Oħroġ mill-qabar!

It-Tnejn, 20 ta’ Marzu 2017: Riflessjoni dwar Ġw 11: 1-45. (Il-5 Ħadd tar-Randan tas-Sena A) Ara t-test tagħha taħt il-vidjo ….

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Il-Paċi magħkom għeżież tiegħi, minn qalbi nilqagħkom mill-ġdid għal dal-programm ieħor ‘Ejjew Għandi.’ Kemm hi sabiħa li tkun taf li

  • anke jekk hemm min qed iwarbek fil-ħajja,
  • anke jekk hemm min qed jeskludik fil-ħajja,
  • anke jekk hemm min ċaħdek,
  • anke jekk hemm min ma jridekx u forsi dawn huma l-istess persuni li xi darba wegħduk li ħa jħobbuk.

Kemm hu sabiħ li tkun taf pero’ li hemm xi ħadd li lilek lest li ma jwarbekx, lest li jaċċettak kif int fiċ-ċirkustanza tiegħek, lest li jgħidlek: ‘ejja għandi’

  • tibqax tmur tinqered,
  • tibqax tmur tkisser ħajtek,
  • tibqax tmur tgħix fil-vojt, fil-baħħ,
  • tibqax tgħix ħajja hekk monotona,
  • tibqax tgħix ħajja bla sens,

imma ‘ejja għandi,’ u dan huwa Ġesu’ għeżież tiegħi. Dan huwa l-iskop tal-programm tagħna li aħna hekk ngħinukom bil-qalb tiltaqgħu mal-Mulej Ġesu’. Il- Kelma tiegħu hija dejjem gwida ċara għalina, għaliex? Għaliex aħna ma nistgħux noqgħodu nimxu fuq l-opinjonijiet kif jaħsibha dak u kif jaħsibha l-ieħor, anke bejnietna l-qassisin anke fil-Knisja. Aħna nimxu fuq dak li qalilna Ġesu’ għax hu biss hu l-Verita’, huwa biss huwa t-Triq, huwa biss il-Ħajja tagħna.

Nixtieq insellem lil dawk kollha għeżież tiegħi

  • li forsi għandna bżonn nisimgħu ħafna hekk din il-Kelma, dawk li jinsabu ndeċiżi fil-ħajja,
  • dawk illi mdejqin u jixtiequ jagħmlu xi ħaġa ġdida fil-ħajja tagħhom,
  • dawk li ilhom itellgħu jniżlu biex jibdlu l-lifestyle ta’ ħajjithom imma għandhom bżonn daqsxejn l-aħħar imbuttatura forsi dal-programm ikun jista’ jgħinnek biex tagħmel dan,
  • dawk illi ħafna drabi jkunu qed jiġru f’qalbhom ħafna affarijiet jibdew jaħsbu, jirriflettu, imma ma jkollhomx il-kuraġġ li jitkellmu, li jagħmlu l-pass.

Dan huwa mument ukoll għeżież tiegħi meta il-Mulej qed jgħidilna: ‘Ejjew għandi’ ħa jtina d-dawl fuq id-deċiżjonijiet li għandna bżonn nieħdu.

Illum il-Kelma għeżież tiegħi li se tiggwidana u tmexxina hija r-rakkont tal-qawmien mill-imwiet ta’ Lazzru. Jekk għandkom il-Vanġelu ħdejkom u kemm jista’ jkun inħeġġiġkom li jkollkom il-Vanġelu ħdejkom, sibu l-Vanġelu ta’ San Ġwann li huwa r-raba’ Vanġelu kapitlu 11 u hawn hekk għandna r-rakkont ta’ meta Ġesu’ qajjem lil-Lazzru mill-mewt. Rakkont illi żgur smajnieh, rajnieh ġo films li jitrattaw il-ħajja ta’ Ġesu’ eċċ… Ġrajja li fil-bidu tal-Knisja kienet tintuża anke bħala parti mill-mixja tal-Katekumenat bi tħejjija anke għall-Magħmudija, għaliex il-grazzja tal-Magħmudija lilna tagħtina qawmien ġdid. Kristu jirxuxtana, Kristu jqajjimna mill-mewt tad-dnub tagħna kif jagħmel lil-Lazzru illi jqajmu mill-mewt. Imma qabel ma nirriflettu daqsxejn ftit fuq din il-ġrajja ħa naqraw daqsxejn biċċiet minna għaliex hija twila ħafna u mhux se naqrawha kollha fil-programm imma nieħdu spunti minn hemm u minn hawn, u naraw anke dawn fuq kollox xi jfissru għall-mixja tal-ħajja tagħna.

Kien hemm wieħed marid, Lazzru minn Betanja, ir-raħal ta’ Marija u oħtha Marta. Marija kienet dik li dilket il-Mulej b’żejt ifuħ u xxuttatlu riġlejh b’xuxitha; u Lazzru, il-marid, kien ħuha. Iż-żewġ nisa bagħtu jgħidu lil Ġesù: “Mulej, ara, ħabibek marid.” Meta sama’ l-aħbar Ġesù qal: “Din mhijiex marda tal-mewt, iżda hi għall-glorja ta’ Alla, biex biha tingħata glorja lill-Iben ta’ Alla.” Ġesù kien iħobbhom lil Marta u lil oħtha u lil Lazzru. Meta sama’ li dan marad, baqa’ jumejn oħra fejn kien, u mbagħad qal lid-dixxipli: “Ejjew nerġgħu mmorru l-Lhudija.” Qalulu d-dixxipli: “Rabbi, il-Lhud għadhom kemm kienu qegħdin ifittxu li jħaġġruk, u int rieġa’ sejjer hemm?” Weġibhom Ġesù: “Mhux tnax-il siegħa fiha l-ġurnata? Sakemm wieħed jimxi binhar, ma jitfixkilx, għax ikun qiegħed jara d-dawl ta’ din id-dinja. Imma jekk jimxi billejl, jitfixkel, għax ma jkollux dawl.” Qalilhom hekk, u mbagħad issokta jgħidilhom: “Ħabibna Lazzru rieqed; iżda ħa mmur u nqajmu.”

Ħbieb tiegħi, il-bidu ta’ din il-ġrajja fiha dettalji li huma sbieħ u xokkanti fl-istess ħin. Id-dettalji sbieħ x’inhuma? Id-dettalji sbieħ huma illi Ġesu’ Number 1 għandu din il-familja li huma ħbieb tiegħu, Marija, Marta u Lazzru. Dawn it-tlett aħwa illi bħala familja jgħixu f’Betanja, Ġesu’ hu ħabib tagħhom u jidher li kien imur għandhom diversi drabi meta jkun għaddej minn hemmhekk. U din hija l-ewwel ħaġa sabiħa għeżież tiegħi li għandna. Ġesu’ jrid ikun ħabib tal-familja tagħna, mhux biss tiegħi personali imma tal-familja tiegħi u rridu nagħmlu mistoqsija.

  • Aħna lil Ġesu’ għadna nħalluh ikun ħabib tal-familja tagħna?
  • Ġesu’ x’post għandu fil-familji tagħna?
  • Għadna nitolbu flimkien bħala familja?
  • Qed insibu dawk il-mumenti fejn indaħħlu verament il-preżenza t’Alla bejnietna?

Anke jekk ir-risposta hija, iva nħeġġiġkom biex tibqgħu ma taqgħtux qalbkom, jekk ir-risposta hija le wkoll ngħidilkom taqtgħux qalbkom, għaliex il-Mulej xorta jibqa’ jħabbat, xorta jixtieq jiġi. Forsi llum huwa ċ-ċans biex nibdew għeżież tiegħi.

Hawnhekk għadna dettal ieħor illi jenfasizza illi Ġesu’ lil-Lazzru kien iħobbu! Kien iħobbu; illi dal-persuna li huwa marid Ġesu’ kien iħobbu. Minkejja li kien iħobbu, Lazzru xorta jimrad u ħa naraw eventwalment Lazzru jmut bil-marda li kellu għeżież tiegħi. Imma l-Vanġelu jagħmililna ċar li kien iħobbu u din kemm għandna bżonnha għeżież tiegħi, aħna li xi drabi forsi nagħmlu mistoqsija: ‘Imma lili Alla jħobbni? jekk Alla jħobbni kif ippermetta l-mewt, il-mard, it-tbatija fil-ħajja tiegħi, dawn iċ-ċirkustanzi? U hawnhekk għandna għeżież tiegħi din l-affermazzjoni li aħna għandna bżonn induru tant lejha, li aħna ma neħlux maċ-ċirkustanzi tal-ħajja tagħna, imma m’Alla li huwa wisq akbar minnhom u jkollna l-konvinzjoni li aħna maħbuba minn Ġesu’ anke fiċ-ċirkustanzi kollha tagħna.

Ħaġ’oħra illi għandna sabiħa f’dal-Vanġelu għal dawn id-dettalji tal-bidu hija li Ġesu’ lill-appostli jgħidilhom: ‘Ħabibna Lazzru’, ċioe’ dan Lazzru ma kienx biss il-ħabib u l-maħbub ta’ Ġesu’, imma għaliex Lazzru kien ħabib ta’ Ġesu’ u l-appostli kienu ma’ Ġesu’ Lazzru jsir anke l-ħabib tagħhom u dina kemm għandna bżonnha nisimgħuha għeżież tiegħi. Aħna b’mod speċjali li aħna madwar Ġesu’, aħna s-saċerdoti, reliġjużi, nies tal-għaqdiet u l-movimenti, kull min imur il-Knisja għeżież tiegħi l-ħbieb ta’ Ġesu’ jridu jsiru l-ħbieb tagħna. Kemm għandna bżonnha din il-Kelma, il-ħbieb ta’ Ġesu’, il-maħbubin ta’ Ġesu’ jridu jsiru l-maħbubin tagħna, iridu jsiru l-ħbieb tagħna. U min huma l-maħbubin ta’ Ġesu’?

Għeżież tiegħi l-maħbubin ta’ Ġesu’ tafu min huma? Il-morda, il-priġunieri, ir-refuġjati, il-prostituti, l-idrogati, min qed jgħix f’sitwazzjonijiet anke fejn kisser iż-żwieġ u l-familja, dawn huma l-ħbieb ta’ Ġesu’. Min hu vittma ta’ dawn iċ-ċirkustanzi kollha u qiegħed ibati, dawn kollha huma ħbieb ta’ Ġesu’. Min f’għajnejna huwa injorant u ta’ bla skola, min jagħmel forsi l-iktar xogħol baxx f’għajnejna. Dawn huma n-nies li Kristu tant kien jagħmilha magħhom għeżież tiegħi. Min saħansitra jista’ jidher fejn naf jien mhux qed jgħix skont il-qalb t’Alla. Dawn huma l-ħbieb ta’ Kristu. Ċertament kulħadd hu l-ħabib ta’ Ġesu’ ta, imma l-Mulej għandu soft spot għad-dgħajjef u l-batut u aħna lkoll dgħajfin u batuti ta jew f’ħaġa jew f’oħra, jiġifieri aħna lkoll l-ħbieb tiegħu għax tista’ tkun l-aktar persuna sinjura u mhux fqira pero’ għandek il-vojt fil-ħajja tiegħek. Inti persuna sinjura u tberbaq il-flus u għandek il-joyts u għandek il-villel u għandek issiefer u ma nafx kemm u għandek kumpaniji fid-dinja kollha e pure’ mbagħad fil-qalb tiegħek int persuna vojta ma għandekx il-ferħ, imkisser, imjassar ta’ dawn iċ-ċirkustanzi tiegħek stess. Kissirt il-familja bir-rebgħa għall-flus li għandek, iġifieri ħbieb tiegħi min għandu ħaġa u min għandu oħra, imma l-punt hawnhekk dawn huma l-ħbieb ta’ Ġesu’, pero’ huma l-ħbieb tiegħi jien li qed nimxi wara Ġesu’? Għax jista’ jkun li dil-Kelma llum lili trid twessgħali qalbi, din il-Kelma lili trid tikkonvertini ftit, dil-Kelma lili trid verament tbiddilli l-lifestyle tiegħi, illi forsi rrid nagħmel għażliet ġodda, illi dawn il-persuni illi forsi qtajt barra minn ħajti, imma għax huma l-ħbieb ta’ Kristu jibdew isiru l-ħbieb tiegħi. Aħna verament hekk? Irridu nagħmluha bis-serjeta’ dil-mistoqsija. Jew aħna elitisti nagħżlu tal-elite? Min huwa fiċ-ċirku tiegħi u min le. Għeżież tiegħi biex nimxu wara l-Mulej kull min hu ħabib ta’ Ġesu’, jrid isir ħabib tiegħi.

Dawn huma l-affarijiet sbieħ li għandna fil-bidu tal-Vanġelu pero’ mbagħad għandna dettal wieħed li jista’ jħawwadna, jiskonċertana. Iġifieri dan Ġesu’ jħobb daqshekk lil dan Lazzru jgħidulu ħa jmut u ma jmurx mal-ewwel jarah, iħalli mmut biex imur? Dan huwa dettal illi quddiem dan kollu jista’ jħawwadna. Iġifieri l-Vanġelu jgħidilna dawn l-affarijiet kollha sbieħ imbagħad donnu ma nistgħux nifhmu. Dan Lazzru ħabibek li int tħobb qed nibgħatu għalik, qed ngħidulek li ħa jmut, marid u ma tmurx u tħallih imut… Aħna fil-ħajja tagħna xi drabi għeżież tiegħi jista’ jkollna din it-tip t’esperjenza anka ta’ Ġesu’ f’ħajjitna. Nemmnu ili jħobbna, uriena li jħobbna billi miet għalina fuq s-Salib imbagħad jiġu ċirkustanzi fejn donnha ma nsibuhx, mhux preżenti għalina meta l-iktar għandna bżonnu. Jekk ikollna saqajna mal-art naħseb ikollna nammettu li dan li qed ngħid huwa verita’ fil-ħajja tagħna u ma rridux niskruplaw u ngħiduha li din hija verita’. Li xi drabi qisek f’ħajtek ‘l Alla tfittxu u donnu mhux qiegħed hemm għalik, donnu mhux jisimgħek, donnu mhux jagħti kasek, u f’dal-kuntest irridu nibqgħu nemmnu xorta li Alla jħobbna għeżież tiegħi.

