189. Riflessjoni fuq Luqa 12: 13-21

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Luqa 12: 13-21

L-Evanġelju skont San Luqa 12: 13-21

[Lq:12:13] F’dak iż-żmien, xi ħadd mill-folla qal lil Ġesu’: “Mgħallem, għid lil ħija jaqsam il-wirt miegħi.”

[Lq:12:14] “Ħabib?” wieġbu Ġesù,”min qegħedni mħallef fuqkom, jew qabbadni nqassmilkom il-ġid bejnietkom?”

[Lq:12:15] Mbagħad qal lin-nies: “Iftħu għajnejkom u ħarsu rwieħkom minn kull regħba, għax imqar jekk wieħed ikollu bir-radam, ħajtu ma tiddependix mill-ġid li jkollu.”

[Lq:12:16] U qalilhom parabbola: “Wieħed raġel għani ġabar kotra ta’ frott mir-raba’ tiegħu.

[Lq:12:17] U beda jaħseb u jgħid bejnu u bejn ruħu, ‘X’se nagħmel? Għax dan il-frott kollu ma għandix fejn naħżnu!

[Lq:12:18] Ara x’nagħmel,’ qal, ‘inħott l-imħażen li għandi u nibni oħrajn akbar, u naħżen fihom il-qamħ u l-ġid kollu li għandi.

[Lq:12:19] Mbagħad ngħid lili nnifsi: Ruħi, għandek ħażna kbira ta’ ġid għal bosta snin; mela strieħ, kul, ixrob, ixxala?”

[Lq:12:20] Iżda qallu Alla, ‘Iblah li int! Dan il-lejl stess jitolbuk ruħek lura. U l-ħwejjeġ li ħejjejt għalik, ta’ min ikunu?’

[Lq:12:21] Hekk jiġrilu min jiġma’ l-ġid għalih innifsu bla ma jistagħna quddiem Alla.”

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

X’jikkawża argument u x’inhu l-aħjar mod kif tissetiljah?

Fi żmien Ġesu’, kienet użanza lin-nies biex tissetilja nuqqas ta’ qbil kienu jmorru għand l-imgħallmin biex jikkonsultawhom. Ġesu’ jirrifjuta dan il-każ u minflok jagħti lin-nies parabbola biex jirriflettu fuqha.

Kif kont taġixxi li kieku Ġesu’ kellu jirrifjuta li jissetilja l-argument tiegħek u minflok jagħtik parabbola?

X’inhu l-punt tal-istorja ta’ Ġesu’ dwar is-sid tal-art? U għaliex isejjaħlu iblah?

Ġesu’ ma jakkużahx għalkemm kien bieżel imma għall-egoiżmu tiegħu u għalkemm kien jiġbed lejh. Bħal fil-parabbola l-oħra tal-għani u Lażżru dan is-sid tilef il-kapaċita’ li jagħti kas u jinduna bil-bżonnijiet tal-oħrajn. Ħajtu kienet ikkunsmata b’dak stess li kellu u l-uniku interess tiegħu kien hu nnifsu. Il-mewt tiegħu kienet it-telfa finali ta’ ruħu.

Ħsieb għal Qalbek …

Fil-parabbola tal-għani iblah Ġesu’ jagħti lezzjoni dwar l-affarijiet materjali li nippossedu. Il-lezzjoni tiegħu fiha twissija biex noqgħodu attenti minn kull rebgħa. Li tkun rgħib hu li tixtieq propjeta’ li mhijiex tiegħek jew li tkun iritat minħabba ġid li Alla jkun ta lill-oħrajn. Ġesu’ jafferma l-Kmandament ‘La tixtieqx ħwejjeġ tal-oħrajn,’ imma hu jafferma wkoll li l-ħajja ta’ persuna ma tikkonsistix fl-abbundanza tal-ġid li wieħed ikollu. F’din il-parabbola ċkejkna Ġesu’ jkellem lil qalbna.

Fejn hu t-teżor tiegħek?

It-teżor għandu konnessjoni diretta mall-qalb, il-post tax-xewqat u l-pjanijiet. Il-post tar-rieda u l-attenzjoni tagħna. Dik il-ħaġa li l-iktar norbtu ma’ qalbna hi l-akbar teżor tagħna.

U inti x’inhu t-teżor tiegħek? Ma xiex qed torbot qalbek?

Itlob …

Mulej, eħlisni minn kull rebgħa u minn kull attakkament mall-affarijiet materjali. Aħmel li nixtieq biss u fuq kollox lilek bħala t-Teżor u s-Sehem waħdieni tiegħi.

Għażiża Marija, Tempju mqaddes t’Alla għinni nagħmel użu tajjeb mill-ġid materjali li bih ġejt imbierek ħalli nużah b’ġenerożita’ għall-glorja t’Alla u għall-ġid tal-oħrajn fuq l-istess eżempju t’Ibnek, tiegħek u ta’ tant qaddisin. Ammen.