Għaliex id-Divorzju jmur kontra t-tagħlim li hemm fl-Iskrittura?

24

🌻 Imur kontra t-tagħlim ċar li nsibu fl-Iskrittura. Ġesu’ nnifsu jispjega li Alla fil-bidu ħalaqhom

  • (Ġen 1:27) “U Alla ħalaq il-bniedem fuq xbihietu fuq xbihat Alla ħalqu, raġel u mara ħalaqhom
  • (Ġen 2:24) Għalhekk ir-raġel iħalli lil missieru u lil ommu u jingħaqad ma’ martu u jsiru ġisem wieħed.”

u Alla nnifsu għaqqadhom b’rabta qaddisa u saru ġisem wieħed.

🌻 Meta fi żmien Mose’, il-poplu webbes rasu u bediex jimxi fuq il-kmandament li tah Alla, Mose’, f’ċerti każi, ħalli li xi koppji, jiddivorzjaw, imma Alla tant m’għoġbux dan, li nsibu fl-Iskrittura kliem Alla nnifsu muri lill-Profeta Malakija: “Jien id-divorzju nobghodu” (Mal 2,15),

🌻 Ġesu’, meta ġie mistoqsi dwar dan kollu, wieġeb: (Mt:19:8) “Kien minħabba l-ebusija ta’ qalbkom li Mosè takom il-permess tibagħtu n-nisa tagħkom. Iżda ma kienx hekk mill-bidu“,..mela “Dak li għaqqad Alla ma jifirdux il-bniedem!

🌻 Il-Knisja ma tistax tħoll dak li jgħaqqad Alla. Il-Knisja tista’ biss tħollok mir-regoli li ħolqot hi, imma mhux mil-liġijiet t’Alla.

  • Eżempju, hija regola tal-Knisja li saċerdot m’għandux jiżżewweġ, għalhekk meta dan jitlob id-dispensa (jiġifieri li ma jibqax jagħmel ħidma ta’ saċerdot) jista’ jingħata li ma jibqax jipprattika is-sagramenti (għalkemm xora jibqa’ saċerdot) u li jiżżewweġ.
  • Fil-każ ta’ meta koppja titlob divorzju mingħand il-Knisja, il-Knisja ma tistax iddur kontra l-liġi li ta Alla nnifsu. Infatti, fir-rit taż-żwieġ, is-saċerdot jirrepeti u jistqarr kliem Alla nnifsu meta qal: “Dak li jgħaqqad Alla, m’għandux jifirdu l-bniedem!

🌻 Huwa responsabbilta’ tagħna bħala poplu li b’għajnejna miftuħa nagħżlu s-sieħeb/sieħba tagħna b’mod matur (mhux għax ħelu/ħelwa jew għandu/ha l-flus eċċ…) u li flimkien nagħmlu dixxerniment u tħejjijiet biex kemm l-għerusija, u b’mod speċjali ż-żwieġ li hu għal dejjem ikunu fis-sod. Illum, f’Malta, anki min kien favur id-divorzju, jaqbel li f’pajjiżna, neħtieġu aktar preparazzjoni bil-għaqal fiż-żmien tal-għerusija.