Lil-Lazzru l-Mulej se jaħdem, Ġesu’ se jaħdem fih b’mod illi mhux kif ridt kulħadd. Kulħadd ridt li Ġesu’ jmur u jfejjqu u jżommu milli jmut. Ġesu’ ridt jagħtih xi ħaġa ikbar, ridt jagħtih esperjenza ikbar milli kulħadd xtaq u forsi hawnhekk aħna għeżież tiegħi mhux dejjem illi aħna naqblu ma’ Ġesu’ kif jimxi fil-ħajja tagħna. Żgur kieku l-istorja tieqaf hawn Ġesu’ kien jidher ipokrita’ jgħid li jħobb u ma jagħmel xejn jew krudili jista’ jagħmel xi ħaġa u ma jagħmilix. Kieku l-istorja tieqaf hawn f’dal-Vanġelu kienet tkun vera traċedja l-fidi tagħna, imma l-istorja tkompli. L-istorja tkompli li Ġesu’ jmur u jidħol f’din il-mewt, jidħol f’din iċ-ċirkustanza iebsa għal kulħadd. Iebsa għal-Lazzru għax hu midfun, iebsa għal ħutu għax qegħdin fis-sobgħa tat-telfa ta’ ħuhom. Ġesu’ jidħol u jidħol u jkabbar lil din il-familja bil-mod il-mod fil-fidi.

Naqraw għeżież tiegħi illi Ġesu’ meta jmur jiltaqa’ ma’ Marta mbagħad jiltaqa’ ma’ Marija u jidħol fi djalogu magħhom u waħda tgħidlu kieku kont hawn ma kienx imut u Ġesu’ jgħidilha iva mhux ħa jmut u jqum u tgħidlu ee imma fl-aħħar jum u Ġesu’ jgħidilha jiena hu l-qawmien dak li qed jiġri għeżież tiegħi. Dak li qed jiġri madwar Lazzru ma għandux x’jaqsam profondament ma’ Lazzru, imma Ġesu’ qed juża diċ-ċirkustanza biex juri lilu nnifsu min hu permezz ta’ din iċ-ċirkustanza. Jekk per eżempju fil-Vanġelu li kkumentajna fil-programm ta’ qabel Ġesu’ juri li hu d-dawl billi lil wieħed għami jagħtih id-dawl, Ġesu’ issa ħa jurina li huwa l-qawmien u l-ħajja billi l-persuna mejta sejjer jirxuxtaha u allura Ġesu’ hawnhekk it-tagħlima kollha li jrid jagħtina huwa li hu l-Ħajja vera tagħna, imma dan jasal għaliha fi djalogu ma’ Marta u Marija għeżież tiegħi.

Il-veritajiet li l-Mulej irid jagħtina f’ħajjitna jrid jagħtihomlna fi djalogu magħna, f’sens ta’ mixja anke aħna naslu f’dawn iċ-ċirkustanzi, naslu li l-Mulej irid ikun il-ħajja vera tiegħi u nafdah li anke jekk s’issa ma għamel xejn se jagħmel xi ħaġa,

  • dan fi djalogu,
  • f’mixja ta’ talb,
  • f’mixja mal-Kelma t’Alla,
  • f’mixja ta’ Katakeżi,
  • f’mixja fil-Knisja,
  • f’mixja mall-aħwa f’Komunita’,

ma nagħmilhiex fl-ajru għeżież tiegħi. Ġesu’ hekk jagħmel u wara li għamel dan id-djalogu, Ġesu’ għeżież tiegħi jiġri illi jasal għal dak il-mument biex iqajjem lil-Lazzru mil-mewt. U kif iseħħ dan għeżież tiegħi? Ħa naqraw silta oħra minn dan ir-rakkont.

Ġesù ħass ruħu mqanqal għal darb’ oħra u resaq lejn il-qabar. Dan kien għar magħluq bi blata fuqu. Ġesù qal: “Neħħu l-blata.” Marta, oħt il-mejjet, qaltlu: “Mulej, issa beda jrejjaħ; ġa ilu erbat ijiem mejjet.” Qalilha Ġesù: “Ma għedtlikx li jekk inti temmen, tara l-glorja ta’ Alla?” Imbagħad neħħew il-blata.

Mela Ġesu’ għeżież tiegħi l-ewwel ħaġa li sejjer jgħidilhom huwa biex ineħħu l-blata. Ġesu’ lil dan Lazzru ħa jqajmu, pero’ ta’ madwaru kellhom bżonn jgħinu fil-proċess anke tal-qawmien. M’humiex huma li se jqajmu lil-Lazzru, Lazzru ħa jqum biss bil-qawwa tal-Kelma ta’ Kristu imma ta’ madwaru u din hija simboliku tagħna tal-Knisja kif irridu ngħinu lil Ġesu’ jqajjem in-nies mill-mewt tagħhom illum il-ġurnata, mill-mewt tad-dnub, mis-sitwazzjonijiet iebsa li nkunu fihom. L-ewwel ħaġa li jgħidilna: ‘neħħu l-blata.’ Ibdew neħħu l-ostakli ta’ barra biex meta dil-persuna tqum tkun tista’ toħroġ mill-qabar. U aħna rridu naraw x’inhuma l-ostakli, xi drabi anke l-ostakli li jista’ jkollna fil-Knisja, jista’ jkollna l-blat fil-Knisja, il-persuna li tixtieq tirxoxta, il-persuna li l-Mulej qed jagħtiha l-grazzja li tirxoxta ssib l-ostakli fil-Knisja stess biex ma tkunx tista’ tirxoxta biex jekk tqum ma tkunx tista’ toħroġ mill-qabar tal-ħajja tagħha. Allura Ġesu’ qed jitlob lilna neħħu din il-ġebla mill-qabar għeżież tiegħi biex in-nies jistgħu joħorġu mill-qabar.

U aħna rridu nistaqsu anke lilna nnfusna, aħna li qegħdin nimxu wara Ġesu’ x’inhuma dawn l-ostakli li ġieli aħna stess nagħmlu għal nies biex joħorġu mill-oqbra tagħhom? Biex iqumu mill-ġdid fil-ħajja tagħhom? X’inhuma dawn l-ostakli? Jista’ jkun il-ġudizzju tagħna l-ostaklu li jixtiequ jersqu imma jħossuhom iġġudikati minna. Jista’ jkun li jħossuhom mhux aċċettati minna fil-verita’ anke bid-diffikultajiet li issa daħlu fihom uħud minnhom diffiċli biex tirranġahom fil-ħajja, u jsibu bibien magħluqa minn naħa tagħna ħbieb tiegħi jew inkunu żorri, jew ma nagħtux ċans, jew niġġudikaw, jew Bumm! L-attirudin tagħna tkun mill-ewwel il-ġebla mhux ineħħuha imma nerġgħu ntemmuha ma’ wiċċ dak li jkun. Noqgħodu attenti ħbieb tiegħi Ġesu’ qed jgħidilna biex ineħħu l-ġebla tal-qabar.

Imbagħad għeżież tiegħi Ġesu’ x’jagħmel? Ġesu’ jitlob, idur lejn il-Missier u jgħidlu: ‘Inroddlok ħajr li smajtni, kont naf li inti dejjem tismagħni imma għedt dan minħabba n-nies li hawn madwari biex huma jemmnu; li inti bgħattni.’

Mela l-ewwel jgħidilhom biex ineħħu l-blata, imbagħad huwa jitlob. Hawnhekk jurina għeżież tiegħi li anke jidħol fi djalogu mal-Missier. Ġesu’ jurina għeżież tiegħi li biex anke llum il-ġurnata fil-Knisja rrid ikun hemm min qed ineħħi l-blata, ikun hemm min qed jitlob. Hawnhekk nixtieq li napprezzaw il-kontemplattivi, il-monasteri, is-sorijiet tal-klawsura li għandna anke fid-djoċesi tagħna għeżież tiegħi, f’Malta u f’Għawdex. Nies illi huma qishom bħal Ġesu’ illi qegħdin jitolbu, qed jitkellmu kontinwament mal-Missier li jitolbuh jagħmel dawn il-mirakli, jagħti dawn il-grazzji ta’ fejqan, ta’ konverżjoni, ta’ nies illi forsi tbegħdu daqshekk minn Alla qegħdin fil-mewt tad-dnub fil-ħajja tagħhom biex jirxuxtaw. Kemm hi sabiħa għeżież tiegħi, araw għandna dawn l-elementi min ħa jneħħi l-blata, min qiegħed jitlob ee. Dak li qed jiġri nistgħu nkunu lkoll kemm aħna parti minnu.

Imbagħad Ġesu’ jagħti l-Kelma kif qal hekk għajjat b’leħen għoli ‘Lazzru oħroġ!’ Il-mument anke tal-predikazzjoni, il-mument li l-Kelma xi ħadd li qed iwassal il-Kelma. Mela min qed ineħħi l-blata, min qiegħed jitlob, min qiegħed jippriedka, min qed jagħti l-Kelma.

Dawn kollha għandna bżonnhom għeżież tiegħi sabiex min qed jgħix f’sitwazzjoni bħal Lazzru li huwa mejjet għax maqtugħ mill-ħajja t’Alla, dawn huma l-affarijiet kollha li għandna bżonn biex persuna tista’ terġa’ tiġi lura. Għandna bżonn min ixandrilna l-Kelma anke aħna fil-ħajja tagħna ħbieb tiegħi jekk tħossok li inti għaddej minn sitwazzjoni li ma tistax tinqala’ minna, isma’ l-Kelma t’Alla x’għandha x’tgħidlek għax dik għandha l-qawwa li tqajjmek mill-mewt. Lazzru jqum mill-mewt b’Kelma li Ġesu’ jgħidlu: ‘Lazzru, oħroġ!’ u din il-Kelma l-ewwel ħaġa hija personali. Ġesu’ jkellmu b’ismu Lazzru! Il-Kelma li l-Mulej irid jagħti lilek personali Hayden, Joe, Mary, Bjorn. Lilek irid jagħtiha, il-Kelma b’ismek għax il-Mulej jafek hija relazzjoni personali miegħek fiċ-ċirkustanzi konkretti tiegħek li l-Mulej irid jidħol u jrid jgħidha lilek personali.

Forsi bħalissa int qed tħoss il-Mulej anke b’dal-programm qed ikellem lilek personali u lilek qed jgħidlek: ‘Oħroġ!’ Mela hija Kelma personali u hija kmand. Hija kmand li jpoġġik f’movument biex inti tiċċaqlaq, tinqala’. Hija Kelma li se ttik il-qawwa li tagħmel dak li qed tgħidlek qed tgħidlu Oħroġ u Lazzru se joħroġ. Il-Kelma li Ġesu’ jgħid iseħħ ma tagħmilx xi ħaġa differenti imma tagħmel dak li Ġesu’ qal. Ma qallux orqod, ma qallux oqgħod ħu ngħasa ħelwa mbagħad qum. Qallu Oħroġ u Lazzru kif ħa naraw joħroġ. U ‘l dak li kien mejjet ħareġ b’idejh u riġlejh infaxxati u b’maktur ma’ wiċċu.

Imbagħad għandna ħaġ’oħra Ġesu’ qallhom ‘Ħollulu l-faxex u ħalluh imur.’ Aħna għeżież tiegħi meta rajna li hemm

  • min irid ineħħi l-ġebla tal-qabar, ineħħi l-ostakli,
  • min irid ikun bħal Ġesu’ jitlob,
  • min irid ikun bħal Ġesu’ jippriedka jagħti l-Kelma
  • u min irid ikun bħal dawn in-nies li jneħħu l-faxxex.

Ċioe’ l-ġebla tal-qabar hija l-ostaklu ta’ barra, il-faxxex huma l-ostakli ta’ ġewwa li aħna jista’ jkollna fil-mixja tagħna u għandna bżonn anke wara li nirxuxtaw, anke wara li Ġesu’ jqajjimna mill-mewt, wara li Ġesu’ jagħtina ħajja ġdida mhux biżżejjed tgħid: ‘jien għamilt esperjenza t’Alla, ġejt laqgħa ‘ejjew għandi, ikkonvertejt, mort Prayer meeting u sibt lil Ġesu’ mill-ġdid, imma issa l-faxxex il-problema ta’ ġewwa fik, il-passat li jista’ jkollok, l-irbit li int jista’ jkollok, dan huwa rruxtat u nfaxxat. Hemm bżonn min ineħħilek il-faxxex bil-mod ‘il mod u hawn min jista’ jkollu din il-missjoni illi jkompli jħoll il-faxxex.

