Dokument sħiħ PDF jew WORD ta’ Talb għall-Bżonnijiet tas-Saċerdoti.
TALB GĦAS-SAĊERDOTI
Alla minn dejjem u li tista’ kollox, ħares fuq il-Wiċċ ta’ Kristu Ibnek, u għall-imħabba ta’ dak li huwa s-Saċerdot il-Kbir, ikollok ħniena mis-Saċerdoti Tiegħek. Ftakar, O Alla l-iktar ħanin illi huma sempliċi bnedmin u dgħajfa; ħeġġeġ fihom il-grazzja tal-vokazzjoni tagħhom li tinsab fihom bit-tqegħid tal-idejn tal-Isqof. Żommhom qrib tiegħek biex l-għadu ma jirbaħhomx… biex qatt ma jagħmlu l-iċken ħaġa li tmur kontra l-vokazzjoni għolja tagħhom.
O Ġesu’, nitolbok għas-Saċerdoti fidili u mħeġġa Tiegħek, għas-Saċerdoti infidili u bierda; għal dawk li jaħdmu f’arthom jew f’artijiet imbiegħda tal-Missjoni; għal dawk li huma ittantati; għal dawk li jinsabu weħidhom; għas-Saċerdoti żgħażagħ; għal dawk avvanzati; għas-Saċerdoti morda; għal dawk li qegħdin imutu u għall-erwieħ tas-Saċerdoti li qegħdin fil-Purgatorju.
Iżda fuq kollox nirrakommandalek lis-Saċerdoti l-aktar għeżież għalija; is-Saċerdot li għammidni; dawk li ħafruli dnubieti; dawk li attendejt il-quddies tagħhom u li tawni l-Ġisem u d-Demm Tiegħek fit-Tqarbin Imqaddes; is-Saċerdoti li għallmuni, għenuni u inkoraġġewni; lis-Saċerdoti kollha li b’xi mod jew ieħor jien obbligat lejhom, speċjalment N.N. O Ġesu’ żommhom kollha qrib il-Qalb Tiegħek u berikom bil-bosta fiż-żmien u fl-eternita’. Ammen.
Fr. Bruno S.D.V