħidilkom li l-bieb tan-nagħaġ huwa jien. Dawk kollha li ġew sa issa qabli huma ħallelin u briganti. Iżda n-nagħaġ lilhom ma semgħuhomx. Jiena hu l-bieb; jekk xi ħadd jidħol ġewwa permezz tiegħi jsalva, u jidħol u joħroġ u jsib fejn jirgħa. Il-ħalliel ma jidħolx jekk mhux biex jisraq u joqtol u jeqred. Jiena ġejt biex ikollkom il-ħajja, u ħajja bil-kotra.

Hekk din il-parabbola għeżież tiegħi ta’ dan Ġesu’ li huwa r-Ragħaj li jagħti ħajtu għalina bażikament jissimbolizza l-misteru kollu tal-Għid li ċċelebrajna, Ġesu’ li jagħti ħajtu għalina fuq is-Salib. Hekk idaħħalna f’ċertu dimensjonijiet illi tajjeb hekk nidħlu daqsxejn ftit fihom fil-ħajja tagħna.

L-ewwel ħaġa Ġesu’ jinsisti li ragħaj wieħed biss. In-nagħaġ vera ma jmorrux wara diversi ragħajja imma wara ragħaj wieħed, ir-ragħaj tagħhom għeżież tiegħi u hawn hekk irridu nagħmlu l-mistoqsija. Aħna wara min qegħdin nimxu fil-ħajja tagħna? Jista’ jkun illi aħna pinnuri fil-mixja ta’ ħajjitna.

  • Aħna daqqa nduru naħa, daqqa nduru oħra,
  • indur skont x’ma’ jgħidu n-nies,
  • x’kont x’jgħidu opinjonisti,
  • skont x’jgħidu politiċi,
  • skont x’jgħidu nies li jinfulwenzawna,
  • imma jien fil-verita’ fl-iktar affarijiet,
  • fl-iktar aspetti fundamentali tal-ħajja jien wara min qed nimxi?
  • Min huma n-nies li lili jinfluwenzawli, trid issaqsiha lilek innifsek ħija u oħti llum,
  • Inti min jinfluwenza l-opinjoni tiegħek?
  • Inti f’ħajtek min jinfluwenza d-deċiżjonijiet tiegħek?
  • Inti f’ħajtek min huma dawk il-persuni li jinfluwenzaw
  • il-mod kif inti taħseb,
  • il-mod kif inti tirraġuna,
  • il-mod kif inti taġixxi,
  • il-mod kif inti tagħmel l-għażliet tiegħek? 
  • Il-mod kif inti tiddeċiedi fil-mixja tal-ħajja tiegħek.
  • Min huma dawn il-persuni li lilek jinfulwenzawk?

Aħna fil-verita’ lkoll kemm aħna hemm xi ħadd wieħed, tnejn, tlieta, jew aktar illi jinfluenzaw il-mentalita’ tagħna, ir-raġunamenti tagħna. Issa sakemm min jinfluwenzana għeżież tiegħi jinfluwenzana sempliċiment fuq musmar inwaħħlux hawn jew nagħmlux hemm u jekk nagħmilx il-pittura fil-kamra tal-ikel jew nagħmilhiex fil-living room u jekk il-faċċata nagħmilhiex fuq il-ġebla jew inkella niżboħhiex u jekk nibniex jew inħottx, sakemm ikollna min jinfluwenzana fuq dan u jkollna parir ta’ nies li jifhmu m’għandna xejn ħażin. Pero’ għeżież tiegħi meta

  • niġu għall-affarijiet iktar fundamentali għall-ħajja tagħna
  • dawk li huma l-valuri,
  • dak li huwa l-istil tal-ħajja,
  • dawk li huma l-commitments tal-ħajja tiegħi,
  • dik li hija l-fidi tiegħi,
  • jiena rrid nara min qed jinfluwenzani fil-ħajja tiegħi.

Jekk naqbdu u ngħidu per eżempju l-fidi tagħna, aħna min qed jinfulwenzak fiha? Skont x’jgħidu l-ħbieb tiegħek u jekk il-ħbieb tiegħek jgħidu li jemmnu inti temmen u jekk ma jemmnux int ma temminx jew toqgħod pass lura? Il-valuri tiegħek, il-ħajja meta tibda, il-ħajja meta tintemm, il-ħajja kif tintemm. Min jinfluwenzak biex temmen f’dawn il-valuri u kif tħaddanhom fil-ħajja tiegħek? Min qed jinfluwenzak biex inti jkollok viżjoni ta’ żwieġ jekk għandek viżjoni ta’ żwieġ? Min qed jinfluwenzak dwar kif tgħix il-ħajja x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin? Aħna rridu għeżież tiegħi nkunu konxji li aħna għandna ħafna influwenzi, issa Ġesu’ qed jgħidilna:  isma’ quddiem dawn l-influwenzi tal-ħajja tagħkom l-iktar persuna importanti, jekk mhux l-unika persuna importanti għeżież tiegħi huwa Alla, huwa Ġesu’ Kristu, huwa dak li qalilna: ‘Jiena hu t-Triq, jiena hu l-Verita’, jiena hu l-Ħajja.’ Illum qed jistedinna sabiex aħna nimxu warajh u warajh biss.

Forsi din għeżież tiegħi narawha eseġerata għaliex aħna forsi qegħdin nidraw wisq inkunu sieq ‘l hemm u sieq ‘l hawn, qabbel fejn jaqbillek, dur ma’ kull riħ li jonfoħ u l-importanti li tara x’se tiggwadanja, l-importanti mhux li tkun persuna ta’ prinċipji u ta’ priniċipji soda u prinċipji tajba, l-importanti li tgħix il-mument u tara x’tista’ tieħu mill-mument imbagħad għada jaħseb għalih hu, imbagħad għada naraw, imbagħad forsi għada inbiddlu l-ħsieb tagħna, forsi għada xi ħadd ieħor jikkovinċina b’mod differenti, allura llum ngħid mod u għada ngħid mod ieħor. Imma araw għeżież tiegħi din hija ħafna mill-mentalita’ li faċilment illum aħna lkoll kemm aħna ninqabdu fiha. Mentri Ġesu’ qed jurina b’mod ħafna ċar fil-mixja tal-ħajja tagħna llum għeżież tiegħi, illi jridna b’mod ċar li aħna nimxu warajh għax Hu biss jista’ jurina t-Triq, jurina l-Verita’ u jagħtina l-Ħajja.

Ħaġ’oħra li dil-Kelma tgħidilna, Ġesu’ jgħidilna illi aħna bħala n-nagħaġ tiegħu, nisimgħu leħnu għeżież tiegħi, iġifieri hemm leħen Alla illi b’xi mod jiena u int irridu nisimgħu fil-ħajja tagħna. Mhix kwistjoni jekk tistax jekk Alla jitkellimx imma huwa l-kif aħna nisimgħu l-leħen tal-Mulej fil-mixja ta’ ħajjitna, u fil-ħajja tagħna għeżież tiegħi Alla l-Imbierek ikellimna b’diversi modi.

L-ewwel ħaġa hija verita’ li Alla jkellimna. Alla huwa Ħaj, Alla huwa Verita’, Alla m’huwiex x’idea, mhux x’idea filosofika. He’s not a good thought in the good idea. He’s a living Person. U għaliex jikkomunika magħna hemm modi differenti kif jikkomunika magħna għeżież tiegħi. Wieħed mill-iktar modi ċari huwa l-Kelma li huwa tana għeżież tiegħi. Il-Bibbja aħna ngħidu li hija Ktieb ispirat iġifieri Alla nefaħ fih. X’nefaħ fih? L-Ispirtu s-Santu. L-Ispirtu s-Santu nebbaħ lill-Awturi Sagri għeżież tiegħi.

Għal elfejn sena sħaħ u iktar tant nies imxew fuq il-Kelma t’Alla u sabu l-Verita’ fil-ħajja tagħhom, kif aħna ngħidu fil-Quddiesa, ngħidu: Il-Kelma tal-Mulej wara li naqraw il-qari ma ngħidux il-Kelma ta’ San Mark, ta’ San Pawl, ta’ San Pietru, ta’ San Ġwann, ta’ San Mattew, ta’ San Luqa, ta’ ma nafx min, ta’ San Ġakbu, ngħidu dejjem il-Kelma tal-Mulej. Aħna hekk narawha din il-Kelma u ħbieb aħna ma nistgħux inkunu nafu l-Mulej xi jrid minna, il-leħen tiegħu x’qed jgħidilna lil hinn mill-Kelma t’Alla. Jekk aħna niġru wara ħafna affarijiet anke xi drabi fil-Knisja tafux.

  • Wara x’jgħid dak il-qassis,
  • wara x’jgħid dak il-leader,
  • wara x’jgħid dak il-Pastor,
  • x’jgħid dak it-Teologu,
  • qabel kollox x’tgħid il-Kelma t’Alla għeżież tiegħi.

Aħna l-bażi tagħna, il-fundament tagħna tibqa’ dejjem il-Kelma ta’ Ġesu’ u qatt ma nixba’ nħeġġiġkom biex tkunu midħla. Aħna meta għandna xi diffikulta’ l-ewwel ħaġa li rridu nistaqsu hija imma Ġesu’ x’jgħid? Mhux nisimgħu lil kulħadd u forsi qajla tiġi f’moħħna, imma Ġesu’ x’jgħid? Le, aħna li qed nimxu warajh l-ewwel ħaġa li rridu nistaqsu, imma Ġesu’ x’jgħid? Mela l-Kelma tiegħu nsiru nafuha għeżież tiegħi u nsiru nafuha b’mod tajjeb ukoll ee! Għax il-Kelma t’Alla nistgħu wkoll nsiru nafuha b’mod ħażin. Ħeqq, Ġesu’ meta ġie ttantat mix-xitan fid-deżert naraw li anke x-xitan ikkwota l-Kelma t’Alla, imma kwotajielu b’mod żbaljat. Iġifieri kulħadd jista’ jaqbad u jikkwota l-Bibbja imma mhux bilfors ikun qed ifissirha b’mod tajjeb. Iġifieri importanti anke nsibu sorsi tajba minn fejn aħna nistgħu nitgħallmu eżattament il-Kelma t’Alla xi tfisser.

Il-Mulej ikellimna wkoll għeżież tiegħi permezz tal-Knisja. Il-leħen ta’ Ġesu’ nismgħuh permezz tal-Knisja tiegħu. Ġesu’ darba minnhom u din hija Kelma tiegħu qalilna: ‘Min jisma’ lilkom; jisma’ lili,’ Min jisma’ lilkom; jisma’ lili. Leħen Kristu llum huwa wkoll leħen il-Knisja. Issa, ejja nkunu straight to the point, straight and plain għeżież tiegħi, forsi xi wħud minnkom li qegħdin isegwuni għandkom diffikulta’ li tisimgħu leħen il-Knisja. Forsi wħud minnkom il-Knisja għalikom minflok hija dik li tressaqkom lejn Ġesu’ hija dik li tbegħedkom minn Ġesu’. Forsi għal uħud minnkom l-esperjenza ta’ Knisja, meta tisimgħu din il-Kelma jiġikom f’moħħkom fejn naf jien

  • istituzzjoni ta’ poter,
  • istituzzjoni li trid tikkontrolla s-soċjeta’,
  • istituzzjoni li trid tindaħalek fil-ħajja tiegħek,
  • istituzzjoni li ma tħallikx liberu,
  • istituzzjoni li trid timponi,
  • istituzzjoni sinjura,
  • istituzzjoni illi taħseb illi ħadd ma jista’ għaliha.

Forsi għal uħud minnkom il-Knisja tfisser hekk, imma għandna bżonn għeżież tiegħi anke fid-dawl tal-Kelma t’Alla.

L-ewwel ħaġa tista’ tkun li jkunu ġraw żbalji fil-Knisja ngħidu ċar u tond li lilek ġagħluk temmen hekk, forsi l-esperjenza li intit temmen li l-Knisja hekk forsi għandek raġun għaliex l-esperjenza tiegħek b’xi mod wasslitek li temmen li l-Knisja hija hekk, pero’ ċertament għeżież tiegħi jekk naħsbu li l-Knisja hekk żbaljati u jekk il-Knisja f’xi aspetti hija hekk, il-Knisja hi żbaljata għeżież tiegħi, għaliex il-komunita’ Nisranija m’hijiex dawn it-tip t’istituzzjonijiet. Il-komunita’ Nisranija għeżież tiegħi hija komunita’ ta’ fidi, komunita’ ta’ nies, anke l-leadership tagħha, il-Papa, l-isqfijiet u l-qassisin eċċ… Komunita’ ta’ nies illi bid-dnub tagħhom qegħdin jimxu wara Ġesu’, qed jisimgħu leħnu u qed iwasslu l-Kelma tiegħu mhux il-kelma tagħhom. Il-Knisja ma twassliniex il-kelma tagħha għeżież tiegħi, il-Knisja trid tkun fidila għall-Kelma ta’ Ġesu’. Il-Knisja hija strument u sinjal ta’ Kristu fi żminijietna għeżież tiegħi.

Ċertament il-Knisja għandha bżonn ħafna purifikazzjoni u tisfija minn ġewwa li tibqa’ fi proċess kontinwu

  • daqskemm għandi bżonn jien,
  • daqskemm għandek bżonn int,
  • daqskemm nissaffu aħna, daqskemm nitqaddsu aħna, il-Knisja tkun qaddisa,
  • daqskemm aħna nkunu qrib Ġesu’, l-Knisja tkun sinjal sabiħ ta’ Ġesu’.

Imma aħna fil-Knisja l-iktar ħaġa importanti għeżież tiegħi huwa li nsibu lil Kristu, li nsibu dan il-leħen tar-Ragħaj it-Tajjeb. Il-Knisja trid tlaqqana mal-wiċċ vera ta’ Ġesu’, mal-esperjenza vera ta’ Ġesu’. Xi drbai għeżież tiegħi mal-medda tas-snin fi ħdan il-Knisja tant daħlu affarijiet u f’ċerti mumenti tant ikkumplikajna affarijiet u tant affarijiet li huma sekondarji tajniehom wisq importanza illi spiċċajna tlifna l-qaleb u l-ġbejna. Il-qaleb u l-ġbejna tal-Knisja hija l-esperjenza ħajja u konkretta ta’ Ġesu’ Kristu maħbubin tiegħi u meta aħna nintilfu wara tant affarijiet m’hu ħa nsemmi xejn għax ma rrid lil ħadd jieħu għalih imma għeżież tiegħi dak kollu li fl-Knisja ma jippuntax ċar għal Ġesu’ huwa kollu piż żejjed fil-Knisja. Hemm xi ħaġa li m’hijiex f’posta.

  • Meta fil-Knisja nkunu aħna fiċ-ċentru tista’ tkun int min int,
  • meta fil-Knisja npoġġu qaddisin fiċ-ċentru hu liema hu l-qaddis,
  • meta fil-Knisja npoġġu l-wirt kulturali,
  • il-patrimonju tagħna hu x’inhu m’huwiex fiċ-ċentru għeżież tiegħi,
  • meta npoġġu l-istrutturi,
  • it-tradizzjonijiet.

Dawn m’humiex fiċ-ċentru tal-ħajja tal-Knisja.

Il-ħajja tal-Knisja fiċ-ċentru huwa Ġesu’. Ċertament dawn l-affarijiet kollha jridu jirriflettu ‘l Kristu imma jekk isiru importanti iktar mill-Persuna ta’ Ġesu’ jekk dawn isiru iktar importanti minn nies li qed ifittxu lil Ġesu’ allura fil-Knisja għandna problemi serji meta jkollna ambjenti illi jkunu ta’ dan it-tip għeżież tiegħi.

Għandna bżonn tiġdid minn ġewwa, tiġdid illi qatt m’hu biżżejjed, tiġdid illi xi drabi jrid ikollna l-kuraġġ nieħdu deċiżjonijiet ħafna konkretti fil-mixja tal-ħajja tagħna għeżież tiegħi anke internament. Il-Knisja trid issir transparenti għal Kristu, transparenti għal Kristu għeżież tiegħi. Hija espressjoni illi l-Fundatriċi tal-Fokolarini Chiara Lubich tgħid dwar il-Madonna li hija ‘La trasparenza di Dio.’ Hekk kif inhi Marija li hija transparenti għal Alla hekk trid tkun il-Knisja transparenti għal dan ir-ragħaj it-tajjeb.

U meta qed nitkellmu allura fil-Knisja b’mod partikulari għeżież tiegħi dawk li juruna lil Ġesu’ bħala r-Ragħaj t-Tajjeb huma s-saċerdoti ħbieb tiegħi u nixtieq nagħmel appell illum hekk. Is-saċerdoti aħna

  • m’aħniex perfetti
  • għandna l-iżbalji tagħna,
  • għandna d-diffikultajiet tagħna,
  • għandna is-short commings tagħna.

Pero’ apprezzaw għeżież tiegħi, apprezzaw hekk irġiel illi taw ħajjithom

  • meta setgħu kellhom karriera oħra,
  • seta’ kellhom futur ieħor,
  • seta’ kellhom il-familja tagħhom,
  • seta’ kellhom l-affarijiet li riedu fil-ħajja bħal kull persuna oħra.

Issa bit-tajjeb u l-ħażin kollu tagħna ħarsu lejn is-saċerdoti bħala nies illi jekk mhux qed jirnexxielhom pero’ żgur qed jippruvaw għeżież tiegħi qed jippruvaw jagħtu ħajjithom għall-komunita’ Nisranija u nħeġġiġkom ħafna sabiex nitolbu l-ewwel ħaġa għas-saċerdoti li fil-Knisja jridu juruna lil Ġesu’ bħala ir-Ragħaj it-Tajjeb tagħna.

Itolbu għas-saċerdoti għeżież tiegħi l-ewwel u qabel kollox biex ikollhom relazzjoni intima’ ma’ Ġesu’ għaliex is-saċerdot il-qawwa tiegħu ma jġibhiex minn kemm huwa bravu, minn kemm studja, minn kemm għandu ittri wara ismu, dawk kollha jgħinu pero’ l-qawwa vera li tibdel in-nies għeżież tiegħi tiġi mir-relazzjoni profonda m’Alla biss, biss u biss. Il-bqija nistgħu nkunu ħafna saċerdoti bravi kemm tridu pero’ mhux saċerdoti li jmissu qlub in-nies u  verament in-nies jinġibdu lejn Ġesu’. L-iktar bżonn li għandna bżonn fis-saċerdoti. Ċertament irridu tkunu ffurmati nkella jgħidulna l-ħmerijiet imma nies li jkunu t’Alla. Itolbu għas-saċerdoti li jkunu rġiel t’Alla pero’ tuhom l-ispazju u ċ-ċans ukoll għeżież tiegħi tafux. Tant saċerdoti jridu jistargiljaw mal-ħin tat-talb tagħhom għaliex l-impenji tal-parroċċa, l-impenji pastorali l-oħrajn faċilment in-nies jirkbuk fil-ħin tiegħek eċċ… itgħallmu kif tagħtu l-ispazju anke lis-saċerdot biex jitlob, biex imur l-irtiri tiegħu, biex iqatta’ ħin waħdu fit-talb mhux il-ħin kollu dejjem mal-persuni għeżież tiegħi. Is-saċerdoti għandhom bżonn din l-intimita’ m’Alla, imma xi drabi dan il-ħin faċilment jinsteraq mill-ħajja tagħhom. Allura noqgħodu attenti anke biex ngħabbu u x’nistennew mis-saċerdoti tagħna.

Aħna mis-saċerdoti tagħna nistennewhom li jkunu managers? Managers ukoll f’ċertu aspetti mela le jridu jimmanġijaw ċertu affarijiet imma l-problemi li nieħdu għandhom b’mod spċejali hekk fil-komunitajiet, fil-parroċċi eċċ… huma dejjem problemi? Problemi ta’ natura maniġerjali? Kemm meta nitkellmu mas-saċerdoti nitkellmu magħhom dwar hekk ix-xewqa li naraw in-nies jiskopru aktar lil Ġesu’? li l-Kelma t’Alla tiġi mxnadra aktar? Hekk li n-nies verament jistgħu ikollhom ċelebrazzjonijiet sbieħ f’Alla l-Imbierek? Jew il-piki u l-firdiet tal-għaqdiet, gruppi u każini u mitt elf ħaġ’oħra? Mela s-saċerdot sar saċerdot biex joqgħod iqatta’ l-ħin tiegħu fuq dawn l-affarijiet għeżież tiegħi. Min irid iqatta’ l-ħin tiegħu fuq hekk? Min irid jagħti ħajtu kompletament lil Alla u jispiċċa jaħli l-ħin tiegħu fuq dawn l-affarijiet?

Għeżież tiegħi daqskemm is-saċerdoti aħna għandna responsabbilta’ lejkom, intom għandkom responsabbilta’ lejna tafux? Intom responsabbli għall-vokazzjoni tagħna. Daqskemm aħna ma nibżgħux għall-vokazzjoni tagħna, intom tistgħu teqirdu l-vokazzjoni tagħna għeżież tiegħi. Meta s-saċerdoti tgħabbuhom u tkissruhom b’dawn il-piżijiet li Alla ma sejħilhomx għalihom in the first place, imma sejħilhom biex ikunu ragħajja. Ċerti affarijiet li daħħlu biż-żminijiet illi saru piż li jkollna nkaxkru saqajna magħhom għeżież tiegħi u joqtlu l-qawwa interjuri ta’ tant qassisin. Flok jagħtu ħajjithom għal Alla u li jistgħu jsegwu l-iktar nies batuti, l-iktar nies fil-bżonn jispiċċaw tant drabi f’ħinijiet li jittieħdu minn dawn il-problemi tal-ħajja ta’ kuljum f’parroċċi, f’għaqdiet, movimenti, fi gruppi eċċ…

Issa ċertament il-Knisja hija istituzzjoni u allura fejn għandek in-nies u għandek istituzzjoni dejjem għandek dawn il-problemi maniġerjali pero’ ejjew ma nżiduhomx ħbieb tiegħi, ejjew ma nkunux tfal żgħar, naqtgħu dawn il-piki li xi drabi jherru s-saċerdoti stess għeżież tiegħi. Uħud minnkom forsi tistgħu tgħiduli li hekk dil-figura sabiħa ta’ Ġesu’ r-Ragħaj it-Tajjeb fis-saċerdot mhux dejjem tarawha, forsi kellkom esperjenza qarsa, xi saċerdot li ħatafkom, kissirkom, li ma tagħkom l-attenzjoni li xtaqtu ħaġ’oħra. Huma esperjenzi li ġraw, jiġru u jibqgħu jiġru għaliex? Għax aħna bnedmin dgħajfa. Ejjew ma neħlux magħhom għeżież tiegħi, ejjew ma rrid niskuża lil ħadd għax il-fatti huma li huma pero’ ejjew ma neħlux ma’ dawn iċ-ċirkustanzi. Jekk inti tbegħidt minn saċerdot inti tbegħidt minn Ġesu’ għaliex Ġesu’ hekk għamilha l-Knisja. Ġesu’ ma għamilx Knisja mingħajr saċerdoti, għamilha kif għamilha għeżież tiegħi, irrid jiġi għandna permezz tas-saċerdoti tagħna. Fl-aħħar mill-aħħar saċerdoti biss jonqsuna fil-ħajja tagħna?

Issa int qatt ma mort ma nipponta subgħajja lejn ħadd ta,

  • imma l-Hairdresser tiegħek qatt ma għamlet xi żball?
  • It-tabib tiegħek qatt ma għamel xi żball?
  • L-avukat tiegħek qatt ma għamel xi żball?

Issa jew tirranġa miegħu jew jekk ma jogħġbokx tibdlu u ssib lil ħaddieħor, imma ma tgħidx:

  • daqshekk għamilt xagħri,
  • daqshekk mort għall-facial,
  • daqshekk mort għand tabib,
  • daqshekk mort għand avukat.

Le! isib xi ħadd li jolqtok. L-istess irridu nagħmlu għeżież tiegħi anke fil-mixja tagħna ta’ Nsara ma naqbdux illi jekk kelli esperjenza negattiva ta’ saċerdot naqbad narmi ‘l barra l-fidi tiegħi, il-Knisja, u lil Ġesu’ u t-talb u l-Qrar u t-Tqarbin u kollox le! Sib ambjent ieħor. Ejjew anke nkunu ftit maturi ma nkunux tfal żgħar fl-ebda approach tagħna.