Meta Alla jibda jaħdem fik int għadek m’intix lest ta, meta tibda timxi mhux lestejt, mhux għax għamilt esperjenza waħda t’Alla għax mort darba l-Quddies, erġajt mort darba Qrar iġifieri issa missejna s-sema b’idejna l-proċess tagħna lest. Le! Kemm għad hemm faxxex illi rridu nħolluhom u ma nistgħux inħolluhom waħedna dawn il-faxxex minn ħajjitna, ħaddieħor irid iħollhomlna. Lazzru kien hemm bżonn in-nies iħollulu dawn il-faxxex għeżież tiegħi u din hija ħaġa sabiħa. Hija ħaġa sabiħa li aħna nagħtu dan is-servizz lil xulxin.

  • Xi drabi dawn il-faxxex jinħallu fil-Qrar meta aħna nkomplu l-mixja tagħna ta’ purifikazzjoni mid-dnub tagħna,
  • xi drabi dawn il-faxxex ineħħuhomlna nies li aħna nistgħu niftħu qalbna magħhom u ngħidulhom bl-esperjenza tagħna li għamilna ta-Mulej imma fiex għadna dgħajfa minkejja li mexjin wara Ġesu’, allura jgħinuna nneħħu l-faxxex.

U qalilhom Ġesu’ wkoll ħalluh imur. Ċioe’ tagħmluhx tagħkom dan huwa sinjal tiegħi. Ħalluh imur irid ikollna anke din l-kapaċita’ għeżież tiegħi illi hekk qegħdin ngħinu fis-Saltna t’Alla, hekk qegħdin ngħinu fil-Knisja, jekk qegħdin ngħinu nies illi jikkonvertu, jekk qegħdin ngħinu nies li jiġu lura lejn il-Mulej ma nagħmluhomx tagħna ngħinuhom ineħħu l-faxxex eċċ.. imma ħalluhom immorru, ċioe’ ħalluhom jimxu wara Ġesu’ mhux warajna. Ma jsirux dixxipli tagħna huma dixxipli ta’ Kristu u jibqgħu jgħixu l-Kelma li Ġesu’ jagħti.

Xi drabi jkollna t-tendenza li meta aħna ngħinu lil xi ħadd anke fil-Knisja, fi gruppi, f’għaqdiet, komunitajiet, movumenti, in-nies nagħmluhom dixxipli tagħna ma nħalluhomx immorru. Le! Irridu nagħmluhom dixxipli ta’ Ġesu’. Ħadd m’hu mixi warajja, ħadd m’hu mixi warajna, imma aħna nimxu lkoll wara Kristu u għeżież tiegħi anke din bħala Kattoliċi. Il-qaddisin huma dawk illi jgħinuna fil-ħajja tagħna pero’ aħna ma nimxux wara l-qaddisin tafux! Aħna nimxu wara Ġesu’, il-qaddisin warajna jimbuttawna imma Ġesu’ quddiemna huwa hu ċ-ċentru ta’ kollox.

Dawn huwa fi ftit għeżież tiegħi fil-qosor hekk il-qofol ta’ dan il-Vanġelu pero’ Ġesu’ qabel ma jqajjem lil Lazzru jiġrilu xi ħaġa. Ġesu’ jibki. Wieħed mill ftit drabi li nsibu lil Ġesu’ jibki, insibuh jibki wkoll anke fuq Ġerusalemm. Id-drabi meta Ġesu’ jibki n-nies jgħidu: ‘Ara jibki kemm kien iħobb lil Lazzru.’ Jien ma naħsibx li Ġesu’ fil-verita’ beka għaliex Lazzru miet. Ma jagħmilx sens kieku l-Vanġelu kollu kif inhu dal-Vanġelu, iġifieri jekk Ġesu’ beka għax miet għaliex ma marx mill-ewwel qabel ma miet? Ġesu’ jibki mhux għax Lazzru miet, Ġesu’ kien jaf li se jqajmu. Ġesu’ jibki għax in-nies m’emmnux li Ġesu’ kien sejjer iqajmu. Bħal ma’ Ġesu’ jibki fuq Ġerusalemm għax in-nies m’emmnux fih – irrifjutawh.

Hawnhekk Ġesu’ jgħidilhom: ‘fejn qegħedtuh?’ u n-nies jgħidulu: ‘ejja u ara’ ċioe l-istess kliem li hu nnifsu jgħid lid-dixxipli fil-bidu tal-Vanġelu, meta jgħidulu: ‘fejn tgħammar?’ Jgħidilhom: ‘ejjew u araw.’ Ċioe’ qegħdin jużaw il-kliem tiegħu stess kważi, kważi mingħajr ma huma jemmnu fih u dan hu li jweġġa’ l-qalb t’Alla għeżież tiegħi. Forsi li jweġġa’ l-qalb ta’ Alla, li Ġesu’ jista’ jibki fuq ħajti għax jiena naf il-Kelma tiegħu, mhux dawk li ma jafuhiex ta! Dawk li jħawwdu u maqtugħin… Le! jien li naf il-Kelma tiegħu pero’ ma nemminx Fih. Din tista’ tkun weġġa’ fil-qalb ta’ Kristu.

  • Tgħid Ġesu’ qed jibki fuq ħajtek?
  • Tgħid Ġesu’ qed jibki fuq il-ħajja tiegħi?

L-ewwel wieħed jien li qed nippriedka bħalissa, jien li suppost naf il-Kelma għax qed nagħtiha lilkom, imma jekk nafha u ma nemminhiex, jekk qiegħda fuq fommi imma mhix qiegħda f’qalbi, jista’ jkun li l-Mulej ixxerred demgħa u din għeżież tiegħi turina meta jkellimna bid-dmugħ f’għajnejh Ġesu’ niftakar dak li jgħid San Pawl darba minnhom meta jgħid: ‘Għedtilkom dan diversi drabi, imma issa qed intennihulkom bid-dmugħ f’għajnejja.’ Iġifieri isma’ dak li għandi xi ngħid verament huwa importanti. Id-dmugħ fuq l-għajnejn Ġesu’ huwa karba fina li jurina kemm Ġesu’ jixtieqna nemmnu.

Ħbieb tiegħi aħna għandna wisq l-idea qisu take it or leave it, wisq l-idea u hija Alla ma joqgħodx jindaħħali. Alla jħobbna ta u meta xi ħadd iħobbok ma jgħidlekx għamel li trid, iħallik tagħmel li trid iva, jħallik fil-liberta’ imma ma jixtieqekx tagħmel dak li hu ħażin. Jekk xi ħadd iħobbok mhux ħa jimponi mħabbtu fuqek imma jixtieqek li taċċetta l-imħabba tiegħu. Dan hu Alla tagħna,

  • Ġesu’ mhux xi robot,
  • Ġesu’ mhux xi bojja,
  • Ġesu’ mhux indifferenti għalina anke meta ma nemmnux u nitilquh jibqa’ jibki fuq ħajjitna.
  • Iridna nemmnu Fih, għaliex?

Għax jaf li hu biss jista’ jkun l-iskop ta’ ħajjitna,

  • hu biss jista’ jagħtina l-paċi, il-maħfra, il-fejqan,
  • hu biss jista’ jirxutana mill-ġdid,
  • hu biss jista’ jagħti l-ħajja dak li f’ħajtek tħoss illi miet.

Lesti li nafdawh b’dan il-mod?

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Qed nara!

It-Tnejn, 13 ta’ Marzu 2017: Riflessjoni dwar Ġw 9: 1-41. (Ir-4 Ħadd tar-Randan tas-Sena A) Ara t-test tagħha taħt il-vidjo ….

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Il-Paċi magħkom għeżież tiegħi nilqagħkom għal darb’oħra għal dan il-programm ‘Ejjew Għandi’, hija stedina li m’hijiex tiegħi biex tiġu għandi ċertament żgur li le! imma hija l-istedina ta’ Ġesu’ biex immorru għandu u daqskemm immorru għandu niġu anke għand xulxin, u tiġu b’mod speċjali anka għal-laqgħat li nagħmilkom stedina għalihom lejn l-aħħar ta’ kull programm.

Nixtieq insellem minn qalbi għeżież tiegħi f’dan il-mument lil dawk kollha li qegħdin isegwuna forsi dawk li anke għaddejjin daqsxejn minn żmien iebes, żmien diffiċli fil-ħajja tagħhom, forsi ma jafux fejn se jaqbdu jagħtu rashom, forsi ħadu aħbar ħażina fuq livelli differenti ta’ mard, inkwiet fil-familja, kriżijiet finanzjari, f’dan kollu għeżież tiegħi nħeġġiġkom ilkoll kemm intom sabiex qatt u ħadd minna ma jaqta’ qalbu fil-ħajja tagħna. Il-Mulej dejjem lest li jagħtina

  • dik il-Kelma li lilna ssostnina,
  • dik il-Kelma li lilna ma taqtalniex qalbna,
  • dik il-Kelma li tagħtina l-kuraġġ,
  • dik il-Kelma li tagħtina l-grazzja u l-fejqan,
  • dik il-Kelma li lilna tispirana,
  • dik il-Kelma li lilna timbuttana,
  • dik il-Kelma li lilna ċċaqlaqna minn fejn aħna biex nagħmlu l-pass li jmiss,
  • dik il-Kelma li ssir grazzja għalina biex dak li aħna m’aħniex kapaċi nagħmlu f’ħajjitna,
  • Ġesu’ jagħmlu fil-ħajja tagħna b’mod speċjali permezz tal-Kelma tiegħu.

Il-Kelma t’Alla għeżież tiegħi hija mument privileġġjat ta’ fejqan, għaliex il-Kelma t’Alla mhix xi ħaġa li tinfurmana, anke meta nkunu qegħdin naqrawha u nispjegawha mhix xi ħaġa biex tinfurmana, mhix xi ħaġa biex tgħallimna l-ewwel u qabel kollox, ċertament tgħallimna  wkoll, imma l-ewwel u qabel kollox il-Kelma t’Alla għandha xi ħaġa speċjali li twettaq fina dak li tgħid. Jekk nieħdu per eżempju r-rakkonti tal-Ħolqien Alla kif ħalaq? Bil-Kelma tiegħu, qal u seħħ. Ġesu’ kif fejjaq diversi drabi? Qal Kelma: ‘mur kun imfejjaq’ u sseħħ. ‘Mur dnubietek maħfura’ u l-maħfra sseħħ. Mela din il-Kelma meta nisimgħuha fil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu ma tkunx ittra mejta, ittra li hija ta’ piż, ittra li hija ta’ toqol għalina, ittra li ngħidu ‘isma’ kemm hu diffiċli dil-ħaġa’, meta jkollna dik ir-reazzjoni quddiem il-Kelma t’Alla għax inkunu qegħdin nilqgħuha fil-ġisem tagħna, fl-uman tagħna, imma mhux fil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. Fil-qawwa tal-Ispirtu, il-Kelma ssir realta’ ħajja li twettaq dak li tgħid u allura hija ta’ tama, allura hija ta’ kuraġġ għeżież tiegħi għax il-Mulej mhux jgħaddi minn ħdejna u jitħassarna u jħallina kif aħna, imma jrid jagħmel xi ħaġa fil-ħajja tagħna.

U f’dal-kuntest nixtieq insellem ħafna mill-qalb anke lill-priġunieri fil-friegħi kollha tal-Faċilita’ korrettiva ta’ Kordin, kemm dawk li qegħdin Kordin, kemm iż-żgħażagħ li qegħdin il-Y.O.U.R.S ġewwa l-Imtaħleb, kemm ir-residenti li jinsabu ġewwa anke ġewwa Mount Carmel fil-Faċilita’ korrettiva ta’ hemmhekk magħrufa bħala l-Forensic Unit. Insellem lill-priġunieri kollha mill-qalb, insellem il-familjari kollha tagħhom, insellem ukoll anke persuni li xi drabi huma migdumin fil-ħajja għeżież tiegħi anke minn dawn ħutna stess li qed jiskontaw dawn is-sentenzi u mumenti ta’ riabilitazzjoni, għaliex fil-ħajja rridu naraw il-faċċati differenti tas-sitwazzjoni, iġifieri daqskemm aħna ngħinu lil min żbalja, imma rridu ngħinu wkoll u napprezzaw u nkunu hemmhekk anke għal min hu vittma tal-iżbalji ta’ ħaddieħor. Għaliex fil-ħajja rridu narawha fil-kumplessita’ kollha tagħha.

Il-Kelma li llum sejrin naqraw għeżież tiegħi huwa rakkont twil u mhux ħa naqrah kollu kemm hu l-kapitlu 9 ta’ San Ġwann illi jitratta fejqan partikolari ta’ raġel illi kien agħma minn twelidu u Ġesu’ jfejqu. Din is-silta tal-Vanġelu għeżież tiegħi qabel ma naqraha nixtieq ngħid xi affarijiet żgħar fuqha, imbagħad nidħlu daqsxejn fi ftit dettalji. Hija silta li fil-Vanġelu ta’ San Ġwann insibu diversi sinjali li l-Mulej jagħmel u dawn is-sinjali San Ġwann jagħżilhom f’dan ir-raba’ Evanġelju, jagħżilhom bi ħsieb, jagħżilhom bi kriterju, jagħżilhom b’importanza. Huma sinjali illi kollha juru b’xi mod l-identita’ ta’ min hu Ġesu’ dawn is-sinjali wkoll dawn is-sinjali għandhom dejjem konsegwenzi. Iġifieri Ġesu’ jwettaq miraklu, jagħmel sinjal, il-miraklu huwa definit bħala sinjal għaliex ifisser xi ħaġa iktar minn dak li qed jiġri u dan dejjem iqajjem żewġ reazzjonijiet ta’ min jemmen u ta’ min ma jemminx u hekk ħa nsibu anke fir-rakkont tal-lum, imbagħad aħna lkoll kemm aħna rridu naraw f’liema kategorija ninsabu quddiem anke dak li Alla jrid jagħmel fil-ħajja tagħna u dak li Alla jagħmel fil-ħajja tal-Knisja u fid-dinja llum. Ħafna drabi aħna ninfirdu quddiem il-persuna ta’ Ġesu’ min jemmen u min ma jemminx hekk kien sa mill-bidu meta Ġesu’ ġie f’nofsna. Min aċċettah u min irrifjutah u l-istorja donnha tkompli anke fi żminjietna ċertament ix-xewqa ta’ Ġesu’ hija li aħna lkoll kemm aħna naċċettaw Lilu bħala l-unika Triq, l-unika Verita’ fil-ħajja tagħna.

Ejjew naraw daqsxejn ftit hekk din il-Kelma mhix ħa naqra l-kapitlu kollu, imbagħad waqt li nirrifletti nsemmi daqsxejn ftit dettalji li anke ma nkunux qrajna. Min għandu l-Vanġelu u dejjem inħeġġiġkom ikollkom il-Vanġelu magħkom, insibu kapitlu 9 ta’ San Ġwann.

Kif kien għaddej, lemaħ raġel agħma minn twelidu, u d-dixxipli tiegħu staqsewh: “Rabbi, dan twieled agħma għax dineb hu stess, jew għax dinbu l-ġenituri tiegħu?” Ġesù wieġeb: “Mhux għax dineb hu jew il-ġenituri tiegħu, imma ġralu hekk biex l-għemil ta’ Alla jidher fih. Sakemm għadu binhar, jeħtiġilna nagħmlu x-xogħol ta’ dak li bagħatni, għax jasal il-lejl meta ħadd ma jkun jista’ jaħdem. Sakemm għadni fid-dinja, jiena hu d-dawl tad-dinja.” Kif qal dan, beżaq fl-art, għamel minnu qisu tajn, u dilek bih għajnejn ir-raġel agħma. U qallu: “Mur inħasel fil-menqgħa ta’ Silwam.” Din tfisser ‘il-Mibgħut’. Mela dak mar, inħasel u ġie jara. Il-ġirien u dawk li s-soltu kienu jarawh, għax hu kien tallab, qalu: “Dan mhuwiex dak li kien joqgħod bilqiegħda jittallab?” Xi wħud qalu: “Iva, hu.” Oħrajn qalu: “Le, imma jixbhu.” Iżda hu qalilhom: “Jiena hu.” Qalulu: “Mela kif infetħulek għajnejk?” Weġibhom: “Wieħed raġel, jgħidulu Ġesù, għamel ftit tajn, dilikli għajnejja bih, u qalli, ‘Mur fis-Silwam u nħasel hemm.’ Mort, inħsilt, u ġejt nara.” Qalulu: “Fejn huwa dan ir-raġel?” Qalilhom: “Ma nafx.”

F’din l-ewwel parti għeżież tiegħi ta’ dan ir-rakkont għandna dettalji vera sbieħ, m’għandniex il-ħin nidħlu f’kollox, imma li jistgħu anke jfissru xi ħaġa għall-ħajja tagħna. L-ewwel ħaġa dan huwa Vanġelu li l-Knisja fil-bidu kienu jużawh bħala wieħed mill-katekeżijiet tagħha fil-proċess li persuna kienet se tkun mgħammda.

Għaliex? Għaliex dan ir-raġel li huwa agħma sa minn twelidu nistgħu nxebbħuh ma kull wieħed u waħda minna, illi mhux fuq jekk għandniex nuqqas ta’ dawl fiżiku qed nitkellmu, imma aħna li sa minn twelidna għeżież tiegħi nitwieldu ma nafux min hu Kristu fil-ħajja tagħna u niġu naraw min hu dan Ġesu’. Allura dan il-Vanġelu jirrappreżenta anke l-mument tal-Magħmudija tagħna għeżież tiegħi, meta aħna ma rajniex lil Ġesu’ qabel u issa qed nirċievu l-grazzja li aħna naraw lil Kristu. Infatti dan jitolbu Ġesu’ biex imur jinżel jinħasel fis-Silwam li tfisser ‘il-mibgħut’. Issa l-mibgħut vera min huwa? Il-mibgħut vera huwa Ġesu’ u allura dan huwa ġest simboliku li dan ir-raġel Ġesu’ stess jitolbu biex jagħmel biex ifisser fina x’jiġrilna meta aħna nidħlu, ninżlu, nitgħammdu, nibqgħu fi Kristu. Aħna nibdew naraw. U dina naħseb hija waħda mit-tagħlimiet kbar illi l-Kelma t’Alla qed tagħtina għeież tiegħi.

Jekk aħna rridu naraw fil-ħajja vera, irridu nkunu f’Ġesu’. Issa meta nkunu f’Ġesu’ x’naraw partikolari għeżież tiegħi? Ġesu’ lilna jtina ħarsa ġdida fil-ħajja. Ittina l-ħarsa li l-Missier għandu fuq l-umanita’. Nibdew naraw bin-nuċċali t’Alla,

  • nibdew naraw il-ħajja fid-dawl t’Alla,
  • nibda nara l-valur tiegħi fid-dawl t’Alla,
  • nibda nara Alla min hu fil-verita’ mhux l-immaġni li jiena ħlaqt t’Alla,
  • mhux min jien nixtieq li Alla hu,
  • mhux jien min noħlom li Alla hu,
  • mhux jien nivvinta min Alla hu.

Aħna għeżież tiegħi nduru dawra madwarna u diversi nies jista’ jkollhom ideat differenti ta’ min hu Alla. Min jgħid hekk u min jgħid hekk, min jgħid hekk, min jgħid ħaġa u min jgħid oħra reliġjonijiet differenti. Huwa fi Kristu biss illi aħna naraw l-immaġni vera t’Alla u ‘l Alla narawh bħala Missier, Iben, Spirtu s-Santu, Trinita’ Qaddisa.

Naraw għeżież tiegħi meta nkunu fi Kristu nirċievu l-grazzja tiegħu fil-ħajja tagħna, inħalluh ineħħi l-għama tagħna, naraw il-bniedem kif inhu għeżież tiegħi. U l-bniedem narawh bħala

  • dak li huwa miġruħ bid-dnub,
  • dak li huwa dgħajjef bid-dnub
  • imma dak li huwa fl-istess ħin maħbub minn Alla.

Il-bniedem naraw dak li huwa fl-istess ħin

  • kapaċi jagħmel tant ġid u kapaċi jagħmel tant deni,
  • kapaċi jgħin tant nies u kapaċi jkisser tant nies,
  • kapaċi joħloq affarijiet għall-ġid u joħloq affarijiet biex jeqred persuni oħrajn.

Naraw il-bniedem f’dil-kumplessita’ tiegħu, imma naraw li dan Alla huwa Missier li jħobb il-bniedem f’din id-dgħjufija u fid-dnub tiegħu. Naraw li Alla tant iħobb id-dinja, tant iħobbu l-bniedem, tant iħobbha l-umanita’ illi bgħatt lil Ibnu l-waħdieni biex kull min jemmen f’Ġesu’ ma jintilifx imma jkollu l-ħajja ta’ dejjem.

Għalhekk il-Mulej arah meta nkunu fih naraw il-viżjoni t’Alla differenti, naraw il-viżjoni tagħna ta’ xulxin differenti. Nibda nara anke lili nnifsi differenti u kemm għandna bżonn inħallu lill-Mulej jagħtina dan id-dawl fuqna nfusna wkoll differenti għaliex ħafna minna aħna

  • nqbadna fid-diskors tal-passat,
  • f’dak li xi darba qal ħaddieħor dwari,
  • qaluli li jiena m’inix kapaċi,
  • qaluli li m’inix tajjeb,
  • qaluli li jiena qatt ma nirnexxi,
  • qaluli li jiena ħażin wisq,
  • dejjem ifakkruni fid-dgħjufijiet tiegħi,
  • fil-passat tiegħi,
  • fid-dnubiet tiegħi,
  • fl-iżbalji li jien għamilt

u int tibda tħares lejk innifsek propju mill-iżbalji tiegħek u tgħaqqad lilek innifsek ma’ dak l-iżball kważi int issir l-iżball, inti ssir id-dnub.

Mhux inti għamilt id-dnub, inti ssir id-dnub, inti ssir dik d-dgħjufija tiegħek mhux li għamilt dik id-dgħjufija. Jekk inti qtilt jgħidulek qattiel, jekk int sraqt jgħidulek ħalliel, jekk tieħu d-droga jgħidulek Drug addict. Ċioe’ inti tiġi magħġun ma’ din is-sitwazzjoni, imma quddiem Alla aħna m’aħniex hekk. Alla ma jgħidx dan Drug addict, dan qattiel, dan ħalliel, dan ma nafx min. Alla jgħid dan ibni, din binti, bl-iżbalji kollha tagħna maħbubin tiegħi. U allura fi Kristu aħna rridu nirċievu mill-ġdid id-dawl ġdid fuqna nfusna.

Ħbieb, il-Mulej jagħtina dawl ġdid fuqna nfusna u kemm għandna bżonnu dan. Minn qalbi ngħidilkom fis-sempliċita’ ma nixtieqx il-Vanġelu nikkumplikawh, il-Kelma t’Alla nikkumplikawha, imma nidħlu fis-sempliċita’ tagħha. Id-dawl ġdid li Mulej irid jagħtik dwarek kemm nixtieqek li tieħdu. Kemm nixtieqek ikollok il-konvinzjoni fil-qalb tiegħek,

  • li int min int,
  • għamilt x’għamilt,
  • kont x’kont,
  • qiegħed fejn qiegħed issa fil-ħajja tiegħek,

il-Mulej iħares lejk u jgħidlek int ibni, int binti. Il-Mulej lilek ma jagħmlekx ħaġa waħda mad-dnub tiegħek, int ikbar mill-iżbalji li stajt għamilt fil-ħajja tiegħek. U din hija s-sbuħija li aħna naraw mill-ġdid forsi qatt ma rajthom dawn l-affarijiet, ħassejtek bħal dan ir-raġel li kont agħma minn twelidek. Qatt ma stajt taraha din l-verita’ forsi issa huwa l-mument li l-Mulej b’din il-Kelma qed jurik din il-verita’, forsi dejjem emmint dak li qalulek fin-negattiv fil-ħajja tiegħek imma m’emmintx dak li Alla jgħid dwarek, kif Alla jħares lejk u allura importanti maħbubin tiegħi, illi aħna rridu nħallu l-Mulej jneħħilna dan l-għama li forsi twelidna bih jew forsi ilna snin twal.

Dan għeżież tiegħi minkejja li jirċievi din il-grazzja, dal-miraklu, das-sinjal li kien agħma u ġie jara, imma lil Ġesu’ kien għadu ma jafux. Fil-fatti meta jgħidulu min huwa? Weġibhom ‘Wieħed raġel jgħidulu Ġesu’. Agħmilli ftit tajn, dilikli għajnejja u qalli: ‘mur inħasel fis-Silwam.’ Meta qalulu: ‘Fejn hu dan ir-raġel?’ qalilhom: ‘Ma nafx.’ Iġifieri dan għamel Ġesu’ daħal fil-ħajja tiegħu b’ħafna mħabba, b’ħafna ħniena anke jekk dan ir-raġel kien għadu ma jafx min hu Ġesu’. Hija ħafna interessanti għeżież tiegħi, illi f’dal-Vanġelu dar-raġel ma għandux xi fidi kbira ta’ barra minn hawn u jaf eżattament, teoloġikament, skont il-kredu tal-Knisja, skont il-Kelma t’Alla, eżattament min hu Kristu. Le, għeżież tiegħi lanqas jaf la jaf min hu dan Ġesu’, la jaf fejn joqgħod dan Ġesu’, ma tantx jaf dwaru. Jaf biss imma li ltaqa’ miegħu u fejqu, ċioe’ dar-raġel forsi ma għandux l-għarfien teoloġiku sħiħ tal-identita’ ta’ Kristu pero’ jaf xi ħaġa ħafna importanti dwar dan Kristu, li dan Kristu fejqu.

Ħbieb tiegħi jien nixtieq nagħmlilkom ħafna kuraġġ. M’hemm għalfejn tħossok li trid tkun taf it-tagħlim kollu tal-Knisja, trid tkun taf il-Bibbja kollha minn naħa għall-oħra biex tibda tagħmel esperjenza ta’ Kristu fil-ħajja tiegħek biex Ġesu’ jiltaqa’ miegħek. Le, ħbieb tiegħi Ġesu’ ġie jiltaqa’ magħna fiċ-ċirkustanzi konkretti tal-ħajja tagħna, fid-dnubiet konkretti ta’ ħajjitna, fl-iżbalji konkretti ta’ ħajjitna, fid-dlam li aħna nkunu fih ħalli hemm hekk jiġi jagħtina d-dawl, anke jekk bil-mod ‘il mod insiru nafu lilu wara. U allura nixtieq nagħmlilkom ħafna kuraġġ anke jekk tħossok ‘isma’ jien li qed ngħix f’din is-sitwazzjoni? Lili l-Mulej irid ikellem? Miegħi jrid jiġi jiltaqa’? Lili jrid jagħtini d-dawl? Iva, lilek u noqgħodu attenti li aħna ma naqilbux l-affarijiet. Mhux l-ewwel trid tkun taf kollox dwar Ġesu’ biex tibda verament tesperjenza lil Ġesu’, m’hijiex hekk. Fil-Vanġelu bil-maqlub hija l-esperjenza ta’ Ġesu’ li twassal biex nagħrfu aktar lil Ġesu’ min hu għeżież tiegħi u allura nagħmlu kuraġġ kbir.

Dan ir-raġel għeżież tiegħi meta jfieq ikollu mhux biss se jkollu jaffronta anke min hu Ġesu’, imma ħa jkollu anke jaffronta mal-oħrajn l-identita’ tiegħu min huwa hu. Għaliex ħafna qalu: Hu? Oħrajn qalu: ‘Le wieħed jixbhu ta’ dana’ u kellu jgħidilhom: ‘Le, jiena hu.’ U din kemm hi sabiħa għeżież tiegħi, illi meta aħna Ġesu’ jidħol fil-ħajja tagħna u Ġesu’ jibdilna, u Ġesu’ għadu jibdel nies li qed jgħixu fid-dlam. Tista’ tkun l-ikbar kriminal u Ġesu’ jidħol f’ħajtek u jaqliblek ħajtek ta’ taħt fuq ittik id-dawl. Tibżax! Wara tgħid: ‘Iva jiena hu. Jiena dak li qabel kont fl-iżball imma issa m’għadniex. Jiena dak li qabel kont kif jgħid San Pawl: ‘Jiena li kont persekutur, dgħaj. Kont nidgħi qabel, kont neħodha kontra Kristu. Jiena hu dak imma issa ma għadniex.’ Kemm hi sabiħa li dan ir-raġel ma baqax lura għeżież tiegħi. Meta bdew jistaqsu fuq il-passat tiegħu qalhom: ‘Le jiena hu, jiena hekk kont. Jiena dak li kont agħma.’ U din hija kbira għeżież tiegħi wkoll, ħbieb tiegħi illi dan qed jgħidha n-nies li qabel qatt ma rahom għax kien agħmi għeżież tiegħi.

Bħalma aħna jistgħu jkollna bżonn nagħtu x-xhieda tagħna ta’ dak li Alla għamel magħna man-nies li aħna ma nafuhomx imma għandhom bżonn ix-xhieda tagħna, mhux bilfors ħa jilqgħawha kif ħa jiġri anke lil dan ir-raġel pero’ ma beżax jgħid il-Mulej x’għamel miegħu, u din kemm għandna bżonnha fi żminijietna għeżież tiegħi. Illum jiena nara lil Ġesu’ jagħmel ħwejjeġ kbar fi żminijietna għeżież tiegħi fuq kull livell ifejjaq, jeħles, jagħti tama ġdida, jaħfer, pero’ kemm għandna bżonn li nitkellmu fuq dawn l-esperjenzi b’mod speċjali min għamel dawn l-esperjenzi. Jitkellem dwarhom ħalli jkun xhud hu ta’ Ġesu’ llum u llum nixtieq inħeġġiġkom bħal dan ir-raġel tibżgħux tgħidu jiena hu.

  • Għiduha fuq il-Facebook,
  • għiduha fuq Twitter,
  • għiduha fil-Blogs,
  • għiduha b’ittri fil-gazzetti,
  • għiduha b’artikli,
  • għiduha billi tieħdu sehem fi programmi li jista’ jkun hemm ta’ diskussjoni,
  • tibżgħux li f’kollox, jekk Alla miss il-ħajja tiegħek tgħid: ‘Jien kont hekk u issa ma għadniex mhux bil-qawwa tiegħi, mhux għax jistħoqqli, imma bil-ħniena u bil-grazzja tiegħu.’

B’hekk nistgħu sinjal anke ta’ tama għall-oħrajn. Min jaf kemm hemm ħaddieħor illi għadda mill-esperjenza bħalek u forsi jien li jien saċerdot ma nistax nolqot il-ħajja tiegħu, imma int li kont tgħix bħalu, int tista’ tgħinu iktar, għandu bżonn jisma’ t-testimonjanza tiegħek. Milux kont f’ċirkustanza hekk fejn waħda mara li ltaqgħet mal-Mulej u qed ngħidha din għax b’mod pubbliku qalitha, qabdet u tat ix-xhieda tagħha kif kienet fil-prostituzzjoni u kif Ġesu’ qalagħha mill-prostituzzjoni meta iltqagħet miegħu fil-ħajja tagħha għeżież tiegħi. Ara, mara li tat xhieda kbira t’Alla x’inhu kapaċi jagħmel f’persuni li forsi aħna naqtgħu qalbna minnhom niġġudikawhom, nittimbrawhom, nużawhom, ninqdew bihom, narmuhom, nikkundannawhom, għeżież tiegħi u hawnhekk għandna xi ħadd li ma beżax jgħid: ‘Jiena hekk kont imma l-Mulej bidilni, jien kont fid-dlam u issa tani l-grazzja li nkun fid-dawl.’ Inħeġġiġkom għeżież tiegħi.

L-istorja ta’ dan ir-raġel tkompli illi wara l-fejqan tiegħu kellu jaffronta l-Fariżej, għaliex Ġesu’ meta fejqu kien is-Sibt u ħoloq konflitt mal-Fariżej, ovvjament Ġesu’ fejjaq is-Sibt biex juri li huwa Sid is-Sibt għax dawn il-mirakli huma sinjali li juruna lil Ġesu’ verament min huwa, imma l-Fariżej li dejjem kienu biex ngħidu hekk ras iebsa u jeħlu mal-liġijiet eċċ.. Dejjem jidħlu f’konflitt mhux ma’ Ġesu’, imma anke ma’ dawk illi Ġesu’ kien ifejjaq. Mhux l-ewwel darba insibuhom li jidħlu f’konflitt magħhom u din wkoll hija xi ħaġa li aħna jiġrilna. Xi drabi meta l-Mulej jagħmel xi ħaġa fina għeżież tiegħi, ħeqq meta tkun fid-dlam u issa qed tgħix fid-dawl biex ngħid hekk tistennhiex li kulħadd se jieħu pjaċir, tistennhiex li kulħadd ħa jċapċaplek, li kulħadd se jgħidlek il-prosit iva se jkun hemm min imma ħa jkun hemm min ħa jopponiek, se jkun hemm min jinqeda bik biex iwaqqa’ għaċ-ċajt lil Alla, il-Knisja, il-Kelma t’Alla, se jkun hemm min ma jemminx l-istess esperjenza tiegħek. Ngħaddu minna għeżież tiegħi anke minn dal-konflitt, xi drabi anke minn persekuzzjoni għal raġunijiet differenti wara li Alla jaħdem f’ħajjitna.

Ejjew nagħmlu kuraġġ! Xi drabi ssib min jgħidlek:

  • ‘Iva, iktar m’ersaqt ‘il quddiem,
  • iktar ma’ mxejt,
  • iktar ma’ bdejt nitlob,
  • iktar ma’ qed immur il-Quddies il-Ħadd,
  • iktar ma’ qed niġi l-laqgħat Fr,
  • iktar qed iduru kontra tiegħi.’

Hekk ġralu dan ħbieb tiegħi, hekk ġralu Ġesu’ wkoll. Iġifieri l’inti m’intix l-ewwel u m’intix l-aħħar persuna pero’ ma neħlux f’nofs triq. Dan ir-raġel baqa’ perseveranti anke jekk għall-mument, Ġesu’ donnu jinħeba ftit mill-mixja tiegħu u ħallih waħdu jaffronta din is-sitwazzjoni ta’ konflitt fil-fatti hekk jiġri, pero’ mbagħad naraw li lejn l-aħħar Ġesu’ mmur ifittex huwa stess lil dan ir-raġel għeżież tiegħi u Ġesu’ jitfaċċa jerġa’ u din id-darba mhux biex ifejqu fiżikament mill-agħma tiegħu; imma biex ifejqu spiritwalment biex jagħtih dawl ġdid u jurih hu min hu.

Araw daqsxejn kif tkompli dil-Kelma:

Ġesu’ sama’ li keċċewh ‘il barra.. għax dawn keċċewh ‘il barra mis-Sinagoga, Sabu u qallu: “Temmen inti f’Bin il-bniedem?” Dak wieġeb u qallu: “Min hu, Mulej, biex nemmen fih?” Qallu Ġesù: “Mhux biss rajtu, imma huwa dak stess li qiegħed ikellmek.” Qallu: “Nemmen, Mulej!” U nxteħet għarkupptejh quddiemu.

Kemm hi sabiħa! Il-Vanġelu fil-bidu jgħidilna li dan ir-raġel kien bilqiegħda jittallab. Hekk jgħidu n-nies ‘Dan mhux dak li kien bilqiegħda jittallab?’ Il-pożizzjoni tiegħu issa mhux iktar ta’ bilqiegħda jittallab, qiegħed hemmhekk mal-art. Issa jerġa’ jkun mal-art imma mhux bilqiegħda, imma għarkupptejh u mhuwiex jittallab quddiem in-nies imma qiegħed għarkupptejh jadura lil Kristu. Araw għeżież tiegħi kif anke din tista’ tkun parti mill-mixja tagħna. Int tista’ tkun bilqiegħda ċioe’ persuna li weħilit fil-ħajja tiegħek ma tistax tiċċaqlaq u dejjem titallab.

  • Titallab l-affett ta’ dik il-mara li mhix martek,
  • titallab l-affett ta’ dak ir-raġel li mhux żewġek,
  • dħalt f’adulterju u tħossok li ma tistax int tinqala’ minnu
  • taf li hemm martek, hemm żewġek id-dar imma bdiet din ir-relazzjoni,
  • dħalt fiha mqar b’chatting, internet,
  • bdejt tiftaħ qalbek ma’ xi ħadd fuq il-post tax-xogħol u ċirkustanzi oħrajn.
  • Jew id-droga hija l-affett tiegħek qiegħed bilqiegħda mwaħħal u dejjem titkarrab din id-droga u dejjem trid iktar, trid iktar.

Imma, ara dan meta Ġesu’ jagħtih id-dawl ma jibqax bilqiegħda, imma qam bilwieqfa u niżel għarkupptejh u mhux jittallab quddiem in-nies, imma issa qed jadura ‘l Alla. Araw, x’bidla sħiħa jagħmel.

  • Aħna rridu nqumu minn fejn weħilna fil-ħajja tagħna?
  • Irridu nieqfu nkunu nies tallaba?
  • Inkunu nieqfu nkunu nies għomja fejn ma narawx, ma narawx bilqiegħda nittalbu?

Hija sitwazzjoni vera jaħasra għeżież tiegħi fil-ħajja tagħna. kemm hu sabiħ li nkunu naraw għarkupptejna naduraw ‘l Alla u nsibu l-iskop tal-ħajja tagħna. Il-Vanġelu jibda għeżież tiegħi li dar-raġel mhux għax kien ħażin spiċċa f’sitwazzjoni hekk huwa jew għax għamel xi dnub ħaddieħor, imma biex l-għemil t’Alla jidher fih.

Ejjew aħna jkollna din l-attitudni wkoll anke ħaddieħor it-tort tiegħu qiegħed fiex qiegħed. Ejjew aħna ma neħlux fuq dik il-persuna għandhiex tort jew għandhiex raġun, ħawwadtx hu jew ma ħawwadx hu. Ejjew aħna niffukkaw mhux fuq x’għamel il-bniedem u x’ma għamilx imma fuq Alla xi jrid jagħmel. Ejjew aħna jkollna dil-konvinzjoni li l-Mulej irid juri l-għemil tiegħu f’ħajjitna. Alla jrid juri

  • l-kobor,
  • is-sbuħija,
  • l-imħabba,
  • il-fejqan

tiegħu fil-ħajja tagħna. Dan hu s-sabiħ tal-Kristjaneżmu għeżież tiegħi. Il-Vanġelu m’huwiex xi kundanna li niżlet mis-sema, il-Vanġelu huwa l-ħniena, il-possibilta’, iċ-ċans, il-maħfra, il-konverżjoni wkoll radikali fil-ħajja tagħna biex aħna nkunu nistgħu verament inkunu dak li Alla jridna nkunu:

  • wlied maħbuba tiegħu,
  • liberi mix-xkiel tal-passat,
  • mid-dnub,
  • mill-ħażen,
  • mill-jasar tax-xitan.

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Għadni ‘l bogħod! Imm’Alla jkellimni!

It-Tnejn, 23 ta’ Jannar 2017: Riflessjoni dwar Ġw 4: 5-42. (It-3 Ħadd tar-Randan tas-Sena A) Ara t-test tagħha taħt il-vidjo ….

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Il-paċi magħkom għeżież tiegħi, nilqagħkom għal darb’ oħra għal dan il-programm ‘Ejjew Għandi’ hija stedina li l-Mulej Ġesu’ jagħmlilna sabiex aħna min aħna, il-bieb tal-qalb t’Alla qatt mhu magħluq għal ħadd minna. Tista’ tkun l-ikbar kriminal ħabib tiegħi, tista’ l-iktar persuna li ħawwadt, tista’ tkun l-iktar persuna li qlibt id-dinja ta’ taħt fuq, il-Mulej xorta jgħidlek: ‘Ejjew Għandi.’ Ġesu’ jgħid: ‘Min jiġi għandi ma nkeċċiehx ‘il barra’, u dina ħudha kelma għalik li qed tismagħni bħalissa. Il-Mulej qalilna: ‘Min jiġi għandi ma nkeċċiehx ‘il barra.’ Ġesu’ ħbieb tiegħi qatt m’hu sejjer ikeċċi lil ħadd u ‘l ħadd u ‘l ħadd minna, mhux bilfors jgħidilna dak li nixtiequ nisimgħu, imma qatt m’hu sejjer ikeċċina.

Nixtieq nilqa’ għeżież tiegħi lil dawk kollha illi forsi għaddejjin minn żmien iebes fil-ħajja tagħkom, dawk li tgħixu waħdekom, dawk li ma tafux xi tridu fil-ħajja, dawk li anke tħossukom sejrin tajjeb, dawk li taħdmu fl-għalqa t’Alla, dawk li għandkom commitment regolari hekk li tisimgħu l-Kelma tal-Mulej, li tmorru l-Quddies, tersqu lejn il-Qrar, nilqa’ lil kulħadd maħbubin tiegħi għaliex Ġesu’ m’hu ta’ ħadd partikulari. Ġesu’ ġie għal kull bniedem u aħna s-saċerdoti rridu nkunu hemm għal kull bniedem u l-Kelma t’Alla qiegħda hemmhekk għal kull bniedem inkluż għalik li qed tismagħni, issa llum.

Illum għeżież tiegħi l-Kelma li sejrin hekk nirriflettu ftit dwarha, hija Kelma daqsxejn ftit twila u allura mhux ħa naqraha kollha għaliex tiġi daqsxejn ftit hekk fuq t-T.V naqra fit-tul. Pero’ hija s-silta illi tiġi mill-Evanġelju skont San Ġwann kapitlu 4 fejn għandna laqgħa sabiħa mmens. Laqgħa ta’ djalogu profond ħafna bejn Ġesu’ u waħda mara Samaritana. Ħa naqraw daqsxejn ftit minna, imbagħad il-bqija nirrakontaha jiena u għaddej nirrifletti.  Qegħdin naqraw San Ġwann kapitlu 4 minn vers 4 ‘il quddiem. 

Ġie f’belt tas-Samarija, jisimha Sikar, qrib il-biċċa art li Ġakobb kien ta lil ibnu Ġużeppi, fejn kien hemm ukoll il-bir ta’ Ġakobb. Kien għall-ħabta tas-sitt siegħa, u Ġesù, għajjien kif kien mill-mixi, qagħad bilqiegħda ħdejn il-bir. U ġiet mara mis-Samarija timla l-ilma. “Agħtini nixrob,” qalilha Ġesù. Id-dixxipli tiegħu kienu marru l-belt jixtru x’jieklu. Il-mara mis-Samarija qaltlu: “Kif! Inti Lhudi u titlob lili, Samaritana, biex nagħtik tixrob?” Qaltlu hekk għax il-Lhud ma jitħalltux mas-Samaritani. Ġesù weġibha: “Kieku kont taf id-don ta’ Alla u min hu dak li qiegħed jgħidlek, ‘Agħtini nixrob,’ kieku int kont titolbu, u hu kien jagħtik ilma ħaj.” Qaltlu l-mara: “Sinjur, mnejn se ġġib l-ilma ħaj jekk anqas biex timla ma għandek u l-bir huwa fond? Jaqaw int aqwa minn missierna Ġakobb li tana dan il-bir, li minnu xorob hu u wliedu u l-imrieħel tiegħu?” Weġibha Ġesù: “Kull min jixrob minn dan l-ilma jerġa’ jagħtih l-għatx; imma min jixrob mill-ilma li nagħtih jien qatt iżjed ma jkun bil-għatx. L-ilma li nagħtih jien isir fih għajn tal-ilma li jwassal sal-ħajja ta’ dejjem.” Qaltlu l-mara: “Agħtini dan l-ilma, Sinjur, biex ma jaqbadnix l-għatx, u anqas ma noqgħod ġejja u sejra hawn nimla l-ilma.”

Hekk f’din l-ewwel parti ta’ dan il-Vanġelu għeżież tiegħi, insibu mument, nixtieq neħodha fuq crude hekk kif inhi l-Kelma t’Alla għax naf illi din il-Kelma jista’ jkollha tifsiriet anke fuq livell simboliku differenti dwar min hi din il-mara, is-Samarija eċċ.. imma nixtieq neħodha fuq livell kif inhi. Mara mill-grupp soċjali reliġjuż li m’huwiex il-grupp soċjali u reliġjuż ta’ Ġesu’ tajjeb? Illi sejra tiltaqa’ ma’ Ġesu’ madwar dan il-bir, hekk storja kif inhi. Għandha tagħlima kbira x’turina għeżież tiegħi fuq ħafna livelli sempliċiment fuq dan il-livell. L-ewwel ħaġa għeżeż tiegħi ħa nduru daqsxejn ftit fuq din il-persuna. Nafu li hija mara u l-istatus tan-nisa, aħna nafu li fi żmien Ġesu’ ma kienx xi status kbir. Per eżempju mara x-xhieda tagħha lanqas biss kienet tgħodd għeżież tiegħi fi żmien Kristu, allura naraw anke Ġesu’ kemm ta dinjita’ lin-nisa. Meta per eżempju Ġesu’ jidher lill-Madalena u jitlob lilha tmur tagħti x-xhieda tiegħu lill-appostli li hu qam mill-mewt. Araw Ġesu’ liema status huwa ta lin-nisa fil-kuntest soċjali li kien jgħix.

Hija mara li Ġesu’ ħa jiltaqa’ magħha għall-ħabta ta’ nofsinhar maħbubin tiegħi. Din ħa tmur timla l-ilma u din insibuha li hija waħedha u din hija ċirkustanza partikolari għaliex normalment in-nisa kienu jmorru jiġbru l-ilma mhux waħedhom u mhux f’nofsinhar imma jmorru f’ħinijiet oħrajn fi grupp. Il-fatt li din tmur waħedha għal ħabta ta’ nofsinhar, din qed tevita lin-nies għeżież tiegħi għax hemm xi ħaġa partikolari fil-ħajja tagħha.

Hekk din il-mara hija wkoll minn dan il-grupp tas-Samaritani li mal-Lhud nafu li fuq issues reliġjużi illi ġraw fil-passat dwar taħlit ta’ żwiġijiet u popli eċċ… mhux ħa nidħol fih imma ma kienux jaraw tajjeb għajn m’għajn mal-Lhud, allura ma kienux jaqblu anke fuq il-post tal-qima, il-post fejn isir it-talb fejn tadura ‘l Alla. Din il-mara allura li hija tant differenti minn naħa l-oħra minn Ġesu’ għeżież tiegħi, anke fuq livell uman biex ngħid hekk li hija tant differenti minnu, il-backgrounds huma differenti. Ġesu’ huwa Rabbi għal-Lhud know? Ġesu’ huwa l-ben t’Alla għalina, imma Ġesu’ huwa l-Imgħallem, Ġesu’ huwa Lhudi hi Samaritana, Ġesu’ huwa raġel hi hija mara għandu status differenti. Ġesu’ huwa għajjien għeżież tiegħi, it-tnejn li huma hemm xi ħaġa pero’ li tgħaqqadhom. It-tnejn għandhom ċerta għatx għeżież tiegħi u Ġesu’ ħa jidħol fi djalogu ma’ din il-mara. Il-mara li ħa tmur bil-għatx għall-ilma, Ġesu’ li huwa għajjien u jieqaf biex jimla dan l-ilma għeżież tiegħi biex hu wkoll jixorb minn dan il-bir u allura hawn hekk għandna xi ħaġa ħafna aktar profonda. Waqt li Ġesu’ ħa jibda d-djalogu tiegħu fuq sempliċiment fuq l-ilma qed jgħidilha: ‘tini nixrob.’ Imma naraw bil-mod il-mod illi l-għatx tiegħu u l-għatx tagħha huma differenti mhumiex fuq sempliċiment tal-għatx fiżiku, imma hemm xi ħaġa iżjed profonda.

Ġesu’ huwa interessanti illi lil dil-mara se jidħol fi djalogu magħha fuq livell uman ħafna – l-għatx, l-ilma u li hu nnifsu se jpoġġi Lilu nnifsu li hu għandu bżonnha, mhux li hi għandha bżonnu, li hu għandu bżonnha; allura jgħidilha: ‘Agħtini nixrob.’ Hawnhekk għeżież tiegħi f’dawn is-sempliċi dettalji li qed ngħid naraw kif Alla jrid jidħol fil-ħajja tagħna. Ġesu’ jrid jiġi jiltaqa’ magħna fil-ħajja ta’ kuljum. Ġesu’ jrid jiġi jiltaqa’ magħna fl-għatx li aħna għandna għall-ħajja ta’ kuljum anke jekk forsi aħna ta’ grupp soċjali differenti, anke jekk forsi fejn naf jien tħossok li int ittimbrat mill-Knisja. Hawn min iħossu hekk ittimbrat mill-Knisja, issa għandux raġun jew le hi kwistjoni oħra, imma hawn min iħossu ttimbrat. Hawn min iħossu eskluż mill-Knisja nerġa’ ngħid għandekx raġun jew le kwistjoni oħra, imma hekk tħossok. Hawn min iħossu li hu maqtugħ saħansittra, jew ġie maqtugħ minn xi komunita’, minn xi għaqda, minn xi realta’ tal-Knisja għeżież tiegħi. Hawn min iħossu li huwa ħafna differenti mill-Vanġelu, mill-Knisja, minn Kristu għax jiena naħsibha, għax jiena nirraġuna hekk, għax dan hu ‘l mod kif jiena nagħmel l-affarijiet għax jiena differenti. Ġesu’ għeżież tiegħi ma jibżax jiddjaloga, ma jibżax jiltaqa’ ma’ min hu ħafna differenti minnu, u naħseb din hi tagħlima kbira illi dan il-Vanġelu jagħtina.

Ġesu’ ma jibżax jieqaf u jkun vulnerabbli hu, mhux imur jimponi lilu nnifsu ta. Ikun hu vulnerabbli, hu jiċċekken quddiem persuna oħra li hija ħafna differenti minnu. Hija differenti anke din il-persuna ħa naraw fuq il-livell ta’ dnub. Ġesu’ bil-mod il-mod lil dil-mara waqt li ħa jkellimha se juriha li isma’ dina ħames t’irġiel kellha f’ħajjitha u li għandha mhuwiex tagħha, li isma’ l-lifestyle tagħha mhuwiex skont il-qalb t’Alla. Pero’ Ġesu’ ma jiddejjaqx jiġi jiltaqa’ magħha, ma jiddejjaqx jieqaf għaliha. Dan Ġesu’ li kellu l-follol meta ‘il quddiem narawh se jitma’ n-nies bl-ikel. Ikattar il-ħobż tal-inqas kien hemm ħames t’elef raġel u l-istess Kristu li jieqaf quddiem folla ta’ ħames t’elef huwa l-istess wieħed li jieqaf għal persuna waħda. U inti llum tista’ tkun dik il-persuna waħda li Ġesu’ qed jieqaf hawn għalik. Dan il-programm għalija worth it jekk niltaqa’ miegħek biss, jekk din il-Kelma tilħaq lilek biss għax int importanti, inti validu, inti Alla jħobbok, inti Alla jrid xi ħaġa minnek, int importanti għalih anke jekk inti ħija u oħti l-iktar persuna differenti minni, anke jekk inti m’intiex tal-Knisja, anke jekk inti ma temminx f’Ġesu’ Kristu, anke jekk inti ma temminx f’Alla, anke jekk tgħidli dan li jgħid dal-Fr  huwa kollu żibel, anke jekk tgħid xi tgħid dwari u dwar il-Knisja u ma nafx min, xejn ma jista’ jżommni jekk inti trid li aħna nistgħu nitkellmu, li aħna nistgħu nkunu qrib ta’ xulxin u għalhekk l-għaxqa tiegħi li niltaqa’ magħkom mhux biss b’dawn il-mezzi imma anke one to one, face to face ħafna minnkom li tiġu għal-laqgħat jew appuntamenti eċċ…

Il-Mulej ma jibżax, il-Mulej irid għaliex? għax l-imħabba ssuqu biex jiltaqa’ magħna li aħna differenti. Aħna għandna t-tendenza illi ma’ min hu differenti minna, ma’ min forsi qed jgħix lifestyle differenti, ma’ min forsi oġġettivament ma naqblux iġifieri, Ġesu’ lil din mhux qed jgħidilha: ‘Prosit ta kellek ħames t’irġiel u li għandek issa mhux tiegħek qed tagħmel xi ħaġa tajba. ‘ Le! pero’ ma jiddejjaqx jiltaqa’ magħha, ma jitlaqx u ħa jkellimha fuq affarijiet ħafna profondi lil din il-mara.

Ejjew għeżież tiegħi aħna nkunu bħal Ġesu’ xi drabi t-tendenza tagħna huwa li aħna nwarrbu, naqtgħu, neskludu, inpoġġu nies fil-ġenb mentri Ġesu’ jrid jiltaqa’ ma’ din ħalli jintegraha u jdaħħalha mill-ġdid lura fi ħdan il-Komunita’, fi ħdan il-Komunita’ tal-Knisja. Ejjew ikollna dan l-approach għeżież tiegħi, anke ta’ dan Ġesu’ illi jiddjaloga magħna, jiġi jiltaqa’ magħna, ipoġġina quddiem il-verita’ tal-ħajja tagħna mhux ħa joqgħod jgħawweġ l-affarijiet pero’ bil-għan li lilna jintegrana fil-familja kbira tiegħu, anke aħna bħala Knisja jrid ikollna din il-qalb kbira għeżież tiegħi mhux Knisja li teskludi, imma Knisja illi tinkludi li tinkludi ma jfissirx illi tagħmel minestra ta’ kollox ee! Le!, le!, le! il-Knisja m’hijiex minestra tinkludi hija li nkunu fil-verita’ quddiem Alla u dik tgħaqqadna bejnietna maħbubin tiegħi.

Ġesu’ mela ma’ din ma ddejjaqx jieqaf. Interessanti li l-laqgħat ħdejn il-bir fil-mentalita’ tal-Kelma t’Alla huma laqgħat daqsxejn li jitkellmu bil-imħabba ee! Huma laqgħat t’għerusija, huma laqgħat ta’ żwieġ. Għaliex hawn hekk ħa naraw li Ġesu’ lil din il-mara li se jitlobha hija l-imħabba. Mhux l-imħabba kif nifmhuha forsi wħud minna taf f’termini sesswali. Alla jrid l-imħabba ta’ kull raġel, ta’ kull mara. Alla jrid relazzjoni ta’ mħabba tagħna miegħu u tiegħu magħna. Allura dil-mara ħa naraw li bil-mod ‘il mod waqt li ħa jkellimha fuq l-għatx tiegħu se jibda jkellimha wkoll fuq ilma partikolari li huwa għandu. Id-diskors mil-livell uman ħa jmur fuq livell ieħor sal-punt li dil-mara tgħidlu: ‘Agħtini minn dan l-ilma speċjali tiegħek’ u Ġesu’ ma jaqbadx u jagħtiha xi tazza ilma, imma Ġesu’ lil din il-mara jgħidilha: ‘Mur sejjaħ lil żewġek u ejja lura.’ Ħa jibda jagħtiha minn dan l-ilma, huwa l-ilma tal-verita’, huwa l-ilma tal-imħabba. L-imħabba li ma taħbix il-verita’ mill-bniedem għax xi drabi aħna jista’ jkollna idea falza li biex tħobb lil xi ħadd allura inti tgħawweġ il-verita’ minħabba fih jew il-verita’ ma tgħidhiex biex ma tweġgħux, ma toffendiehx. Ġesu’ ma jirraġunax hekk! Ġesu’ biex iħobbna jurina l-verita’ u l-verita’ tal-ħajja tiegħi. M’hiex il-verita’ astratta miktuba f’xi ktieb jew fil-qalb t’Alla, il-verita’ kif tmiss lil ħajti, il-ħajti b’mod konkrett. ‘Mur sejjaħ lil żewġek u erġa’ ejja hawn,’ qalilha. U anke Ġesu’ hawnhekk dieħel fin, fin, pass, pass id-djalogu tiegħu huwa ġentili ħafna. Ġesu’ ma jaqbadx u jtemmgħalha l-verita’ tad-dnub tagħha ma’ wiċċha u jkissirha bih. Le! ma jagħmilx hekk imma jkellimha bil-mod ‘il mod tant kellimha b’mod ġentili li kienet miftuħa, open qaltlu: ‘Ma għandhiex żewġi,’ u Ġesu’ jerġa’ jgħidilha: ‘ Sewwa għedt ma għandekx żewġi; inti żżewwiġt ħames darbiet u r-raġel li għandek miegħek bħalissa; mhuwiex żewġek.’ U l-mara tgħidlu: ‘Sewwa weġibt.’

Innutaw li din il-mara fl-ebda mument ma tikkontesta lil Ġesu’, fl-ebda mument ma teħodha kontrieh, fl-ebda mument ma tgħidu: ‘toqgħodx tiġġudikani.’ Għaliex meta inti l-verita’ tgħidha fl-imħabba dak li jkun jaf li qed tgħidlu l-verita’ u kemm għandna bżonn għeżież tiegħi dan l-approach aħna. Hekk bejnietna ta, il-mod kif nitkellmu fl-għaqdiet, fil-gruppi, fil-familja, imma anke fil-Knisja anke aħna s-Saċerdoti. Aħna l-Knisja mad-dinja, aħna mall-iktar ċirkustanzi iebsa li n-nies jistgħu jkunu fihom. Kemm għandna bżonn li aħna jkollna din il-ġentilezza li ngħidu l-verita’ fl-imħabba. Għeżież tiegħi esperjenza qawwija li meta tagħmilha n-nies vera ma jħossuhomx iġġudikati. U din hija importanti ħafna li aħna jkollna l-verita’ għeżież tiegħi u l-verita’ qed ngħid għall-Vanġelu, ma tagħtiniex il-liċenzja biex naqbdu nfajruha f’wiċċ dak li jkun u nittraformawha f’kundanna fuq il-ħajja tan-nies, għax il-verita’ kif juriha Ġesu’ hija verita’ li tfejjaq u teħles lill-bniedem, mhux verita’ biex tikkundanna u tkisser il-bniedem għeżież tiegħi. Il-verita’ toħroġ mill-karattru t’Alla mhix xi verita’ ta’ tagħlim lil hinn maqtugħ mill-karattru t’Alla u l-karattru t’Alla kif uriehulna Ġesu’ hu Missier. Allura l-Kelma li jagħtina hija bl-imħabba kollha ta’ Missier. Xi drabi ħbieb tiegħi aħna faċilment dan ikun jonqosna. Aħna nistgħu nxandru l-bandiera tal-verita’ imma f’qalbna ma għandniex dil-Paternita’, ma għandniex dil-Maternita’ anke bħala Knisja anke bejnietna. Il-Mulej illum għandu ħafna x’jagħlimna ħbieb tiegħi fil-mixja tagħna.

Il-mara tgħidlu: ‘Sewwa weġibt,’ u Ġesu’ għax ikellimha fuq l-affarijiet ta’ ħajjitha u hi ma kinitx kellmitu dwarhom, imma Ġesu’ kien jinteressah ipoġġiha fil-verita’, tgħidlu: ‘Int profeta.’ Dan ir-raġel, dan is-sinjur hekk issa ħa jibda jsir profeta. Tikber din ir-relazzjoni tagħha mall-Mulej pass, pass. Kemm aħna għandna bżonn ukoll inħallu lill-Mulej ikun profeta f’ħajjitna u jibgħatilna l-profeti tiegħu mingħajr ma noqtluhom ee! Għeżież tiegħi Alla mhux ġej jaħbi minna l-verita’ tagħna. Jekk hemm dnub f’ħajtek mhux ħa jagħlaq għajnejh jgħidlek: ‘u ija għaddi’ qisu m’hu qed jiġri xejn. Jekk ikun hekk ma jkunx Alla għax Alla ma jidħakx bil-bniedem. Iħobbna wisq biex jingannana, iħobbna wisq biex ma juriniex il-verita’ f’ħajjitna. Jekk qed tgħix f’sitwazzjoni mhux skont il-qalb t’Alla, il-Mulej qatt ma jista’ jgħidlek: ‘le dik hija tajba ta.’ Le! ħbieb tiegħi l-Mulej ikun magħna, jimxi magħna bil-ħniena infinita’ tiegħu fit-taħwid kollu li aħna nkunu fih f’ħajjitna, imma jekk jiena qiegħed nitkellem fuq in-nies, jekk jiena qed inzekzek, il-Mulej ma jistax jgħidli: ‘u ija ta qed tagħmel tajjeb billi izekzek’, lanqas jekk jien għax weġgħuni minix ġustifikat li noqgħod nitkellem fuq in-nies. Il-Mulej huwa magħna anke jekk jiena sraqt, jekk jiena nieħu d-droga, jekk jiena qtilt imma mhux ħa jgħidli li jiena sraqt jew ħadt id-droga hija ħaġa tajba fil-ħajja tiegħi. Jaħfirli, jakkumpanjani, jimxi miegħi kemm irid, imma ma jfissirx li jaqbad u kollox qisu xejn mhu xejn. Le! ipoġġini fil-verita’ u ma nibżgħux inkunu fil-verita’ magħna nfusna, ma nibżgħux inħallu l-verita’ tiċċelinġjana, ma nibżgħux inħallu min joqrosna fil-laħam il-ħaj fil-ħajja. Ħalli ma nibqgħux ngħixu ngannati, ngħixu fid-dlam imma nħallu lill-Mulej jiftħilna għajnejna.

‘Int profeta,’ qaltlu milli qed nara. Imma din il-mara ħa ġġib imbagħad hija stess profeta ċioe’ int hemm xi ħaġa sabiħa dwarek Ġesu’ imma qed tgħidlu mill-ewwel hemm differenza.’ Aħna s-Samaritani naduraw lil Alla mod, intom il-Lhud mod ieħor iġifieri, isma’ ok hemm xi ħaġa sabiħa dwarek donnok int m’intix bħall-oħrajn, imma xorta hemm affarijiet li ma naqblux bejnietna. Kemm xi drabi jiġri anke hekk fil-ħajja tagħna għeżież tiegħi forsi jiġrilek fejn naf jien xi ħadd tal-Knisja fetaħlek għajnejk u taf li qed jgħidlek il-verita’, imma mbagħad tkun lest bid-difiża tiegħek. Isma’ li qed tgħidli sewwa, imma aħjar taraw x’tagħmlu intom ta fil-Knisja, imma ma tarawx l-iskandli tagħkom, ma tarawx id-difetti tagħkom? Araw, tiġi xi kultant aħna ninqabdu f’dawn ir-realtajiet. Huma parti mid-djalogu, huma parti mill-mixja, li aħna nagħmlu flimkien għeżież tiegħi u Ġesu’ anke meta din tattakkah ftit fuq l-issue tal-fidi tagħhom differenti bejn Ġesu’ u dis-Samaritana. Ġesu’ ma joħloqx panik, ma joħroġ jattakkaha l-anqas għaliex  ikkritikatu ftit fuq ħaġa li ma jaqblux bejniethom imma Ġesu’ jibda jitkellem magħha u jgħidilha: ‘Emminni, anzi mara jiġi żmien meta mhux fuq din il-muntanja naduraw lill-Missier anqas f’Ġerusalemm, intom taduraw dak li ma tafux aħna naduraw dak li nafu s-Salvazzjoni ġejja mill-Lhud; imma tiġi s-siegħa meta dawk li tassew jaduraw, jibdew jaduraw ‘l Alla fl-Ispirtu u fil-Verita’.’

Ġesu’ d-differenza li kien hemm bejniethom immur ‘l hinn minnha u juriha xi ħaġa iktar profonda. Id-differenza kienet fuq il-post fejn il-Lhud u s-Sammaritani jaduraw lil Alla. Ġesu’ issa qed jgħidilha li aħna ma nadurawx aktar ‘l Alla f’post imma nadura ‘l Alla f’relazzjoni. Ħbieb tiegħi, aħna xi drabi hawnhekk ukoll għandna bżonn nagħmlu din il-qabża. Meta aħna nibdew mixjin bejnietna, forsi hekk il-verita’ tibda tiela u nibdew naċċettaw ftit dak li Alla qed jagħtina permezz ta’ xulxin, umbagħad minflok nibqgħu mixjin, imma naqbdu d-differenzi, id-difetti ta’ bejnietna fuq xiex ma naqblux, il-Mulej joħodna għar-relazzjoni għeżież tiegħi. Ma jħallinix neħlu, ma jħallinix nieqfu fuq dak li ma naqblux fuqu imma jipprova jdaħħalna u jibnina f’relazzjoni ġdida.

Hawnhekk propju jagħtihom din l-iżvolta ġdida ma’ din il-mara u interessanti li Ġesu’ jgħid lil din il-mara, li tinsewx f’għajnejn in-nies din kienet mara adultera, lil din il-mara li kienet qed tgħix donnha dan il-lifestyle m’huwiex skont il-qalb ta’ Alla, m’huwiex skont il-fidi, anki tal-istess poplu Lhudi li kien jemmen, Ġesu’ magħha jitkellem dwar l-aktar affarijiet sbieħ, profondi, intimi minn naħa t’Alla. U din għeżież tiegħi ukoll huwa ġest sabiħ minn naħa tal-Mulej għaliex Alla l-veritajiet tiegħu, l-affarijiet sbieħ tiegħu mhux ħa jirriservhom għal min jaħseb li leħaq is-sema b’idejh. L-affarijiet sbieħ ta’ Alla, anka l-Knisja, il-Kelma tagħha, ir-rikkezzi kollha li hemm fil-Knisja (mhux għall-affarijiet materjali qed ngħid imma għall-affarijiet spiritwali), m’humiex riservati għal xi nies li jħossuhom is-superheros ta’ żminijietna, li jaħsbu li missew is-sema b’idejhom, li jaħsbu li huma l-qaddisin mixjin fuq l-art illum il-ġurnata. Imma dawn l-affarijiet tant sbieħ ta’ Alla għeżież tiegħi, il-Mulej irid jagħtihom, irid joffrihom u jrid ikollna bħala Knisja qalbna miftuħa għall-iktar nies li forsi f’għajnejna m’humiex l-aktar nies eleġibbli għal dawk l-affarijiet, m’humiex l-aktar nies li jistħoqqilhom li nkellmuhom dwarhom, m’humiex l-aktar nies li jħosshom li jistgħu jirċievu din il-Kelma. Hawnhekk ħbieb tiegħi, anki hekk dan l-approach ta’ Ġesu’ ma’ din il-mara jkompli jiftħilna qalbna beraħ, li ma nibżgħux nitkellmu fuq l-affarijiet ta’ Alla anki ma’ min naħsbu li m’huwiex addattat għalihom.

Ħbieb tiegħi, jien din għamilt esperjenza. Iltqajt b’mod partikolari ma’ priġunieri li kien hemm it-taħwid u xi kultant tgħid imma nitkellem fuq ċerti affarijiet ta’ Ġesu’, tal-Knisja u hekk. Tafu xi skoprejt? Li meta tkellimt ma’ dawn l-aħwa fuq il-Vanġelu, fuq il-Kelma ta’ Alla, xi drabi kienu l-aktar nies li laqgħuha, kienu l-aktar nies li fehemuha, minkejja t-taħwid li qegħdin fih. Dina urietni ħaġa,

  • ma nċaħdu ‘l ħadd mill-Kelma t’Alla,
  • ma nċaħdu ‘l ħadd mis-sbuħija t’Alla,
  • ma nċaħdu ‘l ħadd mill-grazzji t’Alla,
  • ma nċaħdu ‘l ħadd minn dak li Alla jixtieq jagħmel ma’ kull persuna
  • anki jekk naħsbu li mhux il-mument,
  • li dik il-persuna kollu għalxejn li ħa tgħidilha,
  • hemm wisq x’tirranġha fil-ħajja tagħha biex tibda tkellimha fuq dawn l-affarijiet.

Le! Ġesu’ lil din ma jmurx jgħidilha, ‘Isma’, mur irranġa s-sitwazzjoni li għandek ta’ umbagħad ejja lura u nkunu nistgħu nibdew nagħmlu mixja, nitkellmu, ħaġa u oħra.’ Le, Ġesu’ lilha beda jgħid dawn l-affarijiet kbar, li l-Missier qed ifittixha, li hu bil-għatx għalija. Ma jgħidilhiex, ‘L-ewwel irranġa ħajtek umbagħad ejja.’ Le! Fiċ-ċirkustanza tat-taħwid li hi, Ġesu’ jkellimha fuq dawn l-affarijiet. Kemm hija sabiħa! U din mhux ta’ kuraġġ għalina lkoll maħbubin tiegħi? Anki jekk forsi hemm ħafna x’tirranġa fil-ħajja tiegħek, toqgħodx tistenna li tirranġa kollox biex tiġi, ejja kif int, ejja issa, kif inhi ċ-ċirkustanza tiegħek u minn hemmhekk nistgħu nagħmlu mixja. Il-Mulej irid ikellmek issa mhux meta tkun ok, mhux meta tirranġa kollox, mhux meta tinqala’ kompletament mid-dnub tiegħek inkella Kristu mhux hu s-Salvatur tiegħek. Il-Mulej irid jiltaqa’ magħna kif aħna biex umbagħad iwassalna fejn jixtieqna mhux inkunu fejn jixtieqna biex umbagħad immorru għandu. Le! Dik m’hiex il-fidi nisranija tagħna.

To cut a long story short għeżież tiegħi għax il-ħin għaddej, l-istorja u l-ġrajja ta’ din il-mara bażikament tispiċċa li dina titlaq u tmur tgħid lin-nies dak kollu li Ġesu’ għamel magħha. Interessanti li l-ġarra tal-ilma ma toħodiex magħha, tħalliha hemm ħdejn il-bir. L-ilma qatt ma mlietu li marret biex tixrob għeżież tiegħi għaliex Ġesu’ qatgħalha l-għatx fuq livell aktar profond fil-ħajja. Ġesu’ għeżież tiegħi ma jridx iħallina ninħlew fuq il-materjaliżmu – l-ilma naturali, imma jrid jaqtalna l-għatx ta’ affarijiet spiritwali li hemm f’qalbna,

  • l-għatx għall-paċi,
  • l-għatx għall-imħabba vera,
  • l-għatx għall-ġustizzja vera,
  • l-għatx għall-intimita’,
  • l-għatx għall-ferħ f’ħajjitna,
  • l-għatx għall-eternita’.

Din għalhekk tħalliha hemmhekk il-ġarra, ma toħodiex magħha għax Kristu jaqtalha l-għatx.

U dina tmur tgħid lin-nies mill-ewwel l-esperjenza li għamlet ma’ Ġesu’. Dina ssir xhud ta’ Kristu mingħajr ħadd ma qalilha biex tagħmel dan, tiġiha b’mod naturali. Għeżież tiegħi, kemm tant nies anki fi żminijietna llum naf li qed tiltaqgħu ma’ Ġesu’ u intom qed issiru l-appostli u d-dixxipli tiegħu llum u anki nies li forsi aħna f’għajnejna ma nemmnux li jistgħu jkunu hekk. Lil dawn il-Mulej qed jagħżel u qed jagħmel mirakli kbar fil-ħajja tagħhom illum. U din jirnexxielha ġġib il-belt tas-Sammarija biex jiltaqgħu ma’ Ġesu’ u jemmnu mhux aktar minħabba fiha li qalet hi imma għax huma mbagħad iduqu ‘l Mulej. Persuna waħda li Ġesu’ ta dan il-ħin, ta din l-attenzjoni, ta din l-imħabba, persuna waħda li kienet tant u tant differenti minn Kristu, issir dik il-persuna, il-medjatriċi, il-link bejn Ġesu’ u l-belt tas-Sammarija kollha. Din mhux ħaġa kbira maħbubin tiegħi?

Aħna l-Kattoliċi nħobbu ħafna l-Ommna Marija u nagħmlu sew, j’Alla l-insara kollha jaċċettaw lil Marija b’Ommhom u jħobbuha. Pero’ hawnhekk Ġesu’ mhux qed jinqeda b’Marija, mhux qed jinqeda b’dik li nafu li hi l-Immakulata Kunċizzjoni, li hi bla dnub. Qed jinqeda b’mara midinba biex iġġib il-belt kollha għal għandu. M’hiex wow din, għeżież tiegħi? Jekk forsi inti tħossok li inti ħażin ħafna, int tikwalifika biex Ġesu’ jinqeda bik ħalli jiġbed ħafna nies lejh, ħalli ħafna nies jiskopru lil Ġesu’ u l-verita’. Alla daqshekk iħobbna! Ħadd minnha m’huwa mormi għeżież tiegħi, għamilna x’għamilna, qed ngħixu kif qed ngħixu issa fil-preżent, ħadd minna m’huwa mormi u j’Alla fil-Knisja għeżież tiegħi, ħadd ma jħossu mormi, ħadd ma jħossu ‘l barra, ħadd ma jħossu maqtgħuh u eskluż, imma kulħadd jista’ jħalli lil Ġesu’ u l-Knisja tidħol fid-djalogu, f’din il-mixja pass pass. U j’Alla, j’Alla jkollna ħafna nisa bħal dawn, ħafna nies bħal din il-mara Sammaritana, ħafna nies li forsi qegħdin f’ċirkustanzi li m’humiex idejali, li nħallu ‘l Ġesu’ jiltaqa’ magħhom, jitrasformhom bil-mod il-mod u jkunu huma stess li jġibu tant u tant u tant nies fi ħdan Kristu u fi ħdan il-Knisja tiegħu biex niskopru l-imħabba infinita tal-Missier għalina li twassalna għall-konverżjoni sħiħa u totali sakemm jasal il-mument li mmorru ngawdu ‘l Alla wiċċ imb wiċċ.

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

EŻERĊIZZI MINN FR HAYDEN

Sena 2023

Esercizi spirituali di Quaresima dai Frati Cappuccini di Modica (bit-Taljan):

Sena 2022

Il-Qawwa tal-Ispirtu s-Santu fil-ħajja tan-nisrani:

Sena 2021

Sena 2020

Sena 2019

Għall-Familja:

Għal Kulħadd:

Sena 2018

Sena 2017

Sena 2016

Sena 2015

Sena 2009

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Ħin waħdi biex Alla jibdilni!

It-Tnejn, 23 ta’ Jannar 2017: Riflessjoni dwar Mt 17: 1-9. (It-2 Ħadd tar-Randan tas-Sena A) Ara t-test tagħha taħt il-vidjo ….

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Il-paċi magħkom għeżież tiegħi minn qalbi nixtieq insellmilkom għal darb’oħra u nilqagħkom għal dan il-programm ‘Ejjew Għandi’. Dan il-ħin illi għandna flimkien sabiex inħallu l-Kelma t’Alla tkun verament Dawl għall-mixja tal-ħajja tagħna. Bħal dejjem il-Mulej dejjem għandu xi kelma partikulari x’jagħtina.

Qabel ma’ nduru lejn il-Kelma tallum, nixtieq minn qalbi nsellem hekk lil dawk kollha illi ssegwu dan il-programm u naf li tħajru lil ħaddieħor biex isegwi u tant minnkom anke li tibqgħu f’kuntatt lura anke permezz ta’ mezzi ta’ kommunikazzjoni soċjali illi għandna illi huma barka kbira fi żminijietna meta huma użati tajjeb. Nixtieq hekk inkompli nikkuraġġikom ħalli l-Kelma t’Alla nkunu nistgħu nagħmluha iktar available għal tant u tant u tant persuni.

Nixtieq insellem b’mod partikulari l-ħbieb tiegħi kollha ġewwa l-ħabs kemm dawk fil-Faċilita’ korrettiva ta’ Kordin, kemm dawk li jinsabu ġewwa l-Forensic Unit Ħ’Attard, u dawk ukoll li huma l-Imtaħleb is-section tal-Yours taż-żgħażagħ. Insellem lilkom, lill-qraba kollha tagħkom u nġorr fl-istess mumenti anke lil dawk li jistgħu jkunu vittmi ta’ reati ta’ persuni illi anke qegħdin jiskontaw sentenzi jew arresti ġewwa l-ħabs, għaliex aħna rridu naraw il-ħajja b’mod sħiħ għeżież tiegħi u f’ċirkustanzi delikati bħal dawn tajjeb nagħmlu referenza għal ġiex naħat tas-sitwazzjonijiet.

Insellem anke lil dawk kollha li huma fl-isptarijiet, lil dawk li huma morda, lil dawk li għaddejin minn xi żmien iebes fil-ħajja tagħkom. Nixtieq insellem anke lil dawk li ma jgħixux ġewwa Malta u Għawdex imma li barra minn ġżiritna bil-mezzi tal-komunikazzjoni ssegwu wkoll dan il-programm. Nixtieq insellem b’mod partikulari  persuni mill-Awstralja, u mill-Amerika u l-Kanada, Maltin li huma emigranti u anke lil dawk mill-Ingilterra u l-Irlanda illi naf illi ssegwu dan il-programm. Nittama hekk illi nibqgħu f’dan il-kuntatt anke bejnietna ħalli nħallu l-Kelma ta’ Ġesu’ tkun dawl għalina fil-ħajja ta’ kuljum.

Illum se naqraw silta mill-Vanġelu skont San Mattew kapitlu 17 minn vrus 1 sa 9. Ħa naqraw il-ġrajja tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej ngħidulha. Inħeġġiġkom ħafna sabiex iġġibu l-Kelma t’Alla qrib tagħkom, tiftħuha miegħi ħalli nkunu nistgħu flimkien mhux biss naqrawha, imma nħalluha anke tinżel għasel fil-qalb tagħna u naraw x’għandha x’tgħidilna għalina llum. Ħa naqrawha flimkien:

Sitt ijiem wara, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u ’l Ġakbu u ’l ħuh Ġwanni, tellagħhom fuq muntanja għolja weħidhom, u tbiddel quddiemhom. Wiċċu sar jiddi bħax-xemx, u lbiesu sar abjad bħad-dawl. U dehrulhom Mosè u Elija jitħaddtu miegħu. Qabeż Pietru u qal lil Ġesù: “Mulej, kemm hu sew li aħna hawn! Jekk trid intella’ hawn tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosè u waħda għal Elija.” Kif kien għadu jitkellem, sħaba kollha dawl għattiethom u minn ġos-sħaba nstema’ leħen jgħid: “Dan hu Ibni l-għażiż, li fih sibt l-għaxqa tiegħi; isimgħu lilu.” Id-dixxipli, kif semgħu dan, waqgħu wiċċhom fl-art, mimlijin biża’. Ġesù resaq lejhom, messhom u qalilhom: “Qumu. La tibżgħux.” Huma refgħu għajnejhom u ma raw lil ħadd ħlief lil Ġesù waħdu.

Huma u neżlin minn fuq il-muntanja, Ġesù ordnalhom u qalilhom: “Tgħidu lil ħadd b’din id-dehra sa ma Bin il-bniedem ikun qam mill-imwiet.”

Dal-Vanġelu għeżież tiegħi li żgur xi darba jew oħra smajnieh, qrajnieh f’mumenti differenti fil-Liturġija tal-Knisja, fil-Quddies tal-Ħadd, jew fil-qari personali tagħna. Huwa Vanġelu biex ngħidu hekk illi fih minjiera dettalji, huwa Vanġelu li anke fil-kuntest tal-Evanġelju sħiħ ikompli jurina min hu Ġesu’ għeżież tiegħi. Il-Vanġelu jibda billi ‘Sitt ijiem wara.’ Sitt ijiem wara xiex? Propju qabel din is-silta fil-Vanġelu nsibu ‘l Ġesu’ li qiegħed jitkellem dwar min hu Hu. Hu li huwa l-Messija, hu li huwa l-Feddej, is-Salvatur pero’ l-Messija li kellu jsalvana mhux tant bil-mirakli jew bil-priedki, imma kellu jsalvana bil-passjoni u l-mewt u l-qawmien tiegħu. Xi ħaġa illi kienet diffiċli ħafna għall-appostli anke biex jaċċettawha.

Naraw li San Pietru ukoll mument minnhom lil Ġesu’ ma jridux jgħaddi mit-tbatija tas-Salib. U allura biex ngħidu hekk Ġesu’ wara li kellimhom minnu nnifsu tahom it-tħabbira l-ewwel waