Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mattew 11: 16-19
L-Evanġelju skont San Mattew 11: 16-19
[Mt:11:16] F’dak iż-żmien Ġesu qal lin-nies: “Imma ma’ min se nxebbhu dan in-nisel? Nxebbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazez jgħajjtu lil sħabhom
[Mt:11:17] u jgħidu: ‘Daqqejnielkom il-flawt, u ma żfintux, għannejnielkom in-niket, u ma bkejtux!’
[Mt:11:18] Għax tassew, ġie Ġwanni, la jiekol u lanqas jixrob, u qegħdin jgħidu, ‘Għandu fih xitan.’
[Mt:11:19] Ġie Bin il-bniedem, jiekol u jixrob, u qegħdin jgħidu, ‘Araw, xi bniedem wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u l-midinbin.’ Imma l-għerf ta’ Alla tawh raġun l-opri tiegħu stess.”
Kummentarju u Meditazzjoni Qasira
X’għandhom x’jaqsmu l-logħob tat-tfal mas-Saltna t’Alla?
It-tfal fil-parabbola ta’ Ġesu’ joħorġu ddiżappuntati għax ma jistgħu jinkludu lil ħadd biex jingħaqad mal-mużika melodjuża tagħhom. Huma jgergru li jekk idoqqu l-mużika fit-tiġijiet, ħadd ma jiżfen jew ikanta u jekk idoqqu fil-funerali, l-istess ħaġa. Dan l-abbandun min naħa tan-nies, jirifletti l-eku tal-kliem ta’ Koħelet f’kapitlu 3 vers 4: ‘Hemm żmien li tibki u żmien li tidħak. Żmien li tgħali u żmien li tiżfen.’
Kliem Ġesu’ rigward is-Saltna t’Alla huwa bxara t’aħbar tajba u ta’ ferħ kbir għal dawk li tassew iridu jisimgħu, imma marbuta magħha hemm twissija għal dawk li jirrifjutaw. Għaliex il-messaġġ ta’ Ġwanni l-Battista u ta’ Ġesu’ ġew opponuti u waqgħu fuq widnejn torox? Kien minħabba l-għira u l-agħma spiritwali li l-Kittieba u l-Fariżej abbinaw il-ħajja ta’ ċaħda tal-Battista max-xitan, u t-tip ta’ ikel li kien jiekol Ġesu’ u ma’ min kien jagħmilha bħala prestiġju. Huma rrnexxielhom jiddistruġu l-pjan t’Alla għal ħajjithom għax kellhom qalbhom magħluqa għall-messaġġ ta’ Ġwanni l-Battista u issa ta’ Ġesu’.
Ħsieb għal Qalbek …
X’jista’ jagħmilna spiritwalment fid-dlam u tqal biex nisimgħu l-vuċi t’Alla?
Bħall-ġenerazzjoni ta’ żmien Ġesu’, żminijietna hu mmarkat b’indifferenza u b’xettiċiżmu b’mod speċjali rigward l-affarijiet t’Alla. L-indifferenza toqtol is-smigħ għall-Kelma t’Alla u għall-aħbar tajba tal-Evanġelju. Hi biss il-qalb ta’ dawk li huma umli li ssib il-ferħ f’ħajja ta’ grazzja u barka fil-Mulej.
U int sibtu dan it-teżor f’ħajtek? Jekk għad le, duq u tara kemm hu tajjeb il-Mulej u kemm ħdejh ma joqgħod l-ebda ġid ieħor.
Itlob …
Mulej, iftaħli l-widnejn ta’ qalbi biex jien nisma’ l-aħbar it-tajba tas-Saltna tiegħek.
Għażiża Marija, omm tiegħi tas-sema, int li qalbek kienet dejjem miftuħa għall-Kelma t’Alla u pronta biex tilqagħha bil-ferħ, itlob miegħi biex inkun libera li nħobb u nservi bil-ferħ skont it-tgħallim t’Ibnek u biex magħkom nirbaħ fuq żmien ta’ niket, u magħkom ingawdi l-faraġ u l-konsolazzjoni li intom biss tafu toffruli. Ammen.