Jekk aħna nemmnu għeżież tiegħi f’dan Ġesu’ xi jrid jagħmel fil-ħajja tagħna permezz tal-Knisja, permezz tas-saċerdot tiegħu li huwa r-Ragħaj it-Tajjeb li qiegħed hemm

  • biex issemmalna leħnu,
  • biex jagħtina l-Kelma tiegħu,
  • biex jagħtina l-Ewkaristija,
  • biex jagħtina l-maħfra,
  • biex jagħtina l-fejqan.

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Pass pass magħna!

It-Tnejn, 20 ta’ Marzu 2017: Riflessjoni dwar Lq 24: 13-35. (It-3 Ħadd tal-Għid tas-Sena A) Ara t-test tagħha taħt il-vidjo ….

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Il-Paċi magħkom għeżież tiegżi u minn qalbi nilqagħkom għal dal-programm ieħor ‘Ejjew Għandi’ fejn kif nagħmlu ta’ kull ġimgħa niftħu quddiem għajnejna l-Kelma t’Alla għeżież tiegħi, mhux biex nitgħallmu xi ħaġa perse ta’. Ċertu filosofu Kierkegaard kien iħobb jgħid illi l-predikazzjoni, hekk il-fatt li aħna nxandru l-Kelma t’Alla mhijiex komunikazzjoni t’idejat jew tagħlim hija komunikazzjoni t’eżistenza ċioe’ ta’ ħajja u l-ħajja vera huwa Kristu għeżież tiegħi.

Aħna f’dan il-mument nippruvaw naqsmu l-persuna tal-Mulej għeżież tiegħi, iġifieri nippruvaw inħallu ‘l Mulej Ġesu’ jkellimna, imiss il-qalb tagħna mhux jgħallimna perse biex nitgħallmu xi ħaġa, imma hija laqgħa personali miegħu permezz ta’ din il-Kelma. Alinqas dan huwa l-Ispirtu li bih jiena nħobb nagħmel dan il-program u anke kull mument tax-Xandir tal-Kelma t’Alla illi l-Mulej jagħtina għeżież tiegħi ċ-ċans li aħna nagħmlu.

Nixtieq nirringrazzjakom intom illi ssegwu għeżież tiegħi, intom li tgħidu lill-oħrajn biex isegwu anke dan il-programm, biex jisimgħu l-Kelma t’Alla. Ċertament mhux xi ħaġa li hija personali imma sabiex niftħu qalbna beraħ għall-Kelma ta’ Ġesu’ biex jagħtina sens għall-mixja tal-ħajja tagħna anke fid-diffikultajiet tagħna, anke fil-weġgħat tagħna.

Hekk dan l-aħħar iltqajt ma’ persuna hekk li ssegwi dan il-programm u propjament ma ltqajtx miegħu bgħattli messaġġ fuq Facebook u qalli dil-ħaġa. Qalli:  ‘Father inti jifhmek min hu mweġġa’’ u tani x’nifhem, hekk tani x’nifhem dwar

  • min hemm hemm barra,
  • min qed isegwi,
  • min qed jisma’,
  • min għandu bżonn l-iktar il-Kelma t’Alla,
  • lil min tolqot l-aktar din il-Kelma,
  • nies li huma midruba,
  • nies li huma mweġġgħin,
  • nies li qegħdin jogħotru fil-mixja ta’ fidi tagħhom,
  • nies li għaddejjin minn żmien diffiċli,
  • nies li fiż-żwieġ, fil-familja, f’sitwazzjonijiet oħrajn f’ħajjithom.

Kemm hija vera hu għeżież tiegħi, illi ħafna drabi l-ewwel nies li marru għand Ġesu’ kienu l-morda. San Luqa jgħidilna lin-nies kienu jmorru għand Ġesu’ biex jismagħhom biex jisimgħuh ikellimhom, jisimgħu t-tagħlim tiegħu u biex ifejjaqhom. It-tnejn li huma flimkien u kemm hu importanti li aħna ma nifirdux lil dawn iż-żewġ aspetti ta’ Ġesu’, Ġesu’ li jgħallem u Ġesu’ li jfejjaq. It-tnejn li huma jridu jkunu flimkien it-triq tal-verita’ m’Alla u t-triq tal-imħabba, il-ħniena, il-fejqan, il-maħfra. Dawn huwa l-istess Kristu għeżież tiegħi u n-nies ħafna drabi l-ewwel marru għand Ġesu’ biex ifiqu mbagħad irċevew anke l-Kelma tiegħu u dan Ġesu’ li jrid jiġi jiltaqa’ magħna lkoll maħbubin tiegħi fiċ-ċirkustanzi kollha tal-mixja ta’ ħajjitna.

Illum il-Kelma li sejjer jagħtina lkoll kemm aħna b’xi mod jew ieħor ukoll għandna bżonnha meħuda mill-Evanġelu skont San Luqa kapitlu 24, mela l-aħħar kapitlu ta’ San Luqa minn vers 13 sa vers 35. Għandna l-ġrajja tad-dixxipli t’Għemmaws. Ir-rakkont mhux ħa naqrah għax daqsxejn twil imma ħa nieħu xi biċċiet minnu għeżież tiegħi. Hekk bażikament l-istorja hija din, il-ġrajja hija din, illi

  • għandek żewġ dixxipli Kleofa u ieħor illi jitbegħdu minn Ġerusalemm,
  • jitilqu lejn ir-raħal tagħhom illi jismu Għemmaws,
  • Ġesu’ jidħol jimxi magħhom f’din it-triq mingħajr ma huma jindunaw li hu Ġesu’ qisu stranġier u barrani li jibda jistaqsihom dwar ħajjithom, għalxiex huma ddiżapuntati
  • jgħidulu: ‘Inti biss ma smajtx x’ġara f’Ġerusalemm b’dan Ġesu’ li aħna kellna t-tama li hu l-Messija, issa spiċċa qatluh miet u issa ġa għaddew tlett ijiem minn dan kollu.’
  • Jibqgħu mexjin Ġesu’ jibqa’ mixi magħhom;
  • Ġesu’ jibda jfissrilhom li isma’ fit-Testment il-Qadim, fil-Bibbja mhux hekk hemm miktub li hekk kellu jiġrilu l-Messija tipo. Għaliex qed tieħduha bi kbira li ġara hekk? Mhux hekk kellu jiġri?
  • Imbagħad jibqgħu mexijn u jasal il-mument li isma’ jgħidulu sar illejl dal-barrani qed jgħidulu: ‘Ibqa’ magħna hawn hekk.’
  • Waqt li qed jgħidulu ibqa’ magħna hawn hekk Ġesu’ jidħol għandhom biex jiekol u waqt il-mejda tal-ikel għeżież tiegħi Ġesu’ jaqsam il-ħobż u jgħib u dawn għajnejhom jinfetħu u jindunaw li dan kien Ġesu’ u issa x’jagħmlu?
  • Immorru jiġru lura fil-komunita’ ta’ Ġerusalemm u jgħidulhom isma’ ltqajna, rajna l-Mulej
  • u l-oħrajn fiċ-Ċenaklu jgħidulhom ukoll li anke huma raw il-Mulej.

Din il-ġrajja għeżież tiegħi xi tfisser għall-mixja tal-ħajja tagħna? Tfisser ħafna għeżież tiegħi. L-ewwel ħaġa, hawnhekk għandna dawn iż-żewġ dixxipli illi f’mument ta’ diżappunt, f’mument ta’ xi ħaġa illi ddiżapuntathom bil-kbir, mument ta’ falliment, jiddeċiedu li jinqatgħu mill-komunita’. Dawn kienu fil-komunita’ ta’ madwar Ġesu’, ħasbu li Ġesu’ kellu jkun dan il-Messija imma f’għajnejhom dan Ġesu’ donnu miet u spiċċa u ddiżappuntati nqatgħu minn mal-aħwa.

Hawnhekk għandna kuntrast ma’ dak li għedtilkom il-ġimgħa li għaddiet kellna lil Tumas li wkoll kellu biex ngħidu hekk struggles fidi tiegħu u taqbidiet pero’ baqa’ fil-komunita’. Hawn hekk għandna tnejn li nqatgħu minn mall-komunita’ u din għeżież tiegħi hija attitudni li jiena nixtieq hekk niċċelinġjawha ftit fil-ħajja tagħna. Ċertament ħa ngħidilkom mill-ewwel, Ġesu’ lil dawn li nqatgħu minn mall-komunita’ mar ifittixhom xorta waħda. Ma ħallihomx jitbegħdu tajjeb? Tbiegħed hu għalihom u mexa magħhom.

Iġifieri l-Mulej ħa  jibqa’ jfittixna dejjem għeżież tiegħi, pero’ li nixtieq ngħid l-ewwel ħaġa hija li ma niħduhiex forgranted illi aħna meta jkollna diżappunt fil-Knisja, fiż-żwieġ, fuq ix-xogħol, kull fejn hemm realta’ ta’ bnedmin. L-ewwel attitudni tagħna tkun naqta’ ‘l hinn, inqatta’ l-karti, inparpar, int tgħix ħajtek u jien ngħix ħajti. Din kemm tiġri għeżież tiegħi fuq iż-żwieġ. Forsi xi drabi fuq ix-xogħol ukoll inqala’ mal-ewwel intopp u ma tridx taffrontah, daqshekk trid titlaq ‘l hinn jew fil-Knisja nqalgħet diffikulta’ f’komunita’ għeżież tiegħi, fil-parroċċa, inqalgħetlek diffikulta’ mal-Kappillan, inqalgħetlek diffikulta’ mal-għaqda, mal-leader tiegħek, mal-komunita’ u tiddeċiedi li trid taqta’ ‘l barra, li titlaq lil hinn.

Din hija tentazzjoni dejjem fina għalina u wħud minna nċedu għaliha. Kif ġara lil ħutna hawnhekk;

  • qatgħu u marru mixja għal rashom,
  • ma komplewx il-mixja tal-komunita’,
  • ma komplewx il-mixja tal-Knisja,
  • ma komplewx ċirkustanzi oħrajn,
  • il-mixja tax-xogħol,
  • il-mixja taż-żwieġ
  • imma naqbad mixja oħra,
  • mixja għal rasi,
  • immur insib l-Għemmaws tiegħi,
  • immur insib il-comfort zone tiegħi,
  • immur u nibni xi ħaġ’oħra,
  • x’imkien ieħor għalija, għal rasi.

Kemm faċilment għeżież tiegħi għax ma naqbilx ma xi ħaġa nieħdu din l-atttudni fil-mixja tagħna. Anke jekk neħduha kif ħa naraw Ġesu’ ġej ifittxna pero’ jekk jista’ jkun ma niħduhiex mill-ewwel! Jekk jista’ jkun nagħmlu bħal Tumas nibqgħu fi ħdan il-komunita’ għeżież tiegħi, mhux nitbgħedu minn Ġerusalemm il-post tad-diżappunt fil-ħajja tagħna.

Ġerusalemm kien anke il-post mhux fejn huma biss ġew diżappuntati għaliex huma fuq hekk jitkellmu l-ewwel, pero’ Ġerusalemm huwa l-post fejn huma setgħu jiġu ppersegwitati wkoll kif ġara infatti lill-ewwel Insara ġew ippersegwitati f’Ġerusalemm wara Pentekoste’, wara l-ewwel miraklu tal-paralitiku li għamlu Ġakbu u Ġwanni fil-bieb tat-Tempju. Ġerusalemm huwa l-post fejn Ġesu’ ġie maqtul, fejn Ġesu’ bata, huwa l-post fejn anke Ġesu’ qam mill-mewt, huwa l-post fejn il-Knisja kellha tiġi ppersegwitata, allura b’xi mod dawn ħarbu wkoll mhux biss id-diżappunt tagħhom inqata’, imma tilqu lil hinn anke mill-post tal-persekuzzjoni, inqatgħu minn hemmhekk. Ħbieb tiegħi, mhix faċli li nagħżlu li nibqgħu minħabba l-fidi tagħna postijiet li aħna nistgħu niġu ppersegwitati u ma nitilqux ‘l hinn, m’hija faċli xejn! Pero’ l-Vanġeli s-sabiħ tagħhom li dan Ġesu’ għeżież tiegħi wara l-qawmien, ikollu jiddilja kompletament ma’ sitwazzjonijiet li m’humiex idejali.

  • Il-Madalena m’emmnitx mill-ewwel ma għarfitux mill-ewwel meta Ġesu’ deher ħasbitu l-ġennien,
  • l-appostli ma jemmnux mill-ewwel,
  • Tumas ma jemminx mill-ewwel,
  • dawn it-tnejn jaħarbu lil hinn.

Wara l-qawmien Ġesu’ kellu jiġbor flimkien komunita’ li kienet daqsxejn imfarka. Meta qam mill-mewt Ġesu’ kellu jiddilja ma’ nies illi l-fidi tagħhom kważi kollha kemm huma kienet imfarka, m’hijiex sħiħa, imma kollha kemm huma bil mod ‘il mod jiġu jemmnu. Dis-sabiħ għeżież tiegħi

  • l-Madalena tasal li temmen,
  • l-appostli jaslu li jemmnu,
  • dawn id-dixxipli jaslu li jemmnu għeżież tiegħi.

Kemm hi sabiħ li Kristu hekk nimmaġinah jien wara li qam mill-mewt jiġbor lil dil-komunita’ sparpaljata xi ftit u komunita’ daqsxejn dgħajfa, komunita’ mkissra, komunita’ mbeżża’ u jiġborha flimkien, qed iħejjijha mbagħad għal Pentekoste’ li hija l-quċċata ta’ kollox għeżież tiegħi. Imma kemm hu sabiħ li hekk anke jekk aħna nħossuna bħal dawn it-tnejn

  • li jiena rrid nitlaq ‘il barra miż-żwieġ tiegħi għax diżappuntat, għax ma rridx iktar tbatija,
  • hekk li nitlaq ‘il barra mill-Knisja għax l-iskandli fil-Knisja nħosshom jiddiżappuntawni, għax hemm affarijiet fil-Knisja li lili ma jogħoġbuniex, għax hemm saċerdoti li lili nħoss li tawni eżempju ħażin u ma narax li għandi nibqa’ parti mill-Knisja meta huma stess ma jagħmlux dak li jippriedkaw.
  • Jekk jiena rrid nitlaq minn fuq ix-xogħol għaliex jiena nħoss li fuq ix-xogħol jien m’inix apprezzt, m’inix maħbub ħaġa jew oħra.

Għeżież tiegħi anke jekk aħna nagħmlu dawn l-għażliet u deċiżjonijiet b’mod speċjali fid-dawl tal-fidi ngħid jiena ninqata’ mill-komunita’ Nisranija, ma rridx naf bihom dawn, ma rridx ikolli x’naqsam aktar. Jiena ddiżappuntat mill-Knisja, iddiżappuntat saħansitra anke minn Kristu fil-Knisja u ddeċidejt li nitlaq ‘l hemm. Is-sabiħ hu li Ġesu’ mhux se jħallina waħedna. Ġesu’ se jidħol fil-mixja tagħna.

Sabiħ għeżież tiegħi illi Ġesu’ lil dawn ma qagħadx Ġerusalemm u qalhom ‘Hi, come back!’, ejjew lura ta! Le! Ma għamilx hekk. Huma tbegħdu mill-komunita’ minn Ġerusalemm, tbegħdu mill-Knisja. Ġesu’ x’għamel? Tbiegħed magħhom. Ġesu’ mar jagħmel il-mixja tagħhom mhux huma għamlu l-mixja tiegħu. Ġesu’ għamel il-mixja tagħhom. Ġesu’ daħal bil-mod il-mod, inkiss, inkiss, daħal b’mod li huma ma għarfuhx. Kemm drabi għeżież tiegħi l-Mulej jidħol fil-ħajja tagħna b’mod li aħna ma nagħrfux li huwa hu li qed jidħol fil-ħajja tagħna. Kemm drabi tiġrilna…

  • Alla tant hu kreattiv,
  • Alla tant m’huwiex showman,
  • Ġesu’ tant iħobbna li ma jiġix jipprova jimpresjonana b’xi ħaġa.

Jekk jaf li qalbna hija magħluqa f’ċertu mumenti kapaċi jidħol bil-mod ‘il mod minn dak l-għeluq.

Fil-Vanġelu tal-Ħadd li għadda li tkellimt fuqu, Ġesu’ daħal quddiem Tumas u l-appostli bil-bibien magħluqa hawn hekk jidħol fil-qlub magħluqa, mhux mill-bibien magħluqa għeżież tiegħi, mill-qlub diżappuntati, imma wkoll isib il-mod u jidħol bħala l-istranġier, bħala il-barrani jgħidulu: ‘Inti ‘l barrani?’ Jidħol bħala xi ħadd barrani qed jidħol f’ħajjithom. Kemm hi kbira li Alla nnifsu jieħu l-pożizzjoni ta’ barrani, li jiena nistmah ta’ barrani u jidħol ta’ barrani fil-ħajja tiegħi biex iwassali l-imħabba, il-ferħ, u s-salvazzjoni tiegħu. Kemm hija, kemm hu umli dan Alla tagħna ta’ għeżież tiegħi. Kemm għandna bżonn li anke aħna jkollna dan l-atteġjament ta’ Ġesu’ b’mod speċjali ma’ dawk li tbegħdu mill-Knisja, dawk li tbegħdu mill-komunita’, li nagħrfu nidħlu f’ħajjithom għeżież tiegħi bid-delikatezza kbira li xi drabi nidħlu aħna f’pożizzjoni l-iktar vulnerabbli, – barranin. Forsi wħud minna mhux hekk iqisuna, uħud minna ċerti persuni lilna s-saċerdoti u l-Knisja qatgħuna ‘l barra minn ħajjithom, aħna barranin. Din hija verita’ u rridu naċċettawha għeżież tiegħi b’ħafna umilta’.

Jiena bħala saċerdot għal ċerti nies jiena ‘l barrani f’ħajjithom, ma nfisser xejn, ma jridux jafu. Il-Knisja għal ċerti persuni llum hija barranija minn ħajjithom. Hekk hi r-realta’ għeżież tiegħi. Let face facts kif inhuma, imma aħna mbagħad ma ngħixux bil-fatti, aħna ngħixu bil-fidi u l-fidi għeżież tiegħi ttina l-qawwa, il-kapaċita’ li aħna nistgħu nidħlu mill-ġdid fil-ħajja ta’ dawn in-nies. Pero’ mhux ħa nidħlu mill-ġdid fil-ħajja ta’ dawn ħutna li qatgħuna ‘l barra mingħalina ħa mmorru nimponu xi tagħlim, xi duttrina, xi fidi, xi quddies, xi qrara, xi esperjenza, le! M’huwiex b’dak ‘il mod għeżież tiegħi. Ġesu’ kif jidħol fil-qalb ta’ dawn li tbegħdu? Billi hu jiċċekken iktar minnhom. Jidħol f’ħajjithom fil-personaġġ tal-barrani għeżież tiegħi. Jaċċetta ‘l fatt li jistmawh ta’ barrani, ma jiġġiliedx fuq dak il-fatt. Dak il-fatt jaċċettah il-fatt illi jilqgħuh ta’ barrani. U jgħidulu: ‘int barrani għalija.’ Aċċettaha ma jagħmilx kuntest fuqha għeżież tiegħi, imma xi tkun imbagħad hekk wara din l-attitudni umli, moħbija, ġenitli ta’ Ġesu’?

L-Ewwel Pass – Il-Kelma

Ġesu’ l-ewwel ħaġa jibda jgħinnhom jaqraw dil-ħajja tagħhom fid-dawl tal-Kelma t’Alla. Jaqraw dan id-diżappunt li huma għandhom fid-dawl tal-Kelma t’Alla. U din hija għeżież tiegħi forsi hija l-ewwel ħaġa li aħna lkoll kemm aħna meta nidħlu fil-ħajja ta’ xulxin b’ħafna umilta’ b’mod speċjali aħna s-saċerdoti, il-Knisja mas-soċjeta’ eċċ… irridu ngħinu n-nies jaqraw ħajjithom anke dawk li inqatgħu fid-dawl tal-Vanġelu, fid-dawl ta-Kelma. Dak li ma jistgħux jifhmu preżentament, irridu nkunu ta’ dawl għalihom, f’mixja pass, pass. Forsi l-iktar ħaġa importanti f’dal-mument ma kinitx il-kliem li Ġesu’ qed jgħidilhom imma l-fatt li l-kliem li kien qed jgħidilhom kien f’kuntest li kienu qed jagħmlu lejn Għemmaws.

Ġesu’ ma qalhomx: ‘ieqfu hawn u ara ħa noqgħod nagħlimkom ta għax intom ma tafux u ħa noqgħod ngħidilkom jien l-affarijiet kif inhuma.’ Le! Il-Kelma jgħidilhom xorta, it-tagħlim ma jibdlux, il-verita’ jagħtihielhom, imma jagħtihielhom f’kuntest li qed jimxi magħhom u allura x’kienet l-iktar ħaġa importanti? Ma ngħidx li kienet importanti iktar it-tagħlim, jew importanti iktar il-mixja, l-iktar ħaġa importanti li t-tagħlim, il-Kelma kien qed jagħtihielhom f’kuntest ta’ mixja. Kieku din ma tkunx hekk naħseb id-dixxipli ta’ Għemmaws ma kienux jispiċċaw kif jispiċċaw.

U dina hija sabiħa li l-Mulej anke lilna qed jagħtina għeżież tiegħi lkoll kemm aħna ejjew naċċettaw li lkoll kemm aħna qegħdin f’mixja, ilkoll kemm aħna l-Mulej ma nifhmuhx mill-ewwel, ilkoll kemm aħna xi drabi ma nifhmux dan Alla kif daħal f’ħajti u jekk għandi bżonn nagħmel dil-mixja, ejja nibdieha ma naqtax qalbi ma ngħidx jiena qattajt il-karti ma rrid nagħmel xejn. U jekk aħna għandna ċans nakkumpanjaw lil xi ħadd f’mixja ejjew ma niġrux bih minn naħa l-oħra ħbieb tiegħi. Ġesu’ ma jiġrix bihom id-dixxipli ta’ Għemmaws ma jgħidilhomx: ‘Għamiltu ħażin li nqtajtu misskom bqajtu hawn.’ Ġesu’ ma jgħidilhomx: ‘Prosit għalikom! Rajtu tant mirakli, smajtuh jitkellem tant lil dan Ġesu’, soda l-fidi tagħkom kif tlaqtu, kif kontu diżappuntati!’ ma jgħidlhomx hekk.  Ġesu’ ma jgħidilhomx: ‘ee intom tradejtuha l-Knisja, tradejtuha l-komunita’, tlaqtu lil hinn issa’ ma jgħidilhomx hekk. Ġesu’ ma jgħidilhomx: ‘M’intomx suldati tal-maltemp intom għax hemm il-persekuzzjoni tlaqtu’ le! għeżież tiegħi. Ġesu’ jidħol fil-mistoqsijiet tagħhom, fil-mixja tagħhom u jimxi pass, pass. Għandna bżonn ħafna paċenzja biex inkunu bħall-Mulej anke fil-mixja tagħna għeżież tiegħi.

Din l-attitudni ta’ Ġesu’ nixtieq nipproponieha anke għalikom ġenituri għeżież tiegħi quddiem uliedkom. Kemm fuq mistoqsijiet ta’ fidi li jkollhom u anke fuq mistoqsijiet kbar tal-ħajja. Ejja ngħidu l-verita’, aħna ma għandniex ċirkustanzi fil-familji tagħna stess, issa mhux fil-Knisja qed ngħid ta fil-familji tagħna li ma naqblux bejnietna? Fuq valuri,

  • fuq lifestyles,
  • fuq deċiżjonijiet,
  • fuq x’jagħmilni ferħan,
  • fuq kif ngħix is-sesswalita’,
  • fuq kif inħaddem il-flus,
  • fuq kif għandi niddeverti,
  • fuq kif nimmaniġjaw l-affarijiet tad-dar ta’ bejnietna.

Ma nsibux lilna nnfusna hekk f’dawn il-konflitti?

Kemm għandna bżonn anke f’dawn iċ-ċirkustanzi din l-attitudni ta’ Ġesu’ illi nidħlu fiż-żarbun ta’ xulxin, nifhmu lil xulxin u nagħmlu mixja flimkien. Ċertament l-isfida tibqa’ meta din nagħmluha mbagħad illi rridu naslu għal dak li huwa verita’ u hawnhekk fejn għandna daqsxejn ftit tad-diffikultajiet illum il-ġurnata għaliex aħna ma nemmnux illum li teżisti l-verita’. Hawn min ma jemminx li teżisti l-verita’ jeżistu biss l-opinjonijiet kulħadd jaħsibha kif irid hu kulħadd jibqa’ b’tiegħu. Il-fidi Nisranija hija mixja li twassal għall-verita’ għeżież tiegħi, mhux bilfors tibda mill-veritajiet kollha, imma tasal għall-verita’ pass, pass, bil-mod il-mod. M’hijiex mixja biex kulħadd jaħsibha kif irid hu. Le! irridu nkunu ċari fuqha, imma hija f’mixja li l-verita’ nafuha fil-ħajja għeżież tiegħi. Li aħna nipposedu l-verita’ sempliċiment

  • għax nafu l-Kredu,
  • għax nafu l-Katekiżmu tal-Knisja,
  • għax nafu d-Duttrina tal-Knisja,
  • għax nafu l-Bibbja kif inhija.

Li naħsbu li b’daqshekk aħna l-verita’ nipposeduha m’aħniex f’kuntest ta’ mixja li ninternalizzawha, li ngħadduha, noqgħodu attenti għeżież tiegħi.

Għaliex il-verita’ Nisranija m’hijiex kunċetti, astratti li aħna nistgħu naċċettaw u nitgħallmu eċċ… imma hija relazzjoni li tinbena għeżież tiegħi m’Alla u f’mixja fil-komunita’ fil-Knisja. Iġifieri l-verita’ aħna nimxu fiha, il-verita’ tipposedi qalbna, il-verita’ turi lilha nnfisha lilna, il-verita’ tattirana, tiġbidna lejha. Il-verita’ m’aħniex xi manipolu tagħha, aħna qaddejja tal-verita’ għeżież tiegħi fil-ħajja tagħna. Ma nistgħux ngħidu li aħna bħala Nsara ma għandniex verita’, il-verita’ fil-Kelma t’Alla hemmhekk qiegħda. Inkunu qegħdin nidħku b’xulxin, il-Knisja tkun qed tidħak bid-dinja jekk il-Knisja ma turhiex il-verita’ li wriena Kristu fil-Vanġelu. Ftakru li l-verita’ li l-Mulej uriena m’hijiex ix-xemx jekk hijiex fiċ-ċentru tal-univers jew id-dinja fiċ-ċentru tal-univers. Dawk huma veritajiet xjentifiċi nħalluhom għax-xjenzati biex jagħtuhomlna. Il-verita’ illi l-Knisja tgħallimna fil-Kelma t’Alla huma l-veritajiet li jmissu dwar Alla, dwar il-bniedem u r-relazzjoni t’Alla mall-bniedem. Il-Bibbja turina l-verita’ min hu Alla, min hu l-bniedem u r-relazzjoni bejn Alla u l-bniedem.

Il-Knisja għandha dil-verita’ mela ma għandiex dil-verita’ għeżież tiegħi fil-Vanġelu, fil-Kelma t’Alla. Irridu nipproponuha bħala qaddejja tad-dinja għeżież tiegħi mhux nimponha fuq id-dinja, imma bħala qaddejja tad-dinja. Il-proposta tal-verita’ trid tkun kif Ġesu’ jagħmel mad-dixxipli ta’ Għemmaws. Ġesu’ għandu l-verita’ imma qed jipproponieha f’kuntest ta’ mixja u f’kuntest ta’ mixja eżistenzjali. Fil-mixja tal-ħajja ta’ dawn il-persuni għeżież tiegħi m’hijiex verita’ dottrinali ta’ tagħlim fih innifsu, le imma li jitlaħħam f’kuntest ta’ mixja pass, pass.

It-Tieni Pass – Il-Karita’

Il-ġrajja ta’ dawn iż-żewġ dixxipli għeżież tiegħi Ġesu’ jkompli jgħallimhom, jgħidilhom. Jasal il-mument meta għax jidlam u Ġesu’ jagħmel ta’ bir-ruħu li ħa jibqa’ sejjer jgħidulu: ‘ibqa’ magħna, idħol għandna d-dar issa.’ X’għamlu dan għeżież tiegħi? Dawn għamlu att ta’ karita’. Dawn kienu Lhud tajbin għaliex il-bniedem Lhudi jaf illi l-Kelma t’Alla tgħidlu biex jilqa’ lil barrani għandu. L-ospitalita’ hija karatteristika sabiħa immens għeżież tiegħi fil-Bibbja. U kemm għandna bżonn aħna jkollna din il-kwalita’ ta’ ħajja bħala Nsara, li nkunu nies t’ akkoljenza, nies li nilqgħu, nies li nkunu ospitabbli, li nagħmlu n-nies l-oħajn they feel welcome, they feel at home anke jekk ma nafuhomx, anke jekk huma barranin għalina. Issa ċertament il-prudenza u ċ-ċikustanzi tal-ħajja huma li huma, imma qed ngħid l-attitudni tal-qalb. Li nkunu nies li nilqgħu dawn ma kienux jafu li qed jilqgħu lil Ġesu’ tinsewx. Qed jilqgħu barrani imma meta laqgħu barrani, laqgħu lil Kristu. Il-mixja tagħhom biex jagħrfu lil Ġesu’ dawn kellha l-ewwel tappa kienet il-Kelma, it-tieni tappa kienet il-karita’ qed jagħmlu att ta’ karita’ qed jilqgħu lil Ġesu’.

Aħna għeżież tiegħi anke biex nilqgħu lil Ġesu’ rxuxtat f’ħajjitna. Il-Kelma t’Alla waħedha mhix biżżejjed għandna bżonn il-karita’ ħbieb tiegħi,

  • li jiena nilqa’ lil Ġesu’ fil-marid,
  • fir-refuġjat.
  • Nilqa’ lil Ġesu’ fil-priġunier,
  • nilqa’ lil Ġesu’ f’min qiegħed ibati,
  • nilqa’ lil Ġesu’ f’min id-drittijiet tiegħu huma mkissrin fis-soċjeta’ tagħna,
  • nilqgħu lil Ġesu’ f’min hu mċaħħad mill-verita’ għax aħna għandna soċjeta’ li qed tinbena fuq ħafna inganni u gideb.

Meta ma nxandrux il-verita’, meta ma nurux il-verita’ għandna l-inganni u l-gideb għeżież tiegħi. Li nxandar il-verita’ hija att ta’ karita’ tafux ħbieb tiegħi. Li xxandar il-verita’ hija att ta’ karita’ għalina l-Insara. Imma l-punt huwa li hawnhekk għandna lil dawn li jilqgħu ‘l barrani. Aħna għeżież tiegħi biex nagħmlu din l-esperjenza kif ħa jagħmlu dawn ta’ Ġesu’ b’mod sħiħ irid ikollna qalbna miftuħa anke għal min hu fil-bżonn u nilqgħu lil dan Ġesu’ moħbi f’min hu fil-bżonn.

It-tielet Pass – L-Ewkaristija

Imbagħad jiġi t-tielet mument għeżież tiegħi fil-mixja tagħhom. Il-mument tal-qsim tal-ħobż ċioe’ huwa l-mument Ewkaristiku, il-mument tal-Ewkaristija. Dawn it-tlieta flimkien il-Kelma, il-Karita’ u l-Ewkaristija jkunu l-kuntest li fihom Ġesu’ juri lilu nnifsu lil dawn id-dixxipli u dawn għeżież tiegħi frott ta’ hekk x’jagħmlu? Jitilqu lil hinn u jmorru jiġru lura dik it-triq illi lil Ġesu’ qatgħulu qalbu minnha għax qalulu qed jidlam, jimxuha kollha kemm hi lura ħalli jmorru fil-komunita’.

Ġesu’ għeżież tiegħi hekk kif lilna jrid idaħħalna mill-ġdid f’qalb xulxin, jintegrana mill-ġdid fil-Knisja għeżież tiegħi mhux iħallina mbegħdin minn xulxin, imbegħdin mill-Knisja tiegħu. Ara, taħsbux li Ġesu’ huwa kuntent ta’ jekk inti qtajt mill-Knisja. Ara, taħsibx li Ġesu’ jridek tibqa’ hekk le! u ara, taħsibx li Ġesu’ jgħidlek isma’ u ija, agħmel int, agħmel kif tħoss, le! għeżież tiegħi. Il-Mulej

  • iridna fil-komunita’ tiegħu,
  • iridna nisimgħu l-Kelma,
  • iridna nsibuh fil-fqir u l-batut,
  • irid jitmagħna bil-Ġisem u d-Demm tiegħu fl-Ewkaristija Mqaddsa għeżież tiegħi.

Mhux kuntent jarana maqtugħin. Aħna nirraġunaw niddeċiedi jien, nagħmel jien. Alla li jħobbna ma jirraġunax hekk, Alla li jħobbna jirrispetta l-għażliet tagħna, imma fil-Qalb tiegħu jixtieqna dejjem miegħu kieku ma jħobbniex.

Inti persuna jekk uliedek jiddeċiedu jitilqu mid-dar ma tistax iżżommhom, jekk jiddeċiedu li ma nafx x’jagħmlu ma tistax iżżommhom imma għax tħobbhom tixtieq kieku l-ħażen ma jagħmluhx, għax tħobbhom tixtieq li kieku jibqgħu magħqudin ħaġa waħda miegħek mhux jinfirdu minnek għax l-imħabba hekk tixtieq għeżież tiegħi. Alla jħobbna wisq biex hu jħossu kuntent li jarana lkoll nitbegħdu minnu u basta kulħadd jgħix ħajtu, le! Alla jridna flimkien bħala l-familja vera tiegħu għeżież tiegħi.

Meta jmorru lura x’jagħmlu għeżież tiegħi mal-appostli dawn id-dixxipli? Kulħadd jitkellem fuq l-esperjenza tiegħu ta’ Ġesu’. L-appostli jgħidulhom kif raw il-Mulej u dawn jgħidulhom kif raw il-Mulej, Imma din mhux sabiħa? Ħadd minnhom ma joqgħod iċanfar lil xulxin, ‘tlaqtu lil hinn, ħrabtu, issa ġejtu lura?’ Le! jitkellmu fuq Ġesu’ din hi s-sabiħ tal-Knisja għeżież tiegħi. Illum għall-grazzja t’Alla għandna komunitajiet hekk tafux! Hekk jiena stess nifforma parti u nara komunitajiet meta in-nies li nqatgħu mill-Knisja u issa jiġu lura b’esperjenza sabiħa ta’ Ġesu’ u aħna fuq dan għandna nitkellmu iktar, fuq dan għandna l-aktar nenfasizzaw, mhux fuq min jitlaq, mhux fuq min jinqata’. Dawk infittxuhom imma kemm għandna bżonn nitkellmu ħafna aktar fuq min ġej lura. Ħafna nies ma jafux li ħafna nies qed jiġu lura lejn il-Knisja wkoll, qed jiġu lura u jagħmlu esperjenza sabiħa t’Alla. Ejjew fil-laqgħat ‘Ejjew Għandi’ u taraw din l-esperjenza għeżież tiegħi illi xahar wara l-ieħor naraw nies illi jiġu lura u jagħmlu esperjenza ħajja ta’ Ġesu’ u jitkellmu fuq Ġesu’.

  • Ġesu’ li issa misshom,
  • Ġesu’ li fejjaqhom,
  • Ġesu’ li ħelishom,
  • Ġesu’ li tahom tama ġdida,
  • Ġesu’ li wriehom lilu nnifsu li ltaqgħu u għamlu esperjenza tal-ħajja tiegħu.

Din hija verita’ li xi drabi ma tantx insemmuha biżżejjed. Kemm għandna bżonn inkunu bħal dil-Knisja hawnhekk fil-Vanġelu li flimkien issa nitkellmu fuq l-esperjenza ħajja ta’ Ġesu’ f’nofsna. Xi drabi aħna dejjem ngħidu għax in-nies ma jemmnux, għax in-nies qed jinqatgħu mill-Knisja dik hija parti mill-verita’ mhijiex il-verita’ sħiħa.

Aspett ieħor huwa li għandna tant nies li qed jiġu lura. Jien nixtieq insellem minn dal-programm illum lilkom lkoll li xi darba kontu maqtugħin, xi darba kontu fil-Knisja u tlaqtu u ġejtu lura. Konvint li ġejtu lura b’esperjenza sabiħa u ġdida ta’ Ġesu’. Nista’ ngħidilkom li għandna bżonnkom ħafna? Għandna bżonn li intom tgħidu l-esperjenza tagħkom u nagħmel stedina u appell minn dal-programm illum sabiex dawk kollha li għamlu esperjenza ta’ Ġesu’, tibżgħux matul din il-ġimgħa xandruha,

  • iktbuha fuq Facebook,
  • għamlu Youtube clip żgħir bl-esperjenza tagħkom,
  • aqsu l-esperjenza tagħkom b’ittra f’gazzetta,
  • ċemplu f’programm tat-T.V.,
  • program tar-radju,
  • ħudu sehem bix-xhieda tagħkom.

Dan li għandna bżonn għeżież tiegħi llum flok noqgħodu niġġudikaw, nikkundannaw imma nuru s-sbuħija, aħna lkoll li sibna mill-ġdid lil Ġesu’ fil-ħajja tagħna.

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

NOVENA LILL-ISPIRTU S-SANTU (Fr Hayden):

Agħfas fuq il-links biex tinfetaħ il-paġna bil-vidjo u t-test li jista’ jitniżżel bħala dokument WORD:

1. Novena lill-Ispirtu s-Santu. (14/05/2015) (bit-test)

2. Novena lill-Ispirtu s-Santu. (14/05/2015) (bit-test)

3. Novena lill-Ispirtu s-Santu. (14/05/2015) (bit-test)

4. Novena lill-Ispirtu s-Santu. (14/05/2015) (bit-test)

5. Novena lill-Ispirtu s-Santu. (14/05/2015) (bit-test)

6. Novena lill-Ispirtu s-Santu. (14/05/2015) (bit-test)

7. Novena lill-Ispirtu s-Santu. (14/05/2015) (bit-test)

8. Novena lill-Ispirtu s-Santu. (14/05/2015) (bit-test)

9. Novena lill-Ispirtu s-Santu. (14/05/2015) (bit-test)

Mis-sit tal-Laikos: https://www.laikos.org/novena-spirtu-santu.htm

Dnubietna maħfura!

It-Tnejn, 20 ta’ Marzu 2017: Riflessjoni dwar Ġw 20: 19-31. (Ħadd il-Ħniena Divina tas-Sena A) Ara t-test tagħha taħt il-vidjo ….

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Il-Paċi magħkom għeżież tiegħi, nilqagħkom għal darb’oħra għal dan il-programm ‘Ejjew Għandi’ nixtieq nilqa’ b’mod speċjali lil dawk kollha li qegħdin issegwuna forsi f’ċirkustanzi daqsxejn iebsa fil-ħajja tagħkom, forsi fi żmien daqsxejn diffiċli, imma xorta qed tagħmlu l-għażla li tixtiequ tiftħu qalbkom għall-Kelma t’Alla. Kemm hija sabiħa! Għax waħda mill-iktar affarijiet ħa ngħidu hekk illi mhux faċli għalina l-bnedmin huwa illi meta ngħaddu minn żmien iebes niftħu qalbna aktar biex nisimgħu l-Kelma tal-Mulej li hija verita’. Xi drabi jkollna xi rabja fil-qalb tagħna, xi drabi ma rridux nisimgħu, xi drabi rridu ninqatgħu u noqgħodu għalina waħedna mentri għeżież tiegħi l-mument li niftħu ftit qalbna biex nisimgħu l-Kelma tal-Mulej allura hija dejjem esperjenza illi tista’ ġġib bidla ġdida fil-ħajja tagħna.

F’dal-kuntest nixtieq nilqa’ lill-morda kollha li tkunu qegħdin issegwu, naf għaliex tgħiduli mill-isptarijiet, lill-priġunieri għeżież tiegħi fil-Faċilita’ korrettiva ta’ Kordin, priġunieri żgħażagħ fis-section tal-Yours l-Imtaħleb, il-priġunieri li jinsabu anke fil-Forensic Unit, il-priġunieri illi huma fid-diviżjoni tan-nisa nsellmilkom ilkoll kemm intom hekk naf li xi wħud minnkom isegwu dan il-programm anke b’mod regolari hekk u nixtieq anke minn hawnhekk, hekk nitlob il-Mulej biex jagħtikom il-barka tiegħu. Insellem ukoll lil dawk kollha li jsegwuna minn barra minn Malta bil-mezzi tal-komunikazzjoni. Irċevejt diversi kummenti minn Maltin illi jgħixu l-Kanada, l-Awstralja u l-Amerka anke l-Ingilterra u l-Irlanda, illi ssegwu għeżież tiegħi u nixtieq anke nsellmilkom u nieħu daqsxejn din l-opportunita’ u nitlobkom anke sabiex taqsmu dan ma’ sħabna l-Maltin kollha li huma barra minn Malta li forsi mhux dejjem ikollhom iċ-ċans jisimgħu l-Kelma tal-Mulej u dan jista’ jservi anke t’opportunita’ għalihom biex il-Kelma t’Alla tidħol mill-ġdid fil-ħajja tagħhom u tmiss il-qalb ta’ dawn ħutna.

Wara dawn it-tislimiet għeżież tiegħi niġu mill-ewwel għall-Kelma li llum sejrin naqsmu bejnietna, li meħuda mill-Evanġelju skont San Ġwann, ir-raba’ Evanġelu, il-kapitlu 20 minn vrus 19 sa 31. John 20: 19-31. Inħeġġiġkom sabiex jekk għandkom il-Bibbja magħkom titfħuha miegħi, insegwuha flimkien hekk ħalli nħallu din il-Kelma hekk tmexxina pass, pass u naraw il-Mulej x’għandu u x’qed jgħidilna llum. Ħa nisimgħu x’jgħidilna San Ġwann:

Dak in-nhar filgħaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!” Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej. Imbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: “Is-sliem għalikom! Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom.” Kif qal hekk, nefaħ fuqhom u qalilhom: “Ħudu l-Ispirtu s-Santu. Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura, u dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma.”

Tumas, wieħed mit-Tnax, jgħidulu t-Tewmi, ma kienx magħhom meta ġie Ġesù. Għalhekk id-dixxipli l-oħra qalulu: “Rajna l-Mulej.” Iżda hu qalilhom: “Jekk ma narax f’idejh il-marka tal-imsiemer u ma nqigħedx sebgħi fuq il-marka tal-imsiemer u idi fuq ġenbu, jien ma nemminx.” Tmint ijiem wara, id-dixxipli reġgħu kienu ġewwa, u Tumas magħhom. Il-bibien kienu magħluqa, imma Ġesù daħal, qagħad f’nofshom, u qalilhom: “Is-sliem għalikom!” Imbagħad qal lil Tumas: “Ġib sebgħek hawn u ara idejja, u ressaq idek u qegħedha fuq ġenbi; tkunx bniedem bla fidi, iżda emmen.” Wieġeb Tumas u qallu: “Mulej tiegħi u Alla tiegħi!” Qallu Ġesù: “Emmint għax rajtni! Henjin dawk li ma rawx u emmnu.” Hemm ħafna sinjali oħra li Ġesù għamel quddiem id-dixxipli tiegħu u li mhumiex imniżżla f’dan il-ktieb. Iżda dawn inktibu sabiex intom temmnu li Ġesu’ hu l-Messija, l-Iben t’Alla u biex bit-twemmin tagħkom ikollkom il-ħajja f’ismu.

Dal-Vanġelu għeżież tiegħi hekk bħal kull Vanġelu huwa sabiħ, għandu dettalji sbieħ, għandu messaġġ sabiħ anke għalina, anke fil-kuntest li niċċelebraw lil Kristu li huwa ħaj, lil Kristu li qam mill-mewt, lil Kristu li huwa rxuxtat li hija l-qalba tal-fidi tagħna li ċertament li wħud minna, uħud min nies din tista’ tfixkilhom u tħarbathom saħansittra. Iġifieri li aħna nemmnu li Ġesu’ hu l-Iben t’Alla u li qam mill-mewt tkellimt diġa’ fid-dettal f’programm ieħor mhux ħa nidħol fuq il-qamwien mill-imwiet imma din hija l-qalba tagħna u hawnhekk għandna r-rakkont tal-esperjenzi tal-ewwel Insara għeżież tiegħi li għamlu tal-qawmien ta’ Kristu. Għandna diversi rakkonti tal-qawmien ta’ Ġesu’. Dawn huma żewġ episodji, żewġ rakkonti partikolari.

L-ewwel ħaġa li nixtieq ngħid fuqhom hawnhekk għandna żewġ mumenti, Ġesu’ jidher u għandek lil Tumas illi huwa m’huwiex preżenti fl-ewwel mument, imbagħad għandek Ġesu’ li jerġa’ jidher fil-komunita’ u Tumas issa huwa preżenti fit-tieni mument. Hawnhekk għeżież tiegħi nistgħu ninterpretawha jew nieħdu spunt minnha, hawnhekk din iż-żewġ dehriet ta’ Kristu fil-kuntest tal-Knisja tal-bidu u l-kuntest li fih inkiteb anke dan l-Evanġelu nistgħu naraw żewġ ġenerazzjonijiet ta’ Nsara. L-ewwel mument tad-dehra ta’ Ġesu’ jirrapreżenta l-mument meta kellek l-Insara li raw lil Ġesu’ fiżikament, li għexu miegħu fiżikament. It-tieni mument għeżież tiegħi għandna lil Tumas li hu preżenti li ma kienx preżenti fil-bidu. Din hija t-tieni ġenerazzjoni t’Insara ċioe’ l-Insara illi ma kienux preżenti fiżikament għall-ħajja ta’ Kristu fuq din l-art imma huma xorta parti mill-komunita’ Nisranija. Immaġina kieku per eżempju fejn naf jien, jiena ma niftakarx il-bużnanna tiegħi, imma n-nanna tiegħi tiftakar, in-nanna tagħha. Allura jiena ġenerazzjoni u hi ġenerazzjoni oħra l-istess hawnhekk fil-Vanġelu għandna b’xi mod anke din ir-realta’.

Ir-realta’ illi isma’ t-tieni ġenerazzjoni t’Insara kellha temmen l-aħbar illi tathom l-Insara ta’ qabilhom. Din hija s-sbuħija għeżież tiegħi tal-fidi tagħna. Aħna ġenerazzjoni waħda wara l-oħra fil-Knisja nxandru l-qawmien ta’ Kristu, inxandru lil Ġesu’. Issa jista’ jkun hemm min jirraġuna xi ftit kif irraġuna Tumas know? Jiena ma kontx preżenti meta dawn raw lil Ġesu’ mqajjem… jien ma kontx preżenti meta seħħet din l-ewwel Kerygma, l-ewwel xandirha u Ġesu’ għeżież tiegħi anke lil dan Tumas li ma kienx preżenti fil-bidu, Ġesu’ ma jaqtgħux ‘il barra, Ġesu’ ma jgħidx isma’ dan Tumas m’emminhomx imissu emminhom, imissha emminha t-tħabbira li l-komunita’ tatu, imissu emmen it-tħabbira li l-Knisja tatu. Ġesu’ ma jirraġunax hekk u jgħid: ‘Tumas m’emminx mill-Knisja mela Tumas maqtugħ ‘il barra.’ Le! Ġesu’ jidher it-tieni darba ċioe’ Ġesu’ huwa preżenti fil-komunita’ anke llum il-ġurnata għeżież tiegħi, anke ġenerazzjoni waħda wara l-oħra u fil-komunita’ Ġesu’ jrid imiss il-ħajja ta’ Tumas, lil Tumas irid jagħtih sinjal, irid fil-komunita’ jurih Ġesu’ li hu jaf b’Tumas, li hu jagħti kas Tumas anke jekk il-fidi tiegħu ma waslitux illi jemmen b’mod sħiħ dak li l-komunita’ qaltlu. Ġesu’ xorta jagħti kas lil Tumas u din għeżież tiegħi hija esperjenza sabiħa ħafna. Għaliex jekk irridu nkunu onesti wħud minna forsi aħna qegħdin xi ftit bħal Tumas. M’aħniex bħal Tumas illi ma nemmnux li Ġesu’ mhux vera, Ġesu’ ma jeżistix, Ġesu’ mhux Alla, imma jista’ jkun bħal Tumas aħna ma nemmnux l-aħbar tal-Knisja. Jista’ jkun bħal Tumas aħna ma nemmnux kompletament dak li l-Knisja tagħtina, ma nemmnux kompletament dak li l-Knisja tħabbrilna. B’xi mod nemmnu f’Ġesu’ imma għandna diffikulta’ noqgħodu fuq it-tħabbira tal-Knisja, fuq it-tagħlim tal-Knisja, fuqhiex tgħidilna l-Knisja.

