Quddiem Alla moħbi, umli u sieket… imma mhux rieqed!!

14361248_599655860221340_1386047537573036916_o

Persuna stqarret miegħi b’sinċerita’ li boring tmur quddiem il-preżenza ta’ Ġesu’ fl-Ewkaristija fid-diversi knejjes li jesponuH. Irriflettejt dwar dan għax din tista’ tkun l-esperjenza ta’ ħafna nies. Staqsejt:

‘X’għandu jattirana u jqanqalna biex immorru quddiem dan Alla moħbi, umli u kwiet?’

Għal min iħossu bored nixtieq ngħaddi messaġġ ċkejken, minn qalbi u b’imħabba fraterna:

  • Jekk temmen u taf li qiegħed ħdejn min iħobbok u tħobb, żgur li lanqas f’kantina mudlama mhu se tħossok bored! Alla jħobbok tant li mhux biss sar bniedem bħalna imma għażel ukoll li jsir oġġett (biċċa ħobż) biex jibqa’ miegħek dejjem u sal-aħħar.
  • Il-preżenza reali ta’ Ġesu’ fl-Ewkaristija hi l-ġawhra tal-Knisja u tad-dinja kollha. Tassew, hi l-fidi li b’modi spiritwali tikxef xi ftit minn dan il-misteru kbir li ma jaqax taħt is-sensi.
  • Jekk hi n-nuqqas ta’ fidi l-problema, itolbU jkattar fik il-fidi fil-preżenza reali tiegħU fl-Ewkaristija. Jien dejjem hekk nitolbU. Ejjew nitolbu għal xulxin biex HU jkabbar fina dan id-don.
  • M’hemmx għalfejn tagħmel siegħa sħiħa ħdejn Ġesu’. Hemm min jagħmel biss 10 minuti jew 5, speċjalment jekk m’intix imdorri. L-importanti li dak il-ħin ikun ħin ta’ valur li jkabbar ir-relazzjoni tiegħek mal-akbar ĦABIB DIVIN.

Minn 1440-il minuta kuljum, tiflaħ tagħmel imqar 5 minuti ħdejn min qed jagħtik il-ħajja?

Ħallu s-sliem u l-barka t’Alla jibqgħu dejjem fuqkom u fuq l-għeżież tagħkom billi ssibu dak il-ftit ħin ta’ valur biex tistrieħu ħdejn min iħobbkom tassew u tiftħu qalbkom miegħU.

Mur fuq il-paġna bl-isem ta’ ‘Kappelli tal-Adorazzjoni‘ u mill-informazzjoni li ssib, ara liema hi l-eqreb Kappella tal-Adorazzjoni għalik permezz ta’ dan is-sit. Ħdejn kull stampa, hemm il-ġranet u l-ħinijiet tal-ftuħ u link għall-mappa.

Jekk jogħġobkom, iżżommux din l-informazzjoni għalikom biss imma għaddu din l-informazzjoni lil ħaddieħor billi timpustawha fuq facebook jew fuq mezzi oħra ta’ komunikazzjoni. Ħa jkollkom barka mingħand il-Mulej u ħlas li ħaqqkom mingħand Alla Sidna u Salvatur tagħna moħbi imma preżenti b’mod reali fl-Ostja Mqaddsa.

‘U xi ngħidu għas-Saċerdozju? Kemm qed nissaportjaw dan il-ministeru tas-Saċerdoti fil-Knisja?’

Irrifletti ftit fuq il-kliem ta’ dan il-poster:

TALB GHAS-SACERDOTI

Huwa għalhekk, li f’dan is-sit, ħsibna li ninkludu talb għall-bżonnijiet tas-Saċerdoti u għall-Vokazzjonijiet ġodda tajba u qaddisa fi ħdan il-Knisja u nistiednu lil kulħadd biex juża t-talb, il-vidjos u l-materjal kollu li ssibu hawn biex titolbu intom u tħajru oħrajn biex jagħmlu l-istess.