Hekk li nixtieq nirrifletti fuqu huwa dan li anke min għandu din id-diffikulta’ għeżież tiegħi b’daqshekk la hu ma għandu awtomatikament jinqata’ mill-Knisja u lanqas il-Knisja ma għandna awtomatikament taqgħtu ‘il barra. Għandna ċirkustanzi ta’ persuni għeżież tiegħi illi jsibuha bi tqila biex jaċċettaw it-tagħlim sħiħ tal-Knisja, it-tħabbira sħiħa tal-Knisja f’ċertu oqsma, f’ċerta realtaijiet, f’ċerta tagħlim. Forsi waħda mit-tagħlim illum il-ġurnata għandna diversi diffikulta’ bejn il-Kelma t’Alla u d-dinja għax il-Knisja tgħallimna at the end of the day dak li tgħallimna l-Kelma t’Alla, hawn min għandu dawn id-diffikultajiet per eżempju fl-oqsma taż-żwieġ, x’jagħmel żwieġ. Il-Kelma t’Alla u t-tagħlim tal-Knisja huma ċari. Iż-żwieġ jagħmlu bejn raġel wieħed u mara waħda f’għaqda permanenti li ma tinħallx li hija miftuħa għad-don tal-ħajja, għad-don tal-ulied. Dan huwa dak li jagħmel iż-żwieġ għeżież tiegħi, imma tant anke fi żminijietna għandhom diffikulta’ li jaċċettaw din it-tħabbira ta’ Kristu u tal-Knisja, tal-Kelma t’Alla kif imfissra lilna mill-Knisja. Ma jfissirx maħbubin tiegħi illi rridu naqbdu u naqtgħu ‘l barra lil min għadu dil-ħaġa m’aċċettahiex kompletament, lil min għadu qed jipprova.

Tumas għeżież tiegħi ma qalx li huwa ma kienx ħa jemmen qatt, xejn, totalment, imma ridt daqsxejn esperjenza personali ta’ dan Ġesu’ għeżież tiegħi f’dan li naqraw fil-ġrajja ta’ Tumas. Ċioe’ u nsibuh li reġa’ kien preżenti fil-komunita’ Nisranija jekk ma kienx preżenti dak il-Ħadd, kien preżenti l-Ħadd ta’ wara. Iġifieri Tumas jirrapreżenta ftit mhux tant il-persuna li ma tridx temmen, Tumas huwa dak il-persuna li qiegħed biex ngħidu hekk jistragilja mal-komunita’ daqqa preżenti, daqqa m’huwiex u ma’ dak li l-komunita’ esperjenzat diġa’ u l-komunita’ diġa’ emmnet li Kristu qam mill-mewt.

Aħna għeżież tiegħi jista’ jkun semmejt numru ta’ persuni li għandhom din l-istruggle, imma jista’ jkonna struggles oħrajn ma’ Kristu, mal-komunita’, mal-Knisja, mal-Kelma t’Alla fuq issues oħra. Il-punt li nixtieq nagħmel huwa li aħna ma għandniex ninqatgħu għeżież tiegħi, la minn Alla, la mill-Knisja u lanqas ma għandna naqtgħu lil xulxin b’mod speċjali ma għandniex inwarbu ‘l barra l-iktar membri dgħajfa fil-komunita’ Nisranija, l-iktar membri li l-fidi tagħhom għadha ma mmaturatx b’mod sħiħa u jekk inkunu onesti min minna għandu l-fidi matura b’mod sħiħa? Mhux ilkoll kemm aħna qegħdin f’proċess li nintegraw, li ninternalizzaw, li nikbru fil-fidi bħala esperjenza personali medjata anke mill-preżenza tal-Knisja fil-ħajja tagħna. iġifieri aħna lkoll kemm aħna qegħdin f’din is-sens ta’ mixja. Hija sabiħ illi l-komunita’ lil Tumas minkejja li m’emminx l-aħbar li qaltlu, il-komunita’ lil Tumas ma qatgħetux ‘l barra, ma qaltlux: isma’ inti m’initx temminna fl-esperjenza li aħna għandna ta’ Ġesu’, f’dak li aħna rajna mela inti issa itlaq ‘il barra, ma għandekx x’taqsam iktar magħna. Ma għamlitx hekk il-komunita’ Nisranija għeżież tiegħi, anke lil dan Tumas illi m’emminx l-ewwel aħbar għeżież tiegħi, it-tieni darba nsibuh qiegħed hemm. Immaġina xi traċedja kienet tkun kieku qatgħetu ‘l barra l-komunita’ għeżież tiegħi.

Ġesu’ kien jiġi u ma jsibx lil Tumas fil-Knisja, it-tort tal-Knisja li tefgħet lil Tumas ‘il barra, allaħares għamlet hekk għeżież tiegħi. Propju l-Knisja, il-komunita’ Nisranija kellha l-kapaċita’ li żżomm fi ħdanha persuna bħal Tumas li kien għadu ma wasalx għall-fidi sħiħa fil-qawmien ta’ Kristu u fl-esperjenza li l-Knisja kienet diġa’ għamlet, il-Knisja kellha dil-kapaċita’, dawn l-aħwa kellhom il-kapaċita’ li lil Tumas iżommuh magħhom, huwa li żammewh magħhom Tumas issa jagħmel esperjenza qawwija ta’ Ġesu’ għeżież tiegħi. Kienet tkun traċedja li kieku lil Tumas kallawh ‘il barra għax m’emminx l-aħbar tagħhom, imma l-għażla tal-Knisja kienet li jżommu lil Tumas fi ħdanhom, parti minnhom, minkejja li kien għadu ma wasalx li jemmen dak kollu li l-komunita’, li l-Knisja qaltlu.

Din għeżież tiegħi naħseb, dan l-approach tal-Knsija tal-bidu għeżież tiegħi, din l-attitudni trid tkun l-attitudni tagħna. Nibdew minna s-saċerdoti għeżież tiegħi u l-Insara kollha, ilkoll kemm aħna. Ejjew nagħmlu spazju fil-qalb tagħna, ejjew nagħmlu spazju fil-komunitajiet tagħna, ejjew nagħmlu spazju fl-għaqdiet u l-movumenti kollha tagħna għal min qiegħed jistargilja bil-fidi tiegħu. Hawn min qiegħed jissielet, hawn min għadu ma jistax jaċċetta kollox, għal min għadu ma jistax jifhem kollox. Ejjew ma nkunux abjad jew iswed, ġewwa jew barra. Il-Knisja m’hijiex klabb għeżież tiegħi illi jekk ma taqbilx mar-regoli tagħha inti awtomatikament spiċċajt ‘il barra. Le! Il-Knisja m’hijiex dak it-tip għeżież tiegħi. Il-Knisja hija komunita’ ta’ nies li qegħdin jimxu flimkien bl-ups and downs. Int dil-ħaġa temminha aktar minni, jien dil-ħaġa nemminha inqas minnek. Inti f’dil-ħaġa għandek fidi soda, jiena f’dil-ħaġa għandi fidi dgħajfa, imma flimkien nistgħu nimxu għeżież tiegħi u flimkien nistgħu nagħmlu din l-esperjenza sabiħa ta’ Ġesu’, Ġesu’ li issa jiġi u jsib lil Tumas magħna.

Aħna għeżież tiegħi fil-liturġija ta’ nhar il-Ħadd li ġej meta Ġesu’ ħa jkun f’nofsna u ħa jidher, ħa jidher f’nofsna, ħa jidher fl-Ewkaristija, ħa jidher fil-Kelma, ħa jidher fil-Presibiteru, ħa jidher fil-komunita’ għeżież tiegħi. Meta Ġesu’ ħa jkun fostna ħa jsibhom magħna lil Tumasijiet tagħna? Jew ħa jsibhom maqtugħin ‘il barra? Ħa jsibna komunita’ li lesti nilqgħu lil dawk li l-fidi tagħhom għadha forsi iktar dgħajfa, fil-bidu. Ħa jsibna komunita’ miftuħa hekk, ħa jsibhom lil Tumasijiet tagħna magħna għeżież tiegħi? Mhux li kontu, hekk hawn xi ħadd minnkom iħossu bħal San Tumas jien xi ngħidlek: Welcome on board, ejja l-bieb tal-Knisja, il-komunita’ Nisranija hija miftuħa għalik.

Ċertament meta Ġesu’ jidher lil Tumas għeżież tiegħi, l-ewwel ħaġa li Ġesu’ jagħmel ma’ Tumas m’huwiex li jċanfru, mhux li jċanfru. ‘Ej, Tumas m’emmintx? M’emminthomx lil aħwa? M’emminthomx x’qalulek?’ Le! L-ewwel ħaġa li Ġesu’ jagħmel ma’ Tumas tafu x’inhi? Ġesu’ jurih li jafu lil Tumas. Tumas ma jgħidlu xejn, imma Ġesu’ juri lil Tumas meta jgħidlu: ‘Ejja, poġġi jdejk fuq il-kustat tiegħi.’ Ġesu’ qed jgħidlu: ‘Tumas jiena naf x’għedt ta, jiena smajtek, jiena kont miegħek, int ma rajtnix, imma jiena lilek nafek.’ Kemm hi sabiħa! Ġesu’ ma jibdiex billi jċanfar lil Tumas għan-nuqqas ta’ fidi, anqas xejn għeżież tiegħi. Għaliex? Għax Alla jaf qalbna. Ġesu’ l-ewwel ħaġa li jagħmel ma’ Tumas jurih li huwa jafu, imma jien taffaxxinani. L-ewwel ħaġa hija mhux kundanna, mhux ġudizzju, mhux ċanfira, mhux tkissira. L-ewwel ħaġa hija relazzjoni li l-Mulej joħloq ma’ Tumas għeżież tiegħi, qed jgħidlu. Kif qed joħloqha Ġesu’ r-relazzjoni ma’ Tumas? Qed jurih li jafu, qed jurih li isma’ l-karba tiegħu, li jaf id-dubju tiegħu, imma l-punt hu li jafu mhux kundanna fuq Tumas jemminx jew le. L-ewwel ma’ joħloq Ġesu’ ma’ Tumas hija relazzjoni fil-komunita’ għeżież tiegħi u din kemm hi sabiħa.

Jekk forsi inti tħossok li int għandek id-dubji tal-fidi, ok huwa parti mill-mixja tagħna. L-ewwel ma’ Ġesu’ jrid joħloq miegħek hija relazzjoni personali miegħek u f’dik ir-relazzjoni d-dubji tiegħek jiġu ċċarati. Id-dubji ta’ Tumas iċċaraw waħedhom għeżież tiegħi. Waħedhom mhux mill-ajru, waħedhom frott ir-relazzjoni li Kristu ħoloq ma’ Tumas. Ġesu’ li jieħu l-inizzjattiva’ għeżież tiegħi, huwa Ġesu’ illi lil Tumas hu jibda jkellmu. ‘Ġib sebgħek hawn u ara jdejja.’ Din mhix kwistjoni li ninterpretawha qisu Tumas sfida lil Ġesu’ ‘ee! Jiena ħija jekk ma npoġġix idejja fuq il-marki tal-pjagi, m’inix ħa nemmen.’ Qisu ċċallinġja lil Kristu u Kristu ġie l-Hero ħa jieħu Challenge, le! Hawnhekk Ġesu’ qed juri lil Tumas, li jiena nafek Tumas, naf x’għedt, naf x’tixtieq u jiena rrid ngħinnek f’din il-mixja. Jekk din hija l-kundizzjoni tiegħek, jiena ninżel għalik! Jiena ninżel għalik! Jiena nitbaxxa għalik biex ngħollik fejn nixtieqek. Din hija l-attitudni tal-Mulej għeżież tiegħi u forsi anke aħna jrid ikollna daqsxejn din l-attitudni ta’ Ġesu’ illi nħallu lill-komunita’ tagħna miftuħa, ma neskludu lil ħadd mill-komunita’ tagħna, nagħtu ċ-ċans li kulħadd jista’ jiltaqa’ ma’ Kristu fil-Knisja u nkunu bħal Mulej.

Iva, irridu aħna li ninżlu għal-livell tal-iktar persuna li forsi għadha fil-bidu, għadha tiddubita, Ġesu’ hekk jagħmel għeżież tiegħi u Ġesu’ lil Tumas ikellmu fil-komunita’ ma jaqtgħux ‘il barra. Ġesu’ lanqas lil Tumas ma jidhirlu waħdu, għalih għal rasu, imma jsibu f’mument li hu mal-komunita’ u quddiem il-komunita’ kollha dan Tumas minn jaf l-oħrajn kif ħassewhom, illi Wow! Dan Ġesu’ deher u qed ikellem lil Tumas biss. Il-Mamma mia! Dan li ddubitah, ma’ dan qiegħed jitkellem għax il-Mulej hekk għeżież tiegħi, qed ngħid dan kollu taf għaliex? Għax illum nixtieq nindirizza mill-qalb lilkom ilkoll li forsi għaddejjin mid-dubji fil-ħajja tagħkom. Intom ilkoll li forsi qed tisimgħu dan il-programm b’kumbinazzjoni għalkemm ma hemmx kumbinazzjonijiet. Padre Pio tal-pjagi kien iħobb jgħid: ‘Che sempre qualquno che combina le combinazioni.’ M’Alla m’hemmx kumbinazzjonijiet. Alla jikkombina l-kumbinazzjonijiet hu u għalhekk jekk qed tisma’ bħalissa teħodhiex b’kumbinazzjoni, il-Mulej iridek tisma’, qed ikellmek, qed jgħaddielek messaġġ ħudha b’dan ‘il mod għax hekk huwa fil-verita’. B’mod speċjali jekk inti għaddej minn dubji l-Mulej Ġesu’ qed jgħidlek isma’ inti welcome fil-Knisja, inti għandek post fil-Qalb tiegħi, int għandek post fil-Knisja, jiena nafek, jiena rrid noħloq relazzjoni miegħek, jiena rrid nagħmel mixja miegħek fi ħdan il-komunita’, fi ħdan il-Knisja.

Dan huwa Ġesu’ tagħna għeżież tiegħi, dan hu Ġesu’ rruxtat. Tumas quddiem din ir-realta’, Tumas lanqas biss immur imiss il-pjagi ta’ Ġesu’ ma jgħidilniex li għamilha, imma jgħid biss: ‘Mulej tiegħi, u Alla tiegħi.’ Quddiem din ir-relazzjoni illi Ġesu’ joħloq ma’ Tumas, Tumas jesprimi din il-verita’. Att ta’ fidi kbira dwar min hu Ġesu’, il-Mulej u Alla. Qawwija ee! Dan il-bniedem illi jibda bid-dubju tiegħu jispiċċa b’stqarrija ta’ fidi inkredibbli li tibqa’ tgħid li Ġesu’ hu l-Mulej iġifieri huwa s-Sid, is-Salvatur tal-ħajja tiegħek, kollox jiddependi minnu. Li tgħid li huwa Alla jiġifieri li inti ġej minn għandu, għandu ħa terġa’ tmur, hu l-iskop ta’ ħajtek, hu d-direzzjoni ta’ ħajtek – il-Mulej u Alla. Lanqas l-appostli kienu preżenti għall-ewwel dehra ma għamlu din l-istqarrija, imma Tumas jasal li jagħmilha din l-istqarrija li ssir l-istqarrija tal-Knisja sħiħa mbagħad f’Ġesu’: Mulej tiegħi u Alla tiegħi.

Ħbieb tiegħi xi drabi tafu x’jista’ jiġri? Illi l-iktar nies li narawhom xettiċi, dubjużi, l-iktar nies li forsi xi drabi narawhom ma jemmnux, xi drabi jispiċċaw jemmnu ħafna iktar minna li naħsbu li nemmnu. Din hi l-verita’, din hi l-verita’ għeżież tiegħi. Kemm iltqajt ma’ nies jiena stess għeżież tiegħi illi kienu maqtugħin mill-Knisja u spiċċaw jemmnu ħafna iktar minn min dejjem baqa’ dejjem fil-Knisja u kien jaħseb li huwa jemmen l-iktar. Għeżież tiegħi xi drabi l-Mulej ibellahna għandna bżonn ta’ ħafna umilta’ inkluż aħna s-saċerdoti ħbieb tiegħi illi nistgħu niltaqgħu ma’ nies li ma kienux jemmnu u jispiċċaw jemmnu wisq iktar milli nemmen jien l-ewwel wieħed ħbieb tiegħi. Kemm għandna bżonn umilta’ fil-komunita’, fil-Knisja , illi nilqgħu anke dawn il-meravilji t’Alla.

Tumas ħaġ’oħra li hemm sabiħa dwaru hija din li turina xi ħaġa li hemm f’qalbu. Meta lill-appostli sħabu qalilhom tipo jiena rrid inpoġġi jdejja fuq il-pjagi tiegħu eċċ… Tumas kellu konvinzjoni waħda. Jekk hu Ġesu’ li qed jidher, irid ikun Ġesu’ li għandu l-pjagi mhux xi Ġesu’ ieħor u din hija qawwija mmens ħbieb tiegħi. Il-Ġesu’ vera huwa Ġesu’ li miet fuq is-Salib, il-Ġesu’ li rxoxta huwa l-istess Ġesu’ li miet fuq is-Salib. Għalfejn qed ngħid dan? Għax xi drabi jkun hawn min joħorġ b’xi teorija żbaljata li jgħid li fuq is-Salib miet persuna imma dak li qam mill-mewt huwa persuna oħra. Hawn min jgħallem, hawn reliġjonijiet li jgħallmu hekk dwar il-Kristjaneżmu ovjament huma żbalajti dik ir-reliġjon illi tgħallem hekk. L-istess Kristu li miet fuq is-Salib huwa l-istess Kristu illi qam mill-mewt u Tumas jurina din il-kontinwita’. Huwa l-istess Ġesu’ għeżież tiegħi u anke aħna fil-ħajja tagħna. Aħna jekk irridu lil Ġesu’ vera, lil Ġesu’ ħaj irid ikun Ġesu’ li qam mill-mewt għeżież tiegħi, Ġesu’ li qam mill-mewt. Ġesu’ li miet għalina fuq is-Salib, Ġesu’ li qam mill-mewt għalina.

Ġesu’ ovjament lil Tumas jgħidlu wkoll jgħidlu: ‘Tumas, emmint għax rajtni; henjin dawk li ma rawx u emmnu.’ Ok forsi m’hijiex ‘l għola fidi li temmen għax tara, forsi ‘l għola fidi hi li temmen mingħajr ma tara. Ġesu’ stess qed jgħidilna u allura Ġesu’ stess qed jistedinna sabiex aħna jkollna, iva din ‘l għola ta’ fidi u kemm għandna nixtiequha, kemm għandna nitolbu l-Ispirtu s-Santu jagħtina din it-tip ta’ fidi li nemmnu mingħajr ma naraw Ġesu’ stess jgħidilna. Dan hu l-idejal tal-fidi tagħna għeżież tiegħi, imma li nixtieq ngħid jiena fil-Vanġelu u fil-programm tiegħi llum illi anke min ma laħaqx dak l-idejal għandu postu fil-Knisja, anke min dan l-idejal li jemmen mingħajr ma jara għadu ma laħqux għandu postu fil-komunita’ Nisranija, għandu postu fil-qalb t’Alla, għandu postu fil-mixja tagħna. Aħna li qegħdin nimxu flimkien bħala pellegrini għeżież tiegħi. Iva, sabiħ li jkollna l-idejal li nemmnu lkoll kemm aħna mingħajr ma naraw imma jekk għadna ma wasalniex hemmhekk ma jfissirx li ma għandniex post fil-qalb t’Alla u fil-mixja u ma nagħtux ċans lil xulxin. Din għeżież tiegħi huwa ‘l mod sabiħ, ‘il mod anke ta’ ħniena li Alla jimxi magħna li jmexxina pass, pass fil-mixja tagħna għeżież tiegħi.

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Oħroġ mill-qabar!

It-Tnejn, 20 ta’ Marzu 2017: Riflessjoni dwar Ġw 11: 1-45. (Il-5 Ħadd tar-Randan tas-Sena A) Ara t-test tagħha taħt il-vidjo ….

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Il-Paċi magħkom għeżież tiegħi, minn qalbi nilqagħkom mill-ġdid għal dal-programm ieħor ‘Ejjew Għandi.’ Kemm hi sabiħa li tkun taf li

  • anke jekk hemm min qed iwarbek fil-ħajja,
  • anke jekk hemm min qed jeskludik fil-ħajja,
  • anke jekk hemm min ċaħdek,
  • anke jekk hemm min ma jridekx u forsi dawn huma l-istess persuni li xi darba wegħduk li ħa jħobbuk.

Kemm hu sabiħ li tkun taf pero’ li hemm xi ħadd li lilek lest li ma jwarbekx, lest li jaċċettak kif int fiċ-ċirkustanza tiegħek, lest li jgħidlek: ‘ejja għandi’

  • tibqax tmur tinqered,
  • tibqax tmur tkisser ħajtek,
  • tibqax tmur tgħix fil-vojt, fil-baħħ,
  • tibqax tgħix ħajja hekk monotona,
  • tibqax tgħix ħajja bla sens,

imma ‘ejja għandi,’ u dan huwa Ġesu’ għeżież tiegħi. Dan huwa l-iskop tal-programm tagħna li aħna hekk ngħinukom bil-qalb tiltaqgħu mal-Mulej Ġesu’. Il- Kelma tiegħu hija dejjem gwida ċara għalina, għaliex? Għaliex aħna ma nistgħux noqgħodu nimxu fuq l-opinjonijiet kif jaħsibha dak u kif jaħsibha l-ieħor, anke bejnietna l-qassisin anke fil-Knisja. Aħna nimxu fuq dak li qalilna Ġesu’ għax hu biss hu l-Verita’, huwa biss huwa t-Triq, huwa biss il-Ħajja tagħna.

Nixtieq insellem lil dawk kollha għeżież tiegħi

  • li forsi għandna bżonn nisimgħu ħafna hekk din il-Kelma, dawk li jinsabu ndeċiżi fil-ħajja,
  • dawk illi mdejqin u jixtiequ jagħmlu xi ħaġa ġdida fil-ħajja tagħhom,
  • dawk li ilhom itellgħu jniżlu biex jibdlu l-lifestyle ta’ ħajjithom imma għandhom bżonn daqsxejn l-aħħar imbuttatura forsi dal-programm ikun jista’ jgħinnek biex tagħmel dan,
  • dawk illi ħafna drabi jkunu qed jiġru f’qalbhom ħafna affarijiet jibdew jaħsbu, jirriflettu, imma ma jkollhomx il-kuraġġ li jitkellmu, li jagħmlu l-pass.

Dan huwa mument ukoll għeżież tiegħi meta il-Mulej qed jgħidilna: ‘Ejjew għandi’ ħa jtina d-dawl fuq id-deċiżjonijiet li għandna bżonn nieħdu.

Illum il-Kelma għeżież tiegħi li se tiggwidana u tmexxina hija r-rakkont tal-qawmien mill-imwiet ta’ Lazzru. Jekk għandkom il-Vanġelu ħdejkom u kemm jista’ jkun inħeġġiġkom li jkollkom il-Vanġelu ħdejkom, sibu l-Vanġelu ta’ San Ġwann li huwa r-raba’ Vanġelu kapitlu 11 u hawn hekk għandna r-rakkont ta’ meta Ġesu’ qajjem lil-Lazzru mill-mewt. Rakkont illi żgur smajnieh, rajnieh ġo films li jitrattaw il-ħajja ta’ Ġesu’ eċċ… Ġrajja li fil-bidu tal-Knisja kienet tintuża anke bħala parti mill-mixja tal-Katekumenat bi tħejjija anke għall-Magħmudija, għaliex il-grazzja tal-Magħmudija lilna tagħtina qawmien ġdid. Kristu jirxuxtana, Kristu jqajjimna mill-mewt tad-dnub tagħna kif jagħmel lil-Lazzru illi jqajmu mill-mewt. Imma qabel ma nirriflettu daqsxejn ftit fuq din il-ġrajja ħa naqraw daqsxejn biċċiet minna għaliex hija twila ħafna u mhux se naqrawha kollha fil-programm imma nieħdu spunti minn hemm u minn hawn, u naraw anke dawn fuq kollox xi jfissru għall-mixja tal-ħajja tagħna.

Kien hemm wieħed marid, Lazzru minn Betanja, ir-raħal ta’ Marija u oħtha Marta. Marija kienet dik li dilket il-Mulej b’żejt ifuħ u xxuttatlu riġlejh b’xuxitha; u Lazzru, il-marid, kien ħuha. Iż-żewġ nisa bagħtu jgħidu lil Ġesù: “Mulej, ara, ħabibek marid.” Meta sama’ l-aħbar Ġesù qal: “Din mhijiex marda tal-mewt, iżda hi għall-glorja ta’ Alla, biex biha tingħata glorja lill-Iben ta’ Alla.” Ġesù kien iħobbhom lil Marta u lil oħtha u lil Lazzru. Meta sama’ li dan marad, baqa’ jumejn oħra fejn kien, u mbagħad qal lid-dixxipli: “Ejjew nerġgħu mmorru l-Lhudija.” Qalulu d-dixxipli: “Rabbi, il-Lhud għadhom kemm kienu qegħdin ifittxu li jħaġġruk, u int rieġa’ sejjer hemm?” Weġibhom Ġesù: “Mhux tnax-il siegħa fiha l-ġurnata? Sakemm wieħed jimxi binhar, ma jitfixkilx, għax ikun qiegħed jara d-dawl ta’ din id-dinja. Imma jekk jimxi billejl, jitfixkel, għax ma jkollux dawl.” Qalilhom hekk, u mbagħad issokta jgħidilhom: “Ħabibna Lazzru rieqed; iżda ħa mmur u nqajmu.”

Ħbieb tiegħi, il-bidu ta’ din il-ġrajja fiha dettalji li huma sbieħ u xokkanti fl-istess ħin. Id-dettalji sbieħ x’inhuma? Id-dettalji sbieħ huma illi Ġesu’ Number 1 għandu din il-familja li huma ħbieb tiegħu, Marija, Marta u Lazzru. Dawn it-tlett aħwa illi bħala familja jgħixu f’Betanja, Ġesu’ hu ħabib tagħhom u jidher li kien imur għandhom diversi drabi meta jkun għaddej minn hemmhekk. U din hija l-ewwel ħaġa sabiħa għeżież tiegħi li għandna. Ġesu’ jrid ikun ħabib tal-familja tagħna, mhux biss tiegħi personali imma tal-familja tiegħi u rridu nagħmlu mistoqsija.

  • Aħna lil Ġesu’ għadna nħalluh ikun ħabib tal-familja tagħna?
  • Ġesu’ x’post għandu fil-familji tagħna?
  • Għadna nitolbu flimkien bħala familja?
  • Qed insibu dawk il-mumenti fejn indaħħlu verament il-preżenza t’Alla bejnietna?

Anke jekk ir-risposta hija, iva nħeġġiġkom biex tibqgħu ma taqgħtux qalbkom, jekk ir-risposta hija le wkoll ngħidilkom taqtgħux qalbkom, għaliex il-Mulej xorta jibqa’ jħabbat, xorta jixtieq jiġi. Forsi llum huwa ċ-ċans biex nibdew għeżież tiegħi.

Hawnhekk għadna dettal ieħor illi jenfasizza illi Ġesu’ lil-Lazzru kien iħobbu! Kien iħobbu; illi dal-persuna li huwa marid Ġesu’ kien iħobbu. Minkejja li kien iħobbu, Lazzru xorta jimrad u ħa naraw eventwalment Lazzru jmut bil-marda li kellu għeżież tiegħi. Imma l-Vanġelu jagħmililna ċar li kien iħobbu u din kemm għandna bżonnha għeżież tiegħi, aħna li xi drabi forsi nagħmlu mistoqsija: ‘Imma lili Alla jħobbni? jekk Alla jħobbni kif ippermetta l-mewt, il-mard, it-tbatija fil-ħajja tiegħi, dawn iċ-ċirkustanzi? U hawnhekk għandna għeżież tiegħi din l-affermazzjoni li aħna għandna bżonn induru tant lejha, li aħna ma neħlux maċ-ċirkustanzi tal-ħajja tagħna, imma m’Alla li huwa wisq akbar minnhom u jkollna l-konvinzjoni li aħna maħbuba minn Ġesu’ anke fiċ-ċirkustanzi kollha tagħna.

Ħaġ’oħra illi għandna sabiħa f’dal-Vanġelu għal dawn id-dettalji tal-bidu hija li Ġesu’ lill-appostli jgħidilhom: ‘Ħabibna Lazzru’, ċioe’ dan Lazzru ma kienx biss il-ħabib u l-maħbub ta’ Ġesu’, imma għaliex Lazzru kien ħabib ta’ Ġesu’ u l-appostli kienu ma’ Ġesu’ Lazzru jsir anke l-ħabib tagħhom u dina kemm għandna bżonnha nisimgħuha għeżież tiegħi. Aħna b’mod speċjali li aħna madwar Ġesu’, aħna s-saċerdoti, reliġjużi, nies tal-għaqdiet u l-movimenti, kull min imur il-Knisja għeżież tiegħi l-ħbieb ta’ Ġesu’ jridu jsiru l-ħbieb tagħna. Kemm għandna bżonnha din il-Kelma, il-ħbieb ta’ Ġesu’, il-maħbubin ta’ Ġesu’ jridu jsiru l-maħbubin tagħna, iridu jsiru l-ħbieb tagħna. U min huma l-maħbubin ta’ Ġesu’?

Għeżież tiegħi l-maħbubin ta’ Ġesu’ tafu min huma? Il-morda, il-priġunieri, ir-refuġjati, il-prostituti, l-idrogati, min qed jgħix f’sitwazzjonijiet anke fejn kisser iż-żwieġ u l-familja, dawn huma l-ħbieb ta’ Ġesu’. Min hu vittma ta’ dawn iċ-ċirkustanzi kollha u qiegħed ibati, dawn kollha huma ħbieb ta’ Ġesu’. Min f’għajnejna huwa injorant u ta’ bla skola, min jagħmel forsi l-iktar xogħol baxx f’għajnejna. Dawn huma n-nies li Kristu tant kien jagħmilha magħhom għeżież tiegħi. Min saħansitra jista’ jidher fejn naf jien mhux qed jgħix skont il-qalb t’Alla. Dawn huma l-ħbieb ta’ Kristu. Ċertament kulħadd hu l-ħabib ta’ Ġesu’ ta, imma l-Mulej għandu soft spot għad-dgħajjef u l-batut u aħna lkoll dgħajfin u batuti ta jew f’ħaġa jew f’oħra, jiġifieri aħna lkoll l-ħbieb tiegħu għax tista’ tkun l-aktar persuna sinjura u mhux fqira pero’ għandek il-vojt fil-ħajja tiegħek. Inti persuna sinjura u tberbaq il-flus u għandek il-joyts u għandek il-villel u għandek issiefer u ma nafx kemm u għandek kumpaniji fid-dinja kollha e pure’ mbagħad fil-qalb tiegħek int persuna vojta ma għandekx il-ferħ, imkisser, imjassar ta’ dawn iċ-ċirkustanzi tiegħek stess. Kissirt il-familja bir-rebgħa għall-flus li għandek, iġifieri ħbieb tiegħi min għandu ħaġa u min għandu oħra, imma l-punt hawnhekk dawn huma l-ħbieb ta’ Ġesu’, pero’ huma l-ħbieb tiegħi jien li qed nimxi wara Ġesu’? Għax jista’ jkun li dil-Kelma llum lili trid twessgħali qalbi, din il-Kelma lili trid tikkonvertini ftit, dil-Kelma lili trid verament tbiddilli l-lifestyle tiegħi, illi forsi rrid nagħmel għażliet ġodda, illi dawn il-persuni illi forsi qtajt barra minn ħajti, imma għax huma l-ħbieb ta’ Kristu jibdew isiru l-ħbieb tiegħi. Aħna verament hekk? Irridu nagħmluha bis-serjeta’ dil-mistoqsija. Jew aħna elitisti nagħżlu tal-elite? Min huwa fiċ-ċirku tiegħi u min le. Għeżież tiegħi biex nimxu wara l-Mulej kull min hu ħabib ta’ Ġesu’, jrid isir ħabib tiegħi.

Dawn huma l-affarijiet sbieħ li għandna fil-bidu tal-Vanġelu pero’ mbagħad għandna dettal wieħed li jista’ jħawwadna, jiskonċertana. Iġifieri dan Ġesu’ jħobb daqshekk lil dan Lazzru jgħidulu ħa jmut u ma jmurx mal-ewwel jarah, iħalli mmut biex imur? Dan huwa dettal illi quddiem dan kollu jista’ jħawwadna. Iġifieri l-Vanġelu jgħidilna dawn l-affarijiet kollha sbieħ imbagħad donnu ma nistgħux nifhmu. Dan Lazzru ħabibek li int tħobb qed nibgħatu għalik, qed ngħidulek li ħa jmut, marid u ma tmurx u tħallih imut… Aħna fil-ħajja tagħna xi drabi għeżież tiegħi jista’ jkollna din it-tip t’esperjenza anka ta’ Ġesu’ f’ħajjitna. Nemmnu ili jħobbna, uriena li jħobbna billi miet għalina fuq s-Salib imbagħad jiġu ċirkustanzi fejn donnha ma nsibuhx, mhux preżenti għalina meta l-iktar għandna bżonnu. Jekk ikollna saqajna mal-art naħseb ikollna nammettu li dan li qed ngħid huwa verita’ fil-ħajja tagħna u ma rridux niskruplaw u ngħiduha li din hija verita’. Li xi drabi qisek f’ħajtek ‘l Alla tfittxu u donnu mhux qiegħed hemm għalik, donnu mhux jisimgħek, donnu mhux jagħti kasek, u f’dal-kuntest irridu nibqgħu nemmnu xorta li Alla jħobbna għeżież tiegħi.

Lil-Lazzru l-Mulej se jaħdem, Ġesu’ se jaħdem fih b’mod illi mhux kif ridt kulħadd. Kulħadd ridt li Ġesu’ jmur u jfejjqu u jżommu milli jmut. Ġesu’ ridt jagħtih xi ħaġa ikbar, ridt jagħtih esperjenza ikbar milli kulħadd xtaq u forsi hawnhekk aħna għeżież tiegħi mhux dejjem illi aħna naqblu ma’ Ġesu’ kif jimxi fil-ħajja tagħna. Żgur kieku l-istorja tieqaf hawn Ġesu’ kien jidher ipokrita’ jgħid li jħobb u ma jagħmel xejn jew krudili jista’ jagħmel xi ħaġa u ma jagħmilix. Kieku l-istorja tieqaf hawn f’dal-Vanġelu kienet tkun vera traċedja l-fidi tagħna, imma l-istorja tkompli. L-istorja tkompli li Ġesu’ jmur u jidħol f’din il-mewt, jidħol f’din iċ-ċirkustanza iebsa għal kulħadd. Iebsa għal-Lazzru għax hu midfun, iebsa għal ħutu għax qegħdin fis-sobgħa tat-telfa ta’ ħuhom. Ġesu’ jidħol u jidħol u jkabbar lil din il-familja bil-mod il-mod fil-fidi.

Naqraw għeżież tiegħi illi Ġesu’ meta jmur jiltaqa’ ma’ Marta mbagħad jiltaqa’ ma’ Marija u jidħol fi djalogu magħhom u waħda tgħidlu kieku kont hawn ma kienx imut u Ġesu’ jgħidilha iva mhux ħa jmut u jqum u tgħidlu ee imma fl-aħħar jum u Ġesu’ jgħidilha jiena hu l-qawmien dak li qed jiġri għeżież tiegħi. Dak li qed jiġri madwar Lazzru ma għandux x’jaqsam profondament ma’ Lazzru, imma Ġesu’ qed juża diċ-ċirkustanza biex juri lilu nnifsu min hu permezz ta’ din iċ-ċirkustanza. Jekk per eżempju fil-Vanġelu li kkumentajna fil-programm ta’ qabel Ġesu’ juri li hu d-dawl billi lil wieħed għami jagħtih id-dawl, Ġesu’ issa ħa jurina li huwa l-qawmien u l-ħajja billi l-persuna mejta sejjer jirxuxtaha u allura Ġesu’ hawnhekk it-tagħlima kollha li jrid jagħtina huwa li hu l-Ħajja vera tagħna, imma dan jasal għaliha fi djalogu ma’ Marta u Marija għeżież tiegħi.

Il-veritajiet li l-Mulej irid jagħtina f’ħajjitna jrid jagħtihomlna fi djalogu magħna, f’sens ta’ mixja anke aħna naslu f’dawn iċ-ċirkustanzi, naslu li l-Mulej irid ikun il-ħajja vera tiegħi u nafdah li anke jekk s’issa ma għamel xejn se jagħmel xi ħaġa,

  • dan fi djalogu,
  • f’mixja ta’ talb,
  • f’mixja mal-Kelma t’Alla,
  • f’mixja ta’ Katakeżi,
  • f’mixja fil-Knisja,
  • f’mixja mall-aħwa f’Komunita’,

ma nagħmilhiex fl-ajru għeżież tiegħi. Ġesu’ hekk jagħmel u wara li għamel dan id-djalogu, Ġesu’ għeżież tiegħi jiġri illi jasal għal dak il-mument biex iqajjem lil-Lazzru mil-mewt. U kif iseħħ dan għeżież tiegħi? Ħa naqraw silta oħra minn dan ir-rakkont.

Ġesù ħass ruħu mqanqal għal darb’ oħra u resaq lejn il-qabar. Dan kien għar magħluq bi blata fuqu. Ġesù qal: “Neħħu l-blata.” Marta, oħt il-mejjet, qaltlu: “Mulej, issa beda jrejjaħ; ġa ilu erbat ijiem mejjet.” Qalilha Ġesù: “Ma għedtlikx li jekk inti temmen, tara l-glorja ta’ Alla?” Imbagħad neħħew il-blata.

Mela Ġesu’ għeżież tiegħi l-ewwel ħaġa li sejjer jgħidilhom huwa biex ineħħu l-blata. Ġesu’ lil dan Lazzru ħa jqajmu, pero’ ta’ madwaru kellhom bżonn jgħinu fil-proċess anke tal-qawmien. M’humiex huma li se jqajmu lil-Lazzru, Lazzru ħa jqum biss bil-qawwa tal-Kelma ta’ Kristu imma ta’ madwaru u din hija simboliku tagħna tal-Knisja kif irridu ngħinu lil Ġesu’ jqajjem in-nies mill-mewt tagħhom illum il-ġurnata, mill-mewt tad-dnub, mis-sitwazzjonijiet iebsa li nkunu fihom. L-ewwel ħaġa li jgħidilna: ‘neħħu l-blata.’ Ibdew neħħu l-ostakli ta’ barra biex meta dil-persuna tqum tkun tista’ toħroġ mill-qabar. U aħna rridu naraw x’inhuma l-ostakli, xi drabi anke l-ostakli li jista’ jkollna fil-Knisja, jista’ jkollna l-blat fil-Knisja, il-persuna li tixtieq tirxoxta, il-persuna li l-Mulej qed jagħtiha l-grazzja li tirxoxta ssib l-ostakli fil-Knisja stess biex ma tkunx tista’ tirxoxta biex jekk tqum ma tkunx tista’ toħroġ mill-qabar tal-ħajja tagħha. Allura Ġesu’ qed jitlob lilna neħħu din il-ġebla mill-qabar għeżież tiegħi biex in-nies jistgħu joħorġu mill-qabar.

U aħna rridu nistaqsu anke lilna nnfusna, aħna li qegħdin nimxu wara Ġesu’ x’inhuma dawn l-ostakli li ġieli aħna stess nagħmlu għal nies biex joħorġu mill-oqbra tagħhom? Biex iqumu mill-ġdid fil-ħajja tagħhom? X’inhuma dawn l-ostakli? Jista’ jkun il-ġudizzju tagħna l-ostaklu li jixtiequ jersqu imma jħossuhom iġġudikati minna. Jista’ jkun li jħossuhom mhux aċċettati minna fil-verita’ anke bid-diffikultajiet li issa daħlu fihom uħud minnhom diffiċli biex tirranġahom fil-ħajja, u jsibu bibien magħluqa minn naħa tagħna ħbieb tiegħi jew inkunu żorri, jew ma nagħtux ċans, jew niġġudikaw, jew Bumm! L-attirudin tagħna tkun mill-ewwel il-ġebla mhux ineħħuha imma nerġgħu ntemmuha ma’ wiċċ dak li jkun. Noqgħodu attenti ħbieb tiegħi Ġesu’ qed jgħidilna biex ineħħu l-ġebla tal-qabar.

Imbagħad għeżież tiegħi Ġesu’ x’jagħmel? Ġesu’ jitlob, idur lejn il-Missier u jgħidlu: ‘Inroddlok ħajr li smajtni, kont naf li inti dejjem tismagħni imma għedt dan minħabba n-nies li hawn madwari biex huma jemmnu; li inti bgħattni.’

Mela l-ewwel jgħidilhom biex ineħħu l-blata, imbagħad huwa jitlob. Hawnhekk jurina għeżież tiegħi li anke jidħol fi djalogu mal-Missier. Ġesu’ jurina għeżież tiegħi li biex anke llum il-ġurnata fil-Knisja rrid ikun hemm min qed ineħħi l-blata, ikun hemm min qed jitlob. Hawnhekk nixtieq li napprezzaw il-kontemplattivi, il-monasteri, is-sorijiet tal-klawsura li għandna anke fid-djoċesi tagħna għeżież tiegħi, f’Malta u f’Għawdex. Nies illi huma qishom bħal Ġesu’ illi qegħdin jitolbu, qed jitkellmu kontinwament mal-Missier li jitolbuh jagħmel dawn il-mirakli, jagħti dawn il-grazzji ta’ fejqan, ta’ konverżjoni, ta’ nies illi forsi tbegħdu daqshekk minn Alla qegħdin fil-mewt tad-dnub fil-ħajja tagħhom biex jirxuxtaw. Kemm hi sabiħa għeżież tiegħi, araw għandna dawn l-elementi min ħa jneħħi l-blata, min qiegħed jitlob ee. Dak li qed jiġri nistgħu nkunu lkoll kemm aħna parti minnu.

Imbagħad Ġesu’ jagħti l-Kelma kif qal hekk għajjat b’leħen għoli ‘Lazzru oħroġ!’ Il-mument anke tal-predikazzjoni, il-mument li l-Kelma xi ħadd li qed iwassal il-Kelma. Mela min qed ineħħi l-blata, min qiegħed jitlob, min qiegħed jippriedka, min qed jagħti l-Kelma.

Dawn kollha għandna bżonnhom għeżież tiegħi sabiex min qed jgħix f’sitwazzjoni bħal Lazzru li huwa mejjet għax maqtugħ mill-ħajja t’Alla, dawn huma l-affarijiet kollha li għandna bżonn biex persuna tista’ terġa’ tiġi lura. Għandna bżonn min ixandrilna l-Kelma anke aħna fil-ħajja tagħna ħbieb tiegħi jekk tħossok li inti għaddej minn sitwazzjoni li ma tistax tinqala’ minna, isma’ l-Kelma t’Alla x’għandha x’tgħidlek għax dik għandha l-qawwa li tqajjmek mill-mewt. Lazzru jqum mill-mewt b’Kelma li Ġesu’ jgħidlu: ‘Lazzru, oħroġ!’ u din il-Kelma l-ewwel ħaġa hija personali. Ġesu’ jkellmu b’ismu Lazzru! Il-Kelma li l-Mulej irid jagħti lilek personali Hayden, Joe, Mary, Bjorn. Lilek irid jagħtiha, il-Kelma b’ismek għax il-Mulej jafek hija relazzjoni personali miegħek fiċ-ċirkustanzi konkretti tiegħek li l-Mulej irid jidħol u jrid jgħidha lilek personali.

Forsi bħalissa int qed tħoss il-Mulej anke b’dal-programm qed ikellem lilek personali u lilek qed jgħidlek: ‘Oħroġ!’ Mela hija Kelma personali u hija kmand. Hija kmand li jpoġġik f’movument biex inti tiċċaqlaq, tinqala’. Hija Kelma li se ttik il-qawwa li tagħmel dak li qed tgħidlek qed tgħidlu Oħroġ u Lazzru se joħroġ. Il-Kelma li Ġesu’ jgħid iseħħ ma tagħmilx xi ħaġa differenti imma tagħmel dak li Ġesu’ qal. Ma qallux orqod, ma qallux oqgħod ħu ngħasa ħelwa mbagħad qum. Qallu Oħroġ u Lazzru kif ħa naraw joħroġ. U ‘l dak li kien mejjet ħareġ b’idejh u riġlejh infaxxati u b’maktur ma’ wiċċu.

Imbagħad għandna ħaġ’oħra Ġesu’ qallhom ‘Ħollulu l-faxex u ħalluh imur.’ Aħna għeżież tiegħi meta rajna li hemm

  • min irid ineħħi l-ġebla tal-qabar, ineħħi l-ostakli,
  • min irid ikun bħal Ġesu’ jitlob,
  • min irid ikun bħal Ġesu’ jippriedka jagħti l-Kelma
  • u min irid ikun bħal dawn in-nies li jneħħu l-faxxex.

Ċioe’ l-ġebla tal-qabar hija l-ostaklu ta’ barra, il-faxxex huma l-ostakli ta’ ġewwa li aħna jista’ jkollna fil-mixja tagħna u għandna bżonn anke wara li nirxuxtaw, anke wara li Ġesu’ jqajjimna mill-mewt, wara li Ġesu’ jagħtina ħajja ġdida mhux biżżejjed tgħid: ‘jien għamilt esperjenza t’Alla, ġejt laqgħa ‘ejjew għandi, ikkonvertejt, mort Prayer meeting u sibt lil Ġesu’ mill-ġdid, imma issa l-faxxex il-problema ta’ ġewwa fik, il-passat li jista’ jkollok, l-irbit li int jista’ jkollok, dan huwa rruxtat u nfaxxat. Hemm bżonn min ineħħilek il-faxxex bil-mod ‘il mod u hawn min jista’ jkollu din il-missjoni illi jkompli jħoll il-faxxex.

Meta Alla jibda jaħdem fik int għadek m’intix lest ta, meta tibda timxi mhux lestejt, mhux għax għamilt esperjenza waħda t’Alla għax mort darba l-Quddies, erġajt mort darba Qrar iġifieri issa missejna s-sema b’idejna l-proċess tagħna lest. Le! Kemm għad hemm faxxex illi rridu nħolluhom u ma nistgħux inħolluhom waħedna dawn il-faxxex minn ħajjitna, ħaddieħor irid iħollhomlna. Lazzru kien hemm bżonn in-nies iħollulu dawn il-faxxex għeżież tiegħi u din hija ħaġa sabiħa. Hija ħaġa sabiħa li aħna nagħtu dan is-servizz lil xulxin.

  • Xi drabi dawn il-faxxex jinħallu fil-Qrar meta aħna nkomplu l-mixja tagħna ta’ purifikazzjoni mid-dnub tagħna,
  • xi drabi dawn il-faxxex ineħħuhomlna nies li aħna nistgħu niftħu qalbna magħhom u ngħidulhom bl-esperjenza tagħna li għamilna ta-Mulej imma fiex għadna dgħajfa minkejja li mexjin wara Ġesu’, allura jgħinuna nneħħu l-faxxex.

U qalilhom Ġesu’ wkoll ħalluh imur. Ċioe’ tagħmluhx tagħkom dan huwa sinjal tiegħi. Ħalluh imur irid ikollna anke din l-kapaċita’ għeżież tiegħi illi hekk qegħdin ngħinu fis-Saltna t’Alla, hekk qegħdin ngħinu fil-Knisja, jekk qegħdin ngħinu nies illi jikkonvertu, jekk qegħdin ngħinu nies li jiġu lura lejn il-Mulej ma nagħmluhomx tagħna ngħinuhom ineħħu l-faxxex eċċ.. imma ħalluhom immorru, ċioe’ ħalluhom jimxu wara Ġesu’ mhux warajna. Ma jsirux dixxipli tagħna huma dixxipli ta’ Kristu u jibqgħu jgħixu l-Kelma li Ġesu’ jagħti.

Xi drabi jkollna t-tendenza li meta aħna ngħinu lil xi ħadd anke fil-Knisja, fi gruppi, f’għaqdiet, komunitajiet, movumenti, in-nies nagħmluhom dixxipli tagħna ma nħalluhomx immorru. Le! Irridu nagħmluhom dixxipli ta’ Ġesu’. Ħadd m’hu mixi warajja, ħadd m’hu mixi warajna, imma aħna nimxu lkoll wara Kristu u għeżież tiegħi anke din bħala Kattoliċi. Il-qaddisin huma dawk illi jgħinuna fil-ħajja tagħna pero’ aħna ma nimxux wara l-qaddisin tafux! Aħna nimxu wara Ġesu’, il-qaddisin warajna jimbuttawna imma Ġesu’ quddiemna huwa hu ċ-ċentru ta’ kollox.

Dawn huwa fi ftit għeżież tiegħi fil-qosor hekk il-qofol ta’ dan il-Vanġelu pero’ Ġesu’ qabel ma jqajjem lil Lazzru jiġrilu xi ħaġa. Ġesu’ jibki. Wieħed mill ftit drabi li nsibu lil Ġesu’ jibki, insibuh jibki wkoll anke fuq Ġerusalemm. Id-drabi meta Ġesu’ jibki n-nies jgħidu: ‘Ara jibki kemm kien iħobb lil Lazzru.’ Jien ma naħsibx li Ġesu’ fil-verita’ beka għaliex Lazzru miet. Ma jagħmilx sens kieku l-Vanġelu kollu kif inhu dal-Vanġelu, iġifieri jekk Ġesu’ beka għax miet għaliex ma marx mill-ewwel qabel ma miet? Ġesu’ jibki mhux għax Lazzru miet, Ġesu’ kien jaf li se jqajmu. Ġesu’ jibki għax in-nies m’emmnux li Ġesu’ kien sejjer iqajmu. Bħal ma’ Ġesu’ jibki fuq Ġerusalemm għax in-nies m’emmnux fih – irrifjutawh.

Hawnhekk Ġesu’ jgħidilhom: ‘fejn qegħedtuh?’ u n-nies jgħidulu: ‘ejja u ara’ ċioe l-istess kliem li hu nnifsu jgħid lid-dixxipli fil-bidu tal-Vanġelu, meta jgħidulu: ‘fejn tgħammar?’ Jgħidilhom: ‘ejjew u araw.’ Ċioe’ qegħdin jużaw il-kliem tiegħu stess kważi, kważi mingħajr ma huma jemmnu fih u dan hu li jweġġa’ l-qalb t’Alla għeżież tiegħi. Forsi li jweġġa’ l-qalb ta’ Alla, li Ġesu’ jista’ jibki fuq ħajti għax jiena naf il-Kelma tiegħu, mhux dawk li ma jafuhiex ta! Dawk li jħawwdu u maqtugħin… Le! jien li naf il-Kelma tiegħu pero’ ma nemminx Fih. Din tista’ tkun weġġa’ fil-qalb ta’ Kristu.

  • Tgħid Ġesu’ qed jibki fuq ħajtek?
  • Tgħid Ġesu’ qed jibki fuq il-ħajja tiegħi?

L-ewwel wieħed jien li qed nippriedka bħalissa, jien li suppost naf il-Kelma għax qed nagħtiha lilkom, imma jekk nafha u ma nemminhiex, jekk qiegħda fuq fommi imma mhix qiegħda f’qalbi, jista’ jkun li l-Mulej ixxerred demgħa u din għeżież tiegħi turina meta jkellimna bid-dmugħ f’għajnejh Ġesu’ niftakar dak li jgħid San Pawl darba minnhom meta jgħid: ‘Għedtilkom dan diversi drabi, imma issa qed intennihulkom bid-dmugħ f’għajnejja.’ Iġifieri isma’ dak li għandi xi ngħid verament huwa importanti. Id-dmugħ fuq l-għajnejn Ġesu’ huwa karba fina li jurina kemm Ġesu’ jixtieqna nemmnu.

Ħbieb tiegħi aħna għandna wisq l-idea qisu take it or leave it, wisq l-idea u hija Alla ma joqgħodx jindaħħali. Alla jħobbna ta u meta xi ħadd iħobbok ma jgħidlekx għamel li trid, iħallik tagħmel li trid iva, jħallik fil-liberta’ imma ma jixtieqekx tagħmel dak li hu ħażin. Jekk xi ħadd iħobbok mhux ħa jimponi mħabbtu fuqek imma jixtieqek li taċċetta l-imħabba tiegħu. Dan hu Alla tagħna,

  • Ġesu’ mhux xi robot,
  • Ġesu’ mhux xi bojja,
  • Ġesu’ mhux indifferenti għalina anke meta ma nemmnux u nitilquh jibqa’ jibki fuq ħajjitna.
  • Iridna nemmnu Fih, għaliex?

Għax jaf li hu biss jista’ jkun l-iskop ta’ ħajjitna,

  • hu biss jista’ jagħtina l-paċi, il-maħfra, il-fejqan,
  • hu biss jista’ jirxutana mill-ġdid,
  • hu biss jista’ jagħti l-ħajja dak li f’ħajtek tħoss illi miet.

Lesti li nafdawh b’dan il-mod?

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Qed nara!

It-Tnejn, 13 ta’ Marzu 2017: Riflessjoni dwar Ġw 9: 1-41. (Ir-4 Ħadd tar-Randan tas-Sena A) Ara t-test tagħha taħt il-vidjo ….

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Il-Paċi magħkom għeżież tiegħi nilqagħkom għal darb’oħra għal dan il-programm ‘Ejjew Għandi’, hija stedina li m’hijiex tiegħi biex tiġu għandi ċertament żgur li le! imma hija l-istedina ta’ Ġesu’ biex immorru għandu u daqskemm immorru għandu niġu anke għand xulxin, u tiġu b’mod speċjali anka għal-laqgħat li nagħmilkom stedina għalihom lejn l-aħħar ta’ kull programm.

Nixtieq insellem minn qalbi għeżież tiegħi f’dan il-mument lil dawk kollha li qegħdin isegwuna forsi dawk li anke għaddejjin daqsxejn minn żmien iebes, żmien diffiċli fil-ħajja tagħhom, forsi ma jafux fejn se jaqbdu jagħtu rashom, forsi ħadu aħbar ħażina fuq livelli differenti ta’ mard, inkwiet fil-familja, kriżijiet finanzjari, f’dan kollu għeżież tiegħi nħeġġiġkom ilkoll kemm intom sabiex qatt u ħadd minna ma jaqta’ qalbu fil-ħajja tagħna. Il-Mulej dejjem lest li jagħtina

  • dik il-Kelma li lilna ssostnina,
  • dik il-Kelma li lilna ma taqtalniex qalbna,
  • dik il-Kelma li tagħtina l-kuraġġ,
  • dik il-Kelma li tagħtina l-grazzja u l-fejqan,
  • dik il-Kelma li lilna tispirana,
  • dik il-Kelma li lilna timbuttana,
  • dik il-Kelma li lilna ċċaqlaqna minn fejn aħna biex nagħmlu l-pass li jmiss,
  • dik il-Kelma li ssir grazzja għalina biex dak li aħna m’aħniex kapaċi nagħmlu f’ħajjitna,
  • Ġesu’ jagħmlu fil-ħajja tagħna b’mod speċjali permezz tal-Kelma tiegħu.

Il-Kelma t’Alla għeżież tiegħi hija mument privileġġjat ta’ fejqan, għaliex il-Kelma t’Alla mhix xi ħaġa li tinfurmana, anke meta nkunu qegħdin naqrawha u nispjegawha mhix xi ħaġa biex tinfurmana, mhix xi ħaġa biex tgħallimna l-ewwel u qabel kollox, ċertament tgħallimna  wkoll, imma l-ewwel u qabel kollox il-Kelma t’Alla għandha xi ħaġa speċjali li twettaq fina dak li tgħid. Jekk nieħdu per eżempju r-rakkonti tal-Ħolqien Alla kif ħalaq? Bil-Kelma tiegħu, qal u seħħ. Ġesu’ kif fejjaq diversi drabi? Qal Kelma: ‘mur kun imfejjaq’ u sseħħ. ‘Mur dnubietek maħfura’ u l-maħfra sseħħ. Mela din il-Kelma meta nisimgħuha fil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu ma tkunx ittra mejta, ittra li hija ta’ piż, ittra li hija ta’ toqol għalina, ittra li ngħidu ‘isma’ kemm hu diffiċli dil-ħaġa’, meta jkollna dik ir-reazzjoni quddiem il-Kelma t’Alla għax inkunu qegħdin nilqgħuha fil-ġisem tagħna, fl-uman tagħna, imma mhux fil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. Fil-qawwa tal-Ispirtu, il-Kelma ssir realta’ ħajja li twettaq dak li tgħid u allura hija ta’ tama, allura hija ta’ kuraġġ għeżież tiegħi għax il-Mulej mhux jgħaddi minn ħdejna u jitħassarna u jħallina kif aħna, imma jrid jagħmel xi ħaġa fil-ħajja tagħna.

U f’dal-kuntest nixtieq insellem ħafna mill-qalb anke lill-priġunieri fil-friegħi kollha tal-Faċilita’ korrettiva ta’ Kordin, kemm dawk li qegħdin Kordin, kemm iż-żgħażagħ li qegħdin il-Y.O.U.R.S ġewwa l-Imtaħleb, kemm ir-residenti li jinsabu ġewwa anke ġewwa Mount Carmel fil-Faċilita’ korrettiva ta’ hemmhekk magħrufa bħala l-Forensic Unit. Insellem lill-priġunieri kollha mill-qalb, insellem il-familjari kollha tagħhom, insellem ukoll anke persuni li xi drabi huma migdumin fil-ħajja għeżież tiegħi anke minn dawn ħutna stess li qed jiskontaw dawn is-sentenzi u mumenti ta’ riabilitazzjoni, għaliex fil-ħajja rridu naraw il-faċċati differenti tas-sitwazzjoni, iġifieri daqskemm aħna ngħinu lil min żbalja, imma rridu ngħinu wkoll u napprezzaw u nkunu hemmhekk anke għal min hu vittma tal-iżbalji ta’ ħaddieħor. Għaliex fil-ħajja rridu narawha fil-kumplessita’ kollha tagħha.

Il-Kelma li llum sejrin naqraw għeżież tiegħi huwa rakkont twil u mhux ħa naqrah kollu kemm hu l-kapitlu 9 ta’ San Ġwann illi jitratta fejqan partikolari ta’ raġel illi kien agħma minn twelidu u Ġesu’ jfejqu. Din is-silta tal-Vanġelu għeżież tiegħi qabel ma naqraha nixtieq ngħid xi affarijiet żgħar fuqha, imbagħad nidħlu daqsxejn fi ftit dettalji. Hija silta li fil-Vanġelu ta’ San Ġwann insibu diversi sinjali li l-Mulej jagħmel u dawn is-sinjali San Ġwann jagħżilhom f’dan ir-raba’ Evanġelju, jagħżilhom bi ħsieb, jagħżilhom bi kriterju, jagħżilhom b’importanza. Huma sinjali illi kollha juru b’xi mod l-identita’ ta’ min hu Ġesu’ dawn is-sinjali wkoll dawn is-sinjali għandhom dejjem konsegwenzi. Iġifieri Ġesu’ jwettaq miraklu, jagħmel sinjal, il-miraklu huwa definit bħala sinjal għaliex ifisser xi ħaġa iktar minn dak li qed jiġri u dan dejjem iqajjem żewġ reazzjonijiet ta’ min jemmen u ta’ min ma jemminx u hekk ħa nsibu anke fir-rakkont tal-lum, imbagħad aħna lkoll kemm aħna rridu naraw f’liema kategorija ninsabu quddiem anke dak li Alla jrid jagħmel fil-ħajja tagħna u dak li Alla jagħmel fil-ħajja tal-Knisja u fid-dinja llum. Ħafna drabi aħna ninfirdu quddiem il-persuna ta’ Ġesu’ min jemmen u min ma jemminx hekk kien sa mill-bidu meta Ġesu’ ġie f’nofsna. Min aċċettah u min irrifjutah u l-istorja donnha tkompli anke fi żminjietna ċertament ix-xewqa ta’ Ġesu’ hija li aħna lkoll kemm aħna naċċettaw Lilu bħala l-unika Triq, l-unika Verita’ fil-ħajja tagħna.

Ejjew naraw daqsxejn ftit hekk din il-Kelma mhix ħa naqra l-kapitlu kollu, imbagħad waqt li nirrifletti nsemmi daqsxejn ftit dettalji li anke ma nkunux qrajna. Min għandu l-Vanġelu u dejjem inħeġġiġkom ikollkom il-Vanġelu magħkom, insibu kapitlu 9 ta’ San Ġwann.

Kif kien għaddej, lemaħ raġel agħma minn twelidu, u d-dixxipli tiegħu staqsewh: “Rabbi, dan twieled agħma għax dineb hu stess, jew għax dinbu l-ġenituri tiegħu?” Ġesù wieġeb: “Mhux għax dineb hu jew il-ġenituri tiegħu, imma ġralu hekk biex l-għemil ta’ Alla jidher fih. Sakemm għadu binhar, jeħtiġilna nagħmlu x-xogħol ta’ dak li bagħatni, għax jasal il-lejl meta ħadd ma jkun jista’ jaħdem. Sakemm għadni fid-dinja, jiena hu d-dawl tad-dinja.” Kif qal dan, beżaq fl-art, għamel minnu qisu tajn, u dilek bih għajnejn ir-raġel agħma. U qallu: “Mur inħasel fil-menqgħa ta’ Silwam.” Din tfisser ‘il-Mibgħut’. Mela dak mar, inħasel u ġie jara. Il-ġirien u dawk li s-soltu kienu jarawh, għax hu kien tallab, qalu: “Dan mhuwiex dak li kien joqgħod bilqiegħda jittallab?” Xi wħud qalu: “Iva, hu.” Oħrajn qalu: “Le, imma jixbhu.” Iżda hu qalilhom: “Jiena hu.” Qalulu: “Mela kif infetħulek għajnejk?” Weġibhom: “Wieħed raġel, jgħidulu Ġesù, għamel ftit tajn, dilikli għajnejja bih, u qalli, ‘Mur fis-Silwam u nħasel hemm.’ Mort, inħsilt, u ġejt nara.” Qalulu: “Fejn huwa dan ir-raġel?” Qalilhom: “Ma nafx.”

F’din l-ewwel parti għeżież tiegħi ta’ dan ir-rakkont għandna dettalji vera sbieħ, m’għandniex il-ħin nidħlu f’kollox, imma li jistgħu anke jfissru xi ħaġa għall-ħajja tagħna. L-ewwel ħaġa dan huwa Vanġelu li l-Knisja fil-bidu kienu jużawh bħala wieħed mill-katekeżijiet tagħha fil-proċess li persuna kienet se tkun mgħammda.

Għaliex? Għaliex dan ir-raġel li huwa agħma sa minn twelidu nistgħu nxebbħuh ma kull wieħed u waħda minna, illi mhux fuq jekk għandniex nuqqas ta’ dawl fiżiku qed nitkellmu, imma aħna li sa minn twelidna għeżież tiegħi nitwieldu ma nafux min hu Kristu fil-ħajja tagħna u niġu naraw min hu dan Ġesu’. Allura dan il-Vanġelu jirrappreżenta anke l-mument tal-Magħmudija tagħna għeżież tiegħi, meta aħna ma rajniex lil Ġesu’ qabel u issa qed nirċievu l-grazzja li aħna naraw lil Kristu. Infatti dan jitolbu Ġesu’ biex imur jinżel jinħasel fis-Silwam li tfisser ‘il-mibgħut’. Issa l-mibgħut vera min huwa? Il-mibgħut vera huwa Ġesu’ u allura dan huwa ġest simboliku li dan ir-raġel Ġesu’ stess jitolbu biex jagħmel biex ifisser fina x’jiġrilna meta aħna nidħlu, ninżlu, nitgħammdu, nibqgħu fi Kristu. Aħna nibdew naraw. U dina naħseb hija waħda mit-tagħlimiet kbar illi l-Kelma t’Alla qed tagħtina għeież tiegħi.

Jekk aħna rridu naraw fil-ħajja vera, irridu nkunu f’Ġesu’. Issa meta nkunu f’Ġesu’ x’naraw partikolari għeżież tiegħi? Ġesu’ lilna jtina ħarsa ġdida fil-ħajja. Ittina l-ħarsa li l-Missier għandu fuq l-umanita’. Nibdew naraw bin-nuċċali t’Alla,

  • nibdew naraw il-ħajja fid-dawl t’Alla,
  • nibda nara l-valur tiegħi fid-dawl t’Alla,
  • nibda nara Alla min hu fil-verita’ mhux l-immaġni li jiena ħlaqt t’Alla,
  • mhux min jien nixtieq li Alla hu,
  • mhux jien min noħlom li Alla hu,
  • mhux jien nivvinta min Alla hu.

Aħna għeżież tiegħi nduru dawra madwarna u diversi nies jista’ jkollhom ideat differenti ta’ min hu Alla. Min jgħid hekk u min jgħid hekk, min jgħid hekk, min jgħid ħaġa u min jgħid oħra reliġjonijiet differenti. Huwa fi Kristu biss illi aħna naraw l-immaġni vera t’Alla u ‘l Alla narawh bħala Missier, Iben, Spirtu s-Santu, Trinita’ Qaddisa.

Naraw għeżież tiegħi meta nkunu fi Kristu nirċievu l-grazzja tiegħu fil-ħajja tagħna, inħalluh ineħħi l-għama tagħna, naraw il-bniedem kif inhu għeżież tiegħi. U l-bniedem narawh bħala

  • dak li huwa miġruħ bid-dnub,
  • dak li huwa dgħajjef bid-dnub
  • imma dak li huwa fl-istess ħin maħbub minn Alla.

Il-bniedem naraw dak li huwa fl-istess ħin

  • kapaċi jagħmel tant ġid u kapaċi jagħmel tant deni,
  • kapaċi jgħin tant nies u kapaċi jkisser tant nies,
  • kapaċi joħloq affarijiet għall-ġid u joħloq affarijiet biex jeqred persuni oħrajn.

Naraw il-bniedem f’dil-kumplessita’ tiegħu, imma naraw li dan Alla huwa Missier li jħobb il-bniedem f’din id-dgħjufija u fid-dnub tiegħu. Naraw li Alla tant iħobb id-dinja, tant iħobbu l-bniedem, tant iħobbha l-umanita’ illi bgħatt lil Ibnu l-waħdieni biex kull min jemmen f’Ġesu’ ma jintilifx imma jkollu l-ħajja ta’ dejjem.

Għalhekk il-Mulej arah meta nkunu fih naraw il-viżjoni t’Alla differenti, naraw il-viżjoni tagħna ta’ xulxin differenti. Nibda nara anke lili nnifsi differenti u kemm għandna bżonn inħallu lill-Mulej jagħtina dan id-dawl fuqna nfusna wkoll differenti għaliex ħafna minna aħna

  • nqbadna fid-diskors tal-passat,
  • f’dak li xi darba qal ħaddieħor dwari,
  • qaluli li jiena m’inix kapaċi,
  • qaluli li m’inix tajjeb,
  • qaluli li jiena qatt ma nirnexxi,
  • qaluli li jiena ħażin wisq,
  • dejjem ifakkruni fid-dgħjufijiet tiegħi,
  • fil-passat tiegħi,
  • fid-dnubiet tiegħi,
  • fl-iżbalji li jien għamilt

u int tibda tħares lejk innifsek propju mill-iżbalji tiegħek u tgħaqqad lilek innifsek ma’ dak l-iżball kważi int issir l-iżball, inti ssir id-dnub.

Mhux inti għamilt id-dnub, inti ssir id-dnub, inti ssir dik d-dgħjufija tiegħek mhux li għamilt dik id-dgħjufija. Jekk inti qtilt jgħidulek qattiel, jekk int sraqt jgħidulek ħalliel, jekk tieħu d-droga jgħidulek Drug addict. Ċioe’ inti tiġi magħġun ma’ din is-sitwazzjoni, imma quddiem Alla aħna m’aħniex hekk. Alla ma jgħidx dan Drug addict, dan qattiel, dan ħalliel, dan ma nafx min. Alla jgħid dan ibni, din binti, bl-iżbalji kollha tagħna maħbubin tiegħi. U allura fi Kristu aħna rridu nirċievu mill-ġdid id-dawl ġdid fuqna nfusna.

Ħbieb, il-Mulej jagħtina dawl ġdid fuqna nfusna u kemm għandna bżonnu dan. Minn qalbi ngħidilkom fis-sempliċita’ ma nixtieqx il-Vanġelu nikkumplikawh, il-Kelma t’Alla nikkumplikawha, imma nidħlu fis-sempliċita’ tagħha. Id-dawl ġdid li Mulej irid jagħtik dwarek kemm nixtieqek li tieħdu. Kemm nixtieqek ikollok il-konvinzjoni fil-qalb tiegħek,

  • li int min int,
  • għamilt x’għamilt,
  • kont x’kont,
  • qiegħed fejn qiegħed issa fil-ħajja tiegħek,

il-Mulej iħares lejk u jgħidlek int ibni, int binti. Il-Mulej lilek ma jagħmlekx ħaġa waħda mad-dnub tiegħek, int ikbar mill-iżbalji li stajt għamilt fil-ħajja tiegħek. U din hija s-sbuħija li aħna naraw mill-ġdid forsi qatt ma rajthom dawn l-affarijiet, ħassejtek bħal dan ir-raġel li kont agħma minn twelidek. Qatt ma stajt taraha din l-verita’ forsi issa huwa l-mument li l-Mulej b’din il-Kelma qed jurik din il-verita’, forsi dejjem emmint dak li qalulek fin-negattiv fil-ħajja tiegħek imma m’emmintx dak li Alla jgħid dwarek, kif Alla jħares lejk u allura importanti maħbubin tiegħi, illi aħna rridu nħallu l-Mulej jneħħilna dan l-għama li forsi twelidna bih jew forsi ilna snin twal.

Dan għeżież tiegħi minkejja li jirċievi din il-grazzja, dal-miraklu, das-sinjal li kien agħma u ġie jara, imma lil Ġesu’ kien għadu ma jafux. Fil-fatti meta jgħidulu min huwa? Weġibhom ‘Wieħed raġel jgħidulu Ġesu’. Agħmilli ftit tajn, dilikli għajnejja u qalli: ‘mur inħasel fis-Silwam.’ Meta qalulu: ‘Fejn hu dan ir-raġel?’ qalilhom: ‘Ma nafx.’ Iġifieri dan għamel Ġesu’ daħal fil-ħajja tiegħu b’ħafna mħabba, b’ħafna ħniena anke jekk dan ir-raġel kien għadu ma jafx min hu Ġesu’. Hija ħafna interessanti għeżież tiegħi, illi f’dal-Vanġelu dar-raġel ma għandux xi fidi kbira ta’ barra minn hawn u jaf eżattament, teoloġikament, skont il-kredu tal-Knisja, skont il-Kelma t’Alla, eżattament min hu Kristu. Le, għeżież tiegħi lanqas jaf la jaf min hu dan Ġesu’, la jaf fejn joqgħod dan Ġesu’, ma tantx jaf dwaru. Jaf biss imma li ltaqa’ miegħu u fejqu, ċioe’ dar-raġel forsi ma għandux l-għarfien teoloġiku sħiħ tal-identita’ ta’ Kristu pero’ jaf xi ħaġa ħafna importanti dwar dan Kristu, li dan Kristu fejqu.

Ħbieb tiegħi jien nixtieq nagħmlilkom ħafna kuraġġ. M’hemm għalfejn tħossok li trid tkun taf it-tagħlim kollu tal-Knisja, trid tkun taf il-Bibbja kollha minn naħa għall-oħra biex tibda tagħmel esperjenza ta’ Kristu fil-ħajja tiegħek biex Ġesu’ jiltaqa’ miegħek. Le, ħbieb tiegħi Ġesu’ ġie jiltaqa’ magħna fiċ-ċirkustanzi konkretti tal-ħajja tagħna, fid-dnubiet konkretti ta’ ħajjitna, fl-iżbalji konkretti ta’ ħajjitna, fid-dlam li aħna nkunu fih ħalli hemm hekk jiġi jagħtina d-dawl, anke jekk bil-mod ‘il mod insiru nafu lilu wara. U allura nixtieq nagħmlilkom ħafna kuraġġ anke jekk tħossok ‘isma’ jien li qed ngħix f’din is-sitwazzjoni? Lili l-Mulej irid ikellem? Miegħi jrid jiġi jiltaqa’? Lili jrid jagħtini d-dawl? Iva, lilek u noqgħodu attenti li aħna ma naqilbux l-affarijiet. Mhux l-ewwel trid tkun taf kollox dwar Ġesu’ biex tibda verament tesperjenza lil Ġesu’, m’hijiex hekk. Fil-Vanġelu bil-maqlub hija l-esperjenza ta’ Ġesu’ li twassal biex nagħrfu aktar lil Ġesu’ min hu għeżież tiegħi u allura nagħmlu kuraġġ kbir.

Dan ir-raġel għeżież tiegħi meta jfieq ikollu mhux biss se jkollu jaffronta anke min hu Ġesu’, imma ħa jkollu anke jaffronta mal-oħrajn l-identita’ tiegħu min huwa hu. Għaliex ħafna qalu: Hu? Oħrajn qalu: ‘Le wieħed jixbhu ta’ dana’ u kellu jgħidilhom: ‘Le, jiena hu.’ U din kemm hi sabiħa għeżież tiegħi, illi meta aħna Ġesu’ jidħol fil-ħajja tagħna u Ġesu’ jibdilna, u Ġesu’ għadu jibdel nies li qed jgħixu fid-dlam. Tista’ tkun l-ikbar kriminal u Ġesu’ jidħol f’ħajtek u jaqliblek ħajtek ta’ taħt fuq ittik id-dawl. Tibżax! Wara tgħid: ‘Iva jiena hu. Jiena dak li qabel kont fl-iżball imma issa m’għadniex. Jiena dak li qabel kont kif jgħid San Pawl: ‘Jiena li kont persekutur, dgħaj. Kont nidgħi qabel, kont neħodha kontra Kristu. Jiena hu dak imma issa ma għadniex.’ Kemm hi sabiħa li dan ir-raġel ma baqax lura għeżież tiegħi. Meta bdew jistaqsu fuq il-passat tiegħu qalhom: ‘Le jiena hu, jiena hekk kont. Jiena dak li kont agħma.’ U din hija kbira għeżież tiegħi wkoll, ħbieb tiegħi illi dan qed jgħidha n-nies li qabel qatt ma rahom għax kien agħmi għeżież tiegħi.

Bħalma aħna jistgħu jkollna bżonn nagħtu x-xhieda tagħna ta’ dak li Alla għamel magħna man-nies li aħna ma nafuhomx imma għandhom bżonn ix-xhieda tagħna, mhux bilfors ħa jilqgħawha kif ħa jiġri anke lil dan ir-raġel pero’ ma beżax jgħid il-Mulej x’għamel miegħu, u din kemm għandna bżonnha fi żminijietna għeżież tiegħi. Illum jiena nara lil Ġesu’ jagħmel ħwejjeġ kbar fi żminijietna għeżież tiegħi fuq kull livell ifejjaq, jeħles, jagħti tama ġdida, jaħfer, pero’ kemm għandna bżonn li nitkellmu fuq dawn l-esperjenzi b’mod speċjali min għamel dawn l-esperjenzi. Jitkellem dwarhom ħalli jkun xhud hu ta’ Ġesu’ llum u llum nixtieq inħeġġiġkom bħal dan ir-raġel tibżgħux tgħidu jiena hu.

  • Għiduha fuq il-Facebook,
  • għiduha fuq Twitter,
  • għiduha fil-Blogs,
  • għiduha b’ittri fil-gazzetti,
  • għiduha b’artikli,
  • għiduha billi tieħdu sehem fi programmi li jista’ jkun hemm ta’ diskussjoni,
  • tibżgħux li f’kollox, jekk Alla miss il-ħajja tiegħek tgħid: ‘Jien kont hekk u issa ma għadniex mhux bil-qawwa tiegħi, mhux għax jistħoqqli, imma bil-ħniena u bil-grazzja tiegħu.’

B’hekk nistgħu sinjal anke ta’ tama għall-oħrajn. Min jaf kemm hemm ħaddieħor illi għadda mill-esperjenza bħalek u forsi jien li jien saċerdot ma nistax nolqot il-ħajja tiegħu, imma int li kont tgħix bħalu, int tista’ tgħinu iktar, għandu bżonn jisma’ t-testimonjanza tiegħek. Milux kont f’ċirkustanza hekk fejn waħda mara li ltaqgħet mal-Mulej u qed ngħidha din għax b’mod pubbliku qalitha, qabdet u tat ix-xhieda tagħha kif kienet fil-prostituzzjoni u kif Ġesu’ qalagħha mill-prostituzzjoni meta iltqagħet miegħu fil-ħajja tagħha għeżież tiegħi. Ara, mara li tat xhieda kbira t’Alla x’inhu kapaċi jagħmel f’persuni li forsi aħna naqtgħu qalbna minnhom niġġudikawhom, nittimbrawhom, nużawhom, ninqdew bihom, narmuhom, nikkundannawhom, għeżież tiegħi u hawnhekk għandna xi ħadd li ma beżax jgħid: ‘Jiena hekk kont imma l-Mulej bidilni, jien kont fid-dlam u issa tani l-grazzja li nkun fid-dawl.’ Inħeġġiġkom għeżież tiegħi.

L-istorja ta’ dan ir-raġel tkompli illi wara l-fejqan tiegħu kellu jaffronta l-Fariżej, għaliex Ġesu’ meta fejqu kien is-Sibt u ħoloq konflitt mal-Fariżej, ovvjament Ġesu’ fejjaq is-Sibt biex juri li huwa Sid is-Sibt għax dawn il-mirakli huma sinjali li juruna lil Ġesu’ verament min huwa, imma l-Fariżej li dejjem kienu biex ngħidu hekk ras iebsa u jeħlu mal-liġijiet eċċ.. Dejjem jidħlu f’konflitt mhux ma’ Ġesu’, imma anke ma’ dawk illi Ġesu’ kien ifejjaq. Mhux l-ewwel darba insibuhom li jidħlu f’konflitt magħhom u din wkoll hija xi ħaġa li aħna jiġrilna. Xi drabi meta l-Mulej jagħmel xi ħaġa fina għeżież tiegħi, ħeqq meta tkun fid-dlam u issa qed tgħix fid-dawl biex ngħid hekk tistennhiex li kulħadd se jieħu pjaċir, tistennhiex li kulħadd ħa jċapċaplek, li kulħadd se jgħidlek il-prosit iva se jkun hemm min imma ħa jkun hemm min ħa jopponiek, se jkun hemm min jinqeda bik biex iwaqqa’ għaċ-ċajt lil Alla, il-Knisja, il-Kelma t’Alla, se jkun hemm min ma jemminx l-istess esperjenza tiegħek. Ngħaddu minna għeżież tiegħi anke minn dal-konflitt, xi drabi anke minn persekuzzjoni għal raġunijiet differenti wara li Alla jaħdem f’ħajjitna.

Ejjew nagħmlu kuraġġ! Xi drabi ssib min jgħidlek:

  • ‘Iva, iktar m’ersaqt ‘il quddiem,
  • iktar ma’ mxejt,
  • iktar ma’ bdejt nitlob,
  • iktar ma’ qed immur il-Quddies il-Ħadd,
  • iktar ma’ qed niġi l-laqgħat Fr,
  • iktar qed iduru kontra tiegħi.’

Hekk ġralu dan ħbieb tiegħi, hekk ġralu Ġesu’ wkoll. Iġifieri l’inti m’intix l-ewwel u m’intix l-aħħar persuna pero’ ma neħlux f’nofs triq. Dan ir-raġel baqa’ perseveranti anke jekk għall-mument, Ġesu’ donnu jinħeba ftit mill-mixja tiegħu u ħallih waħdu jaffronta din is-sitwazzjoni ta’ konflitt fil-fatti hekk jiġri, pero’ mbagħad naraw li lejn l-aħħar Ġesu’ mmur ifittex huwa stess lil dan ir-raġel għeżież tiegħi u Ġesu’ jitfaċċa jerġa’ u din id-darba mhux biex ifejqu fiżikament mill-agħma tiegħu; imma biex ifejqu spiritwalment biex jagħtih dawl ġdid u jurih hu min hu.

Araw daqsxejn kif tkompli dil-Kelma:

Ġesu’ sama’ li keċċewh ‘il barra.. għax dawn keċċewh ‘il barra mis-Sinagoga, Sabu u qallu: “Temmen inti f’Bin il-bniedem?” Dak wieġeb u qallu: “Min hu, Mulej, biex nemmen fih?” Qallu Ġesù: “Mhux biss rajtu, imma huwa dak stess li qiegħed ikellmek.” Qallu: “Nemmen, Mulej!” U nxteħet għarkupptejh quddiemu.

Kemm hi sabiħa! Il-Vanġelu fil-bidu jgħidilna li dan ir-raġel kien bilqiegħda jittallab. Hekk jgħidu n-nies ‘Dan mhux dak li kien bilqiegħda jittallab?’ Il-pożizzjoni tiegħu issa mhux iktar ta’ bilqiegħda jittallab, qiegħed hemmhekk mal-art. Issa jerġa’ jkun mal-art imma mhux bilqiegħda, imma għarkupptejh u mhuwiex jittallab quddiem in-nies imma qiegħed għarkupptejh jadura lil Kristu. Araw għeżież tiegħi kif anke din tista’ tkun parti mill-mixja tagħna. Int tista’ tkun bilqiegħda ċioe’ persuna li weħilit fil-ħajja tiegħek ma tistax tiċċaqlaq u dejjem titallab.

  • Titallab l-affett ta’ dik il-mara li mhix martek,
  • titallab l-affett ta’ dak ir-raġel li mhux żewġek,
  • dħalt f’adulterju u tħossok li ma tistax int tinqala’ minnu
  • taf li hemm martek, hemm żewġek id-dar imma bdiet din ir-relazzjoni,
  • dħalt fiha mqar b’chatting, internet,
  • bdejt tiftaħ qalbek ma’ xi ħadd fuq il-post tax-xogħol u ċirkustanzi oħrajn.
  • Jew id-droga hija l-affett tiegħek qiegħed bilqiegħda mwaħħal u dejjem titkarrab din id-droga u dejjem trid iktar, trid iktar.

Imma, ara dan meta Ġesu’ jagħtih id-dawl ma jibqax bilqiegħda, imma qam bilwieqfa u niżel għarkupptejh u mhux jittallab quddiem in-nies, imma issa qed jadura ‘l Alla. Araw, x’bidla sħiħa jagħmel.

  • Aħna rridu nqumu minn fejn weħilna fil-ħajja tagħna?
  • Irridu nieqfu nkunu nies tallaba?
  • Inkunu nieqfu nkunu nies għomja fejn ma narawx, ma narawx bilqiegħda nittalbu?

Hija sitwazzjoni vera jaħasra għeżież tiegħi fil-ħajja tagħna. kemm hu sabiħ li nkunu naraw għarkupptejna naduraw ‘l Alla u nsibu l-iskop tal-ħajja tagħna. Il-Vanġelu jibda għeżież tiegħi li dar-raġel mhux għax kien ħażin spiċċa f’sitwazzjoni hekk huwa jew għax għamel xi dnub ħaddieħor, imma biex l-għemil t’Alla jidher fih.

Ejjew aħna jkollna din l-attitudni wkoll anke ħaddieħor it-tort tiegħu qiegħed fiex qiegħed. Ejjew aħna ma neħlux fuq dik il-persuna għandhiex tort jew għandhiex raġun, ħawwadtx hu jew ma ħawwadx hu. Ejjew aħna niffukkaw mhux fuq x’għamel il-bniedem u x’ma għamilx imma fuq Alla xi jrid jagħmel. Ejjew aħna jkollna dil-konvinzjoni li l-Mulej irid juri l-għemil tiegħu f’ħajjitna. Alla jrid juri

  • l-kobor,
  • is-sbuħija,
  • l-imħabba,
  • il-fejqan

tiegħu fil-ħajja tagħna. Dan hu s-sabiħ tal-Kristjaneżmu għeżież tiegħi. Il-Vanġelu m’huwiex xi kundanna li niżlet mis-sema, il-Vanġelu huwa l-ħniena, il-possibilta’, iċ-ċans, il-maħfra, il-konverżjoni wkoll radikali fil-ħajja tagħna biex aħna nkunu nistgħu verament inkunu dak li Alla jridna nkunu:

  • wlied maħbuba tiegħu,
  • liberi mix-xkiel tal-passat,
  • mid-dnub,
  • mill-ħażen,
  • mill-jasar tax-xitan.

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Għadni ‘l bogħod! Imm’Alla jkellimni!

It-Tnejn, 23 ta’ Jannar 2017: Riflessjoni dwar Ġw 4: 5-42. (It-3 Ħadd tar-Randan tas-Sena A) Ara t-test tagħha taħt il-vidjo ….

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Il-paċi magħkom għeżież tiegħi, nilqagħkom għal darb’ oħra għal dan il-programm ‘Ejjew Għandi’ hija stedina li l-Mulej Ġesu’ jagħmlilna sabiex aħna min aħna, il-bieb tal-qalb t’Alla qatt mhu magħluq għal ħadd minna. Tista’ tkun l-ikbar kriminal ħabib tiegħi, tista’ l-iktar persuna li ħawwadt, tista’ tkun l-iktar persuna li qlibt id-dinja ta’ taħt fuq, il-Mulej xorta jgħidlek: ‘Ejjew Għandi.’ Ġesu’ jgħid: ‘Min jiġi għandi ma nkeċċiehx ‘il barra’, u dina ħudha kelma għalik li qed tismagħni bħalissa. Il-Mulej qalilna: ‘Min jiġi għandi ma nkeċċiehx ‘il barra.’ Ġesu’ ħbieb tiegħi qatt m’hu sejjer ikeċċi lil ħadd u ‘l ħadd u ‘l ħadd minna, mhux bilfors jgħidilna dak li nixtiequ nisimgħu, imma qatt m’hu sejjer ikeċċina.

Nixtieq nilqa’ għeżież tiegħi lil dawk kollha illi forsi għaddejjin minn żmien iebes fil-ħajja tagħkom, dawk li tgħixu waħdekom, dawk li ma tafux xi tridu fil-ħajja, dawk li anke tħossukom sejrin tajjeb, dawk li taħdmu fl-għalqa t’Alla, dawk li għandkom commitment regolari hekk li tisimgħu l-Kelma tal-Mulej, li tmorru l-Quddies, tersqu lejn il-Qrar, nilqa’ lil kulħadd maħbubin tiegħi għaliex Ġesu’ m’hu ta’ ħadd partikulari. Ġesu’ ġie għal kull bniedem u aħna s-saċerdoti rridu nkunu hemm għal kull bniedem u l-Kelma t’Alla qiegħda hemmhekk għal kull bniedem inkluż għalik li qed tismagħni, issa llum.

Illum għeżież tiegħi l-Kelma li sejrin hekk nirriflettu ftit dwarha, hija Kelma daqsxejn ftit twila u allura mhux ħa naqraha kollha għaliex tiġi daqsxejn ftit hekk fuq t-T.V naqra fit-tul. Pero’ hija s-silta illi tiġi mill-Evanġelju skont San Ġwann kapitlu 4 fejn għandna laqgħa sabiħa mmens. Laqgħa ta’ djalogu profond ħafna bejn Ġesu’ u waħda mara Samaritana. Ħa naqraw daqsxejn ftit minna, imbagħad il-bqija nirrakontaha jiena u għaddej nirrifletti.  Qegħdin naqraw San Ġwann kapitlu 4 minn vers 4 ‘il quddiem. 

Ġie f’belt tas-Samarija, jisimha Sikar, qrib il-biċċa art li Ġakobb kien ta lil ibnu Ġużeppi, fejn kien hemm ukoll il-bir ta’ Ġakobb. Kien għall-ħabta tas-sitt siegħa, u Ġesù, għajjien kif kien mill-mixi, qagħad bilqiegħda ħdejn il-bir. U ġiet mara mis-Samarija timla l-ilma. “Agħtini nixrob,” qalilha Ġesù. Id-dixxipli tiegħu kienu marru l-belt jixtru x’jieklu. Il-mara mis-Samarija qaltlu: “Kif! Inti Lhudi u titlob lili, Samaritana, biex nagħtik tixrob?” Qaltlu hekk għax il-Lhud ma jitħalltux mas-Samaritani. Ġesù weġibha: “Kieku kont taf id-don ta’ Alla u min hu dak li qiegħed jgħidlek, ‘Agħtini nixrob,’ kieku int kont titolbu, u hu kien jagħtik ilma ħaj.” Qaltlu l-mara: “Sinjur, mnejn se ġġib l-ilma ħaj jekk anqas biex timla ma għandek u l-bir huwa fond? Jaqaw int aqwa minn missierna Ġakobb li tana dan il-bir, li minnu xorob hu u wliedu u l-imrieħel tiegħu?” Weġibha Ġesù: “Kull min jixrob minn dan l-ilma jerġa’ jagħtih l-għatx; imma min jixrob mill-ilma li nagħtih jien qatt iżjed ma jkun bil-għatx. L-ilma li nagħtih jien isir fih għajn tal-ilma li jwassal sal-ħajja ta’ dejjem.” Qaltlu l-mara: “Agħtini dan l-ilma, Sinjur, biex ma jaqbadnix l-għatx, u anqas ma noqgħod ġejja u sejra hawn nimla l-ilma.”

Hekk f’din l-ewwel parti ta’ dan il-Vanġelu għeżież tiegħi, insibu mument, nixtieq neħodha fuq crude hekk kif inhi l-Kelma t’Alla għax naf illi din il-Kelma jista’ jkollha tifsiriet anke fuq livell simboliku differenti dwar min hi din il-mara, is-Samarija eċċ.. imma nixtieq neħodha fuq livell kif inhi. Mara mill-grupp soċjali reliġjuż li m’huwiex il-grupp soċjali u reliġjuż ta’ Ġesu’ tajjeb? Illi sejra tiltaqa’ ma’ Ġesu’ madwar dan il-bir, hekk storja kif inhi. Għandha tagħlima kbira x’turina għeżież tiegħi fuq ħafna livelli sempliċiment fuq dan il-livell. L-ewwel ħaġa għeżeż tiegħi ħa nduru daqsxejn ftit fuq din il-persuna. Nafu li hija mara u l-istatus tan-nisa, aħna nafu li fi żmien Ġesu’ ma kienx xi status kbir. Per eżempju mara x-xhieda tagħha lanqas biss kienet tgħodd għeżież tiegħi fi żmien Kristu, allura naraw anke Ġesu’ kemm ta dinjita’ lin-nisa. Meta per eżempju Ġesu’ jidher lill-Madalena u jitlob lilha tmur tagħti x-xhieda tiegħu lill-appostli li hu qam mill-mewt. Araw Ġesu’ liema status huwa ta lin-nisa fil-kuntest soċjali li kien jgħix.

Hija mara li Ġesu’ ħa jiltaqa’ magħha għall-ħabta ta’ nofsinhar maħbubin tiegħi. Din ħa tmur timla l-ilma u din insibuha li hija waħedha u din hija ċirkustanza partikolari għaliex normalment in-nisa kienu jmorru jiġbru l-ilma mhux waħedhom u mhux f’nofsinhar imma jmorru f’ħinijiet oħrajn fi grupp. Il-fatt li din tmur waħedha għal ħabta ta’ nofsinhar, din qed tevita lin-nies għeżież tiegħi għax hemm xi ħaġa partikolari fil-ħajja tagħha.

Hekk din il-mara hija wkoll minn dan il-grupp tas-Samaritani li mal-Lhud nafu li fuq issues reliġjużi illi ġraw fil-passat dwar taħlit ta’ żwiġijiet u popli eċċ… mhux ħa nidħol fih imma ma kienux jaraw tajjeb għajn m’għajn mal-Lhud, allura ma kienux jaqblu anke fuq il-post tal-qima, il-post fejn isir it-talb fejn tadura ‘l Alla. Din il-mara allura li hija tant differenti minn naħa l-oħra minn Ġesu’ għeżież tiegħi, anke fuq livell uman biex ngħid hekk li hija tant differenti minnu, il-backgrounds huma differenti. Ġesu’ huwa Rabbi għal-Lhud know? Ġesu’ huwa l-ben t’Alla għalina, imma Ġesu’ huwa l-Imgħallem, Ġesu’ huwa Lhudi hi Samaritana, Ġesu’ huwa raġel hi hija mara għandu status differenti. Ġesu’ huwa għajjien għeżież tiegħi, it-tnejn li huma hemm xi ħaġa pero’ li tgħaqqadhom. It-tnejn għandhom ċerta għatx għeżież tiegħi u Ġesu’ ħa jidħol fi djalogu ma’ din il-mara. Il-mara li ħa tmur bil-għatx għall-ilma, Ġesu’ li huwa għajjien u jieqaf biex jimla dan l-ilma għeżież tiegħi biex hu wkoll jixorb minn dan il-bir u allura hawn hekk għandna xi ħaġa ħafna aktar profonda. Waqt li Ġesu’ ħa jibda d-djalogu tiegħu fuq sempliċiment fuq l-ilma qed jgħidilha: ‘tini nixrob.’ Imma naraw bil-mod il-mod illi l-għatx tiegħu u l-għatx tagħha huma differenti mhumiex fuq sempliċiment tal-għatx fiżiku, imma hemm xi ħaġa iżjed profonda.

Ġesu’ huwa interessanti illi lil dil-mara se jidħol fi djalogu magħha fuq livell uman ħafna – l-għatx, l-ilma u li hu nnifsu se jpoġġi Lilu nnifsu li hu għandu bżonnha, mhux li hi għandha bżonnu, li hu għandu bżonnha; allura jgħidilha: ‘Agħtini nixrob.’ Hawnhekk għeżież tiegħi f’dawn is-sempliċi dettalji li qed ngħid naraw kif Alla jrid jidħol fil-ħajja tagħna. Ġesu’ jrid jiġi jiltaqa’ magħna fil-ħajja ta’ kuljum. Ġesu’ jrid jiġi jiltaqa’ magħna fl-għatx li aħna għandna għall-ħajja ta’ kuljum anke jekk forsi aħna ta’ grupp soċjali differenti, anke jekk forsi fejn naf jien tħossok li int ittimbrat mill-Knisja. Hawn min iħossu hekk ittimbrat mill-Knisja, issa għandux raġun jew le hi kwistjoni oħra, imma hawn min iħossu ttimbrat. Hawn min iħossu eskluż mill-Knisja nerġa’ ngħid għandekx raġun jew le kwistjoni oħra, imma hekk tħossok. Hawn min iħossu li hu maqtugħ saħansittra, jew ġie maqtugħ minn xi komunita’, minn xi għaqda, minn xi realta’ tal-Knisja għeżież tiegħi. Hawn min iħossu li huwa ħafna differenti mill-Vanġelu, mill-Knisja, minn Kristu għax jiena naħsibha, għax jiena nirraġuna hekk, għax dan hu ‘l mod kif jiena nagħmel l-affarijiet għax jiena differenti. Ġesu’ għeżież tiegħi ma jibżax jiddjaloga, ma jibżax jiltaqa’ ma’ min hu ħafna differenti minnu, u naħseb din hi tagħlima kbira illi dan il-Vanġelu jagħtina.

Ġesu’ ma jibżax jieqaf u jkun vulnerabbli hu, mhux imur jimponi lilu nnifsu ta. Ikun hu vulnerabbli, hu jiċċekken quddiem persuna oħra li hija ħafna differenti minnu. Hija differenti anke din il-persuna ħa naraw fuq il-livell ta’ dnub. Ġesu’ bil-mod il-mod lil dil-mara waqt li ħa jkellimha se juriha li isma’ dina ħames t’irġiel kellha f’ħajjitha u li għandha mhuwiex tagħha, li isma’ l-lifestyle tagħha mhuwiex skont il-qalb t’Alla. Pero’ Ġesu’ ma jiddejjaqx jiġi jiltaqa’ magħha, ma jiddejjaqx jieqaf għaliha. Dan Ġesu’ li kellu l-follol meta ‘il quddiem narawh se jitma’ n-nies bl-ikel. Ikattar il-ħobż tal-inqas kien hemm ħames t’elef raġel u l-istess Kristu li jieqaf quddiem folla ta’ ħames t’elef huwa l-istess wieħed li jieqaf għal persuna waħda. U inti llum tista’ tkun dik il-persuna waħda li Ġesu’ qed jieqaf hawn għalik. Dan il-programm għalija worth it jekk niltaqa’ miegħek biss, jekk din il-Kelma tilħaq lilek biss għax int importanti, inti validu, inti Alla jħobbok, inti Alla jrid xi ħaġa minnek, int importanti għalih anke jekk inti ħija u oħti l-iktar persuna differenti minni, anke jekk inti m’intiex tal-Knisja, anke jekk inti ma temminx f’Ġesu’ Kristu, anke jekk inti ma temminx f’Alla, anke jekk tgħidli dan li jgħid dal-Fr  huwa kollu żibel, anke jekk tgħid xi tgħid dwari u dwar il-Knisja u ma nafx min, xejn ma jista’ jżommni jekk inti trid li aħna nistgħu nitkellmu, li aħna nistgħu nkunu qrib ta’ xulxin u għalhekk l-għaxqa tiegħi li niltaqa’ magħkom mhux biss b’dawn il-mezzi imma anke one to one, face to face ħafna minnkom li tiġu għal-laqgħat jew appuntamenti eċċ…

Il-Mulej ma jibżax, il-Mulej irid għaliex? għax l-imħabba ssuqu biex jiltaqa’ magħna li aħna differenti. Aħna għandna t-tendenza illi ma’ min hu differenti minna, ma’ min forsi qed jgħix lifestyle differenti, ma’ min forsi oġġettivament ma naqblux iġifieri, Ġesu’ lil din mhux qed jgħidilha: ‘Prosit ta kellek ħames t’irġiel u li għandek issa mhux tiegħek qed tagħmel xi ħaġa tajba. ‘ Le! pero’ ma jiddejjaqx jiltaqa’ magħha, ma jitlaqx u ħa jkellimha fuq affarijiet ħafna profondi lil din il-mara.

Ejjew għeżież tiegħi aħna nkunu bħal Ġesu’ xi drabi t-tendenza tagħna huwa li aħna nwarrbu, naqtgħu, neskludu, inpoġġu nies fil-ġenb mentri Ġesu’ jrid jiltaqa’ ma’ din ħalli jintegraha u jdaħħalha mill-ġdid lura fi ħdan il-Komunita’, fi ħdan il-Komunita’ tal-Knisja. Ejjew ikollna dan l-approach għeżież tiegħi, anke ta’ dan Ġesu’ illi jiddjaloga magħna, jiġi jiltaqa’ magħna, ipoġġina quddiem il-verita’ tal-ħajja tagħna mhux ħa joqgħod jgħawweġ l-affarijiet pero’ bil-għan li lilna jintegrana fil-familja kbira tiegħu, anke aħna bħala Knisja jrid ikollna din il-qalb kbira għeżież tiegħi mhux Knisja li teskludi, imma Knisja illi tinkludi li tinkludi ma jfissirx illi tagħmel minestra ta’ kollox ee! Le!, le!, le! il-Knisja m’hijiex minestra tinkludi hija li nkunu fil-verita’ quddiem Alla u dik tgħaqqadna bejnietna maħbubin tiegħi.

Ġesu’ mela ma’ din ma ddejjaqx jieqaf. Interessanti li l-laqgħat ħdejn il-bir fil-mentalita’ tal-Kelma t’Alla huma laqgħat daqsxejn li jitkellmu bil-imħabba ee! Huma laqgħat t’għerusija, huma laqgħat ta’ żwieġ. Għaliex hawn hekk ħa naraw li Ġesu’ lil din il-mara li se jitlobha hija l-imħabba. Mhux l-imħabba kif nifmhuha forsi wħud minna taf f’termini sesswali. Alla jrid l-imħabba ta’ kull raġel, ta’ kull mara. Alla jrid relazzjoni ta’ mħabba tagħna miegħu u tiegħu magħna. Allura dil-mara ħa naraw li bil-mod ‘il mod waqt li ħa jkellimha fuq l-għatx tiegħu se jibda jkellimha wkoll fuq ilma partikolari li huwa għandu. Id-diskors mil-livell uman ħa jmur fuq livell ieħor sal-punt li dil-mara tgħidlu: ‘Agħtini minn dan l-ilma speċjali tiegħek’ u Ġesu’ ma jaqbadx u jagħtiha xi tazza ilma, imma Ġesu’ lil din il-mara jgħidilha: ‘Mur sejjaħ lil żewġek u ejja lura.’ Ħa jibda jagħtiha minn dan l-ilma, huwa l-ilma tal-verita’, huwa l-ilma tal-imħabba. L-imħabba li ma taħbix il-verita’ mill-bniedem għax xi drabi aħna jista’ jkollna idea falza li biex tħobb lil xi ħadd allura inti tgħawweġ il-verita’ minħabba fih jew il-verita’ ma tgħidhiex biex ma tweġgħux, ma toffendiehx. Ġesu’ ma jirraġunax hekk! Ġesu’ biex iħobbna jurina l-verita’ u l-verita’ tal-ħajja tiegħi. M’hiex il-verita’ astratta miktuba f’xi ktieb jew fil-qalb t’Alla, il-verita’ kif tmiss lil ħajti, il-ħajti b’mod konkrett. ‘Mur sejjaħ lil żewġek u erġa’ ejja hawn,’ qalilha. U anke Ġesu’ hawnhekk dieħel fin, fin, pass, pass id-djalogu tiegħu huwa ġentili ħafna. Ġesu’ ma jaqbadx u jtemmgħalha l-verita’ tad-dnub tagħha ma’ wiċċha u jkissirha bih. Le! ma jagħmilx hekk imma jkellimha bil-mod ‘il mod tant kellimha b’mod ġentili li kienet miftuħa, open qaltlu: ‘Ma għandhiex żewġi,’ u Ġesu’ jerġa’ jgħidilha: ‘ Sewwa għedt ma għandekx żewġi; inti żżewwiġt ħames darbiet u r-raġel li għandek miegħek bħalissa; mhuwiex żewġek.’ U l-mara tgħidlu: ‘Sewwa weġibt.’

Innutaw li din il-mara fl-ebda mument ma tikkontesta lil Ġesu’, fl-ebda mument ma teħodha kontrieh, fl-ebda mument ma tgħidu: ‘toqgħodx tiġġudikani.’ Għaliex meta inti l-verita’ tgħidha fl-imħabba dak li jkun jaf li qed tgħidlu l-verita’ u kemm għandna bżonn għeżież tiegħi dan l-approach aħna. Hekk bejnietna ta, il-mod kif nitkellmu fl-għaqdiet, fil-gruppi, fil-familja, imma anke fil-Knisja anke aħna s-Saċerdoti. Aħna l-Knisja mad-dinja, aħna mall-iktar ċirkustanzi iebsa li n-nies jistgħu jkunu fihom. Kemm għandna bżonn li aħna jkollna din il-ġentilezza li ngħidu l-verita’ fl-imħabba. Għeżież tiegħi esperjenza qawwija li meta tagħmilha n-nies vera ma jħossuhomx iġġudikati. U din hija importanti ħafna li aħna jkollna l-verita’ għeżież tiegħi u l-verita’ qed ngħid għall-Vanġelu, ma tagħtiniex il-liċenzja biex naqbdu nfajruha f’wiċċ dak li jkun u nittraformawha f’kundanna fuq il-ħajja tan-nies, għax il-verita’ kif juriha Ġesu’ hija verita’ li tfejjaq u teħles lill-bniedem, mhux verita’ biex tikkundanna u tkisser il-bniedem għeżież tiegħi. Il-verita’ toħroġ mill-karattru t’Alla mhix xi verita’ ta’ tagħlim lil hinn maqtugħ mill-karattru t’Alla u l-karattru t’Alla kif uriehulna Ġesu’ hu Missier. Allura l-Kelma li jagħtina hija bl-imħabba kollha ta’ Missier. Xi drabi ħbieb tiegħi aħna faċilment dan ikun jonqosna. Aħna nistgħu nxandru l-bandiera tal-verita’ imma f’qalbna ma għandniex dil-Paternita’, ma għandniex dil-Maternita’ anke bħala Knisja anke bejnietna. Il-Mulej illum għandu ħafna x’jagħlimna ħbieb tiegħi fil-mixja tagħna.

Il-mara tgħidlu: ‘Sewwa weġibt,’ u Ġesu’ għax ikellimha fuq l-affarijiet ta’ ħajjitha u hi ma kinitx kellmitu dwarhom, imma Ġesu’ kien jinteressah ipoġġiha fil-verita’, tgħidlu: ‘Int profeta.’ Dan ir-raġel, dan is-sinjur hekk issa ħa jibda jsir profeta. Tikber din ir-relazzjoni tagħha mall-Mulej pass, pass. Kemm aħna għandna bżonn ukoll inħallu lill-Mulej ikun profeta f’ħajjitna u jibgħatilna l-profeti tiegħu mingħajr ma noqtluhom ee! Għeżież tiegħi Alla mhux ġej jaħbi minna l-verita’ tagħna. Jekk hemm dnub f’ħajtek mhux ħa jagħlaq għajnejh jgħidlek: ‘u ija għaddi’ qisu m’hu qed jiġri xejn. Jekk ikun hekk ma jkunx Alla għax Alla ma jidħakx bil-bniedem. Iħobbna wisq biex jingannana, iħobbna wisq biex ma juriniex il-verita’ f’ħajjitna. Jekk qed tgħix f’sitwazzjoni mhux skont il-qalb t’Alla, il-Mulej qatt ma jista’ jgħidlek: ‘le dik hija tajba ta.’ Le! ħbieb tiegħi l-Mulej ikun magħna, jimxi magħna bil-ħniena infinita’ tiegħu fit-taħwid kollu li aħna nkunu fih f’ħajjitna, imma jekk jiena qiegħed nitkellem fuq in-nies, jekk jiena qed inzekzek, il-Mulej ma jistax jgħidli: ‘u ija ta qed tagħmel tajjeb billi izekzek’, lanqas jekk jien għax weġgħuni minix ġustifikat li noqgħod nitkellem fuq in-nies. Il-Mulej huwa magħna anke jekk jiena sraqt, jekk jiena nieħu d-droga, jekk jiena qtilt imma mhux ħa jgħidli li jiena sraqt jew ħadt id-droga hija ħaġa tajba fil-ħajja tiegħi. Jaħfirli, jakkumpanjani, jimxi miegħi kemm irid, imma ma jfissirx li jaqbad u kollox qisu xejn mhu xejn. Le! ipoġġini fil-verita’ u ma nibżgħux inkunu fil-verita’ magħna nfusna, ma nibżgħux inħallu l-verita’ tiċċelinġjana, ma nibżgħux inħallu min joqrosna fil-laħam il-ħaj fil-ħajja. Ħalli ma nibqgħux ngħixu ngannati, ngħixu fid-dlam imma nħallu lill-Mulej jiftħilna għajnejna.

‘Int profeta,’ qaltlu milli qed nara. Imma din il-mara ħa ġġib imbagħad hija stess profeta ċioe’ int hemm xi ħaġa sabiħa dwarek Ġesu’ imma qed tgħidlu mill-ewwel hemm differenza.’ Aħna s-Samaritani naduraw lil Alla mod, intom il-Lhud mod ieħor iġifieri, isma’ ok hemm xi ħaġa sabiħa dwarek donnok int m’intix bħall-oħrajn, imma xorta hemm affarijiet li ma naqblux bejnietna. Kemm xi drabi jiġri anke hekk fil-ħajja tagħna għeżież tiegħi forsi jiġrilek fejn naf jien xi ħadd tal-Knisja fetaħlek għajnejk u taf li qed jgħidlek il-verita’, imma mbagħad tkun lest bid-difiża tiegħek. Isma’ li qed tgħidli sewwa, imma aħjar taraw x’tagħmlu intom ta fil-Knisja, imma ma tarawx l-iskandli tagħkom, ma tarawx id-difetti tagħkom? Araw, tiġi xi kultant aħna ninqabdu f’dawn ir-realtajiet. Huma parti mid-djalogu, huma parti mill-mixja, li aħna nagħmlu flimkien għeżież tiegħi u Ġesu’ anke meta din tattakkah ftit fuq l-issue tal-fidi tagħhom differenti bejn Ġesu’ u dis-Samaritana. Ġesu’ ma joħloqx panik, ma joħroġ jattakkaha l-anqas għaliex  ikkritikatu ftit fuq ħaġa li ma jaqblux bejniethom imma Ġesu’ jibda jitkellem magħha u jgħidilha: ‘Emminni, anzi mara jiġi żmien meta mhux fuq din il-muntanja naduraw lill-Missier anqas f’Ġerusalemm, intom taduraw dak li ma tafux aħna naduraw dak li nafu s-Salvazzjoni ġejja mill-Lhud; imma tiġi s-siegħa meta dawk li tassew jaduraw, jibdew jaduraw ‘l Alla fl-Ispirtu u fil-Verita’.’

Ġesu’ d-differenza li kien hemm bejniethom immur ‘l hinn minnha u juriha xi ħaġa iktar profonda. Id-differenza kienet fuq il-post fejn il-Lhud u s-Sammaritani jaduraw lil Alla. Ġesu’ issa qed jgħidilha li aħna ma nadurawx aktar ‘l Alla f’post imma nadura ‘l Alla f’relazzjoni. Ħbieb tiegħi, aħna xi drabi hawnhekk ukoll għandna bżonn nagħmlu din il-qabża. Meta aħna nibdew mixjin bejnietna, forsi hekk il-verita’ tibda tiela u nibdew naċċettaw ftit dak li Alla qed jagħtina permezz ta’ xulxin, umbagħad minflok nibqgħu mixjin, imma naqbdu d-differenzi, id-difetti ta’ bejnietna fuq xiex ma naqblux, il-Mulej joħodna għar-relazzjoni għeżież tiegħi. Ma jħallinix neħlu, ma jħallinix nieqfu fuq dak li ma naqblux fuqu imma jipprova jdaħħalna u jibnina f’relazzjoni ġdida.

Hawnhekk propju jagħtihom din l-iżvolta ġdida ma’ din il-mara u interessanti li Ġesu’ jgħid lil din il-mara, li tinsewx f’għajnejn in-nies din kienet mara adultera, lil din il-mara li kienet qed tgħix donnha dan il-lifestyle m’huwiex skont il-qalb ta’ Alla, m’huwiex skont il-fidi, anki tal-istess poplu Lhudi li kien jemmen, Ġesu’ magħha jitkellem dwar l-aktar affarijiet sbieħ, profondi, intimi minn naħa t’Alla. U din għeżież tiegħi ukoll huwa ġest sabiħ minn naħa tal-Mulej għaliex Alla l-veritajiet tiegħu, l-affarijiet sbieħ tiegħu mhux ħa jirriservhom għal min jaħseb li leħaq is-sema b’idejh. L-affarijiet sbieħ ta’ Alla, anka l-Knisja, il-Kelma tagħha, ir-rikkezzi kollha li hemm fil-Knisja (mhux għall-affarijiet materjali qed ngħid imma għall-affarijiet spiritwali), m’humiex riservati għal xi nies li jħossuhom is-superheros ta’ żminijietna, li jaħsbu li missew is-sema b’idejhom, li jaħsbu li huma l-qaddisin mixjin fuq l-art illum il-ġurnata. Imma dawn l-affarijiet tant sbieħ ta’ Alla għeżież tiegħi, il-Mulej irid jagħtihom, irid joffrihom u jrid ikollna bħala Knisja qalbna miftuħa għall-iktar nies li forsi f’għajnejna m’humiex l-aktar nies eleġibbli għal dawk l-affarijiet, m’humiex l-aktar nies li jistħoqqilhom li nkellmuhom dwarhom, m’humiex l-aktar nies li jħosshom li jistgħu jirċievu din il-Kelma. Hawnhekk ħbieb tiegħi, anki hekk dan l-approach ta’ Ġesu’ ma’ din il-mara jkompli jiftħilna qalbna beraħ, li ma nibżgħux nitkellmu fuq l-affarijiet ta’ Alla anki ma’ min naħsbu li m’huwiex addattat għalihom.

Ħbieb tiegħi, jien din għamilt esperjenza. Iltqajt b’mod partikolari ma’ priġunieri li kien hemm it-taħwid u xi kultant tgħid imma nitkellem fuq ċerti affarijiet ta’ Ġesu’, tal-Knisja u hekk. Tafu xi skoprejt? Li meta tkellimt ma’ dawn l-aħwa fuq il-Vanġelu, fuq il-Kelma ta’ Alla, xi drabi kienu l-aktar nies li laqgħuha, kienu l-aktar nies li fehemuha, minkejja t-taħwid li qegħdin fih. Dina urietni ħaġa,

  • ma nċaħdu ‘l ħadd mill-Kelma t’Alla,
  • ma nċaħdu ‘l ħadd mis-sbuħija t’Alla,
  • ma nċaħdu ‘l ħadd mill-grazzji t’Alla,
  • ma nċaħdu ‘l ħadd minn dak li Alla jixtieq jagħmel ma’ kull persuna
  • anki jekk naħsbu li mhux il-mument,
  • li dik il-persuna kollu għalxejn li ħa tgħidilha,
  • hemm wisq x’tirranġha fil-ħajja tagħha biex tibda tkellimha fuq dawn l-affarijiet.

Le! Ġesu’ lil din ma jmurx jgħidilha, ‘Isma’, mur irranġa s-sitwazzjoni li għandek ta’ umbagħad ejja lura u nkunu nistgħu nibdew nagħmlu mixja, nitkellmu, ħaġa u oħra.’ Le, Ġesu’ lilha beda jgħid dawn l-affarijiet kbar, li l-Missier qed ifittixha, li hu bil-għatx għalija. Ma jgħidilhiex, ‘L-ewwel irranġa ħajtek umbagħad ejja.’ Le! Fiċ-ċirkustanza tat-taħwid li hi, Ġesu’ jkellimha fuq dawn l-affarijiet. Kemm hija sabiħa! U din mhux ta’ kuraġġ għalina lkoll maħbubin tiegħi? Anki jekk forsi hemm ħafna x’tirranġa fil-ħajja tiegħek, toqgħodx tistenna li tirranġa kollox biex tiġi, ejja kif int, ejja issa, kif inhi ċ-ċirkustanza tiegħek u minn hemmhekk nistgħu nagħmlu mixja. Il-Mulej irid ikellmek issa mhux meta tkun ok, mhux meta tirranġa kollox, mhux meta tinqala’ kompletament mid-dnub tiegħek inkella Kristu mhux hu s-Salvatur tiegħek. Il-Mulej irid jiltaqa’ magħna kif aħna biex umbagħad iwassalna fejn jixtieqna mhux inkunu fejn jixtieqna biex umbagħad immorru għandu. Le! Dik m’hiex il-fidi nisranija tagħna.

To cut a long story short għeżież tiegħi għax il-ħin għaddej, l-istorja u l-ġrajja ta’ din il-mara bażikament tispiċċa li dina titlaq u tmur tgħid lin-nies dak kollu li Ġesu’ għamel magħha. Interessanti li l-ġarra tal-ilma ma toħodiex magħha, tħalliha hemm ħdejn il-bir. L-ilma qatt ma mlietu li marret biex tixrob għeżież tiegħi għaliex Ġesu’ qatgħalha l-għatx fuq livell aktar profond fil-ħajja. Ġesu’ għeżież tiegħi ma jridx iħallina ninħlew fuq il-materjaliżmu – l-ilma naturali, imma jrid jaqtalna l-għatx ta’ affarijiet spiritwali li hemm f’qalbna,

  • l-għatx għall-paċi,
  • l-għatx għall-imħabba vera,
  • l-għatx għall-ġustizzja vera,
  • l-għatx għall-intimita’,
  • l-għatx għall-ferħ f’ħajjitna,
  • l-għatx għall-eternita’.

Din għalhekk tħalliha hemmhekk il-ġarra, ma toħodiex magħha għax Kristu jaqtalha l-għatx.

U dina tmur tgħid lin-nies mill-ewwel l-esperjenza li għamlet ma’ Ġesu’. Dina ssir xhud ta’ Kristu mingħajr ħadd ma qalilha biex tagħmel dan, tiġiha b’mod naturali. Għeżież tiegħi, kemm tant nies anki fi żminijietna llum naf li qed tiltaqgħu ma’ Ġesu’ u intom qed issiru l-appostli u d-dixxipli tiegħu llum u anki nies li forsi aħna f’għajnejna ma nemmnux li jistgħu jkunu hekk. Lil dawn il-Mulej qed jagħżel u qed jagħmel mirakli kbar fil-ħajja tagħhom illum. U din jirnexxielha ġġib il-belt tas-Sammarija biex jiltaqgħu ma’ Ġesu’ u jemmnu mhux aktar minħabba fiha li qalet hi imma għax huma mbagħad iduqu ‘l Mulej. Persuna waħda li Ġesu’ ta dan il-ħin, ta din l-attenzjoni, ta din l-imħabba, persuna waħda li kienet tant u tant differenti minn Kristu, issir dik il-persuna, il-medjatriċi, il-link bejn Ġesu’ u l-belt tas-Sammarija kollha. Din mhux ħaġa kbira maħbubin tiegħi?

Aħna l-Kattoliċi nħobbu ħafna l-Ommna Marija u nagħmlu sew, j’Alla l-insara kollha jaċċettaw lil Marija b’Ommhom u jħobbuha. Pero’ hawnhekk Ġesu’ mhux qed jinqeda b’Marija, mhux qed jinqeda b’dik li nafu li hi l-Immakulata Kunċizzjoni, li hi bla dnub. Qed jinqeda b’mara midinba biex iġġib il-belt kollha għal għandu. M’hiex wow din, għeżież tiegħi? Jekk forsi inti tħossok li inti ħażin ħafna, int tikwalifika biex Ġesu’ jinqeda bik ħalli jiġbed ħafna nies lejh, ħalli ħafna nies jiskopru lil Ġesu’ u l-verita’. Alla daqshekk iħobbna! Ħadd minnha m’huwa mormi għeżież tiegħi, għamilna x’għamilna, qed ngħixu kif qed ngħixu issa fil-preżent, ħadd minna m’huwa mormi u j’Alla fil-Knisja għeżież tiegħi, ħadd ma jħossu mormi, ħadd ma jħossu ‘l barra, ħadd ma jħossu maqtgħuh u eskluż, imma kulħadd jista’ jħalli lil Ġesu’ u l-Knisja tidħol fid-djalogu, f’din il-mixja pass pass. U j’Alla, j’Alla jkollna ħafna nisa bħal dawn, ħafna nies bħal din il-mara Sammaritana, ħafna nies li forsi qegħdin f’ċirkustanzi li m’humiex idejali, li nħallu ‘l Ġesu’ jiltaqa’ magħhom, jitrasformhom bil-mod il-mod u jkunu huma stess li jġibu tant u tant u tant nies fi ħdan Kristu u fi ħdan il-Knisja tiegħu biex niskopru l-imħabba infinita tal-Missier għalina li twassalna għall-konverżjoni sħiħa u totali sakemm jasal il-mument li mmorru ngawdu ‘l Alla wiċċ imb wiċċ.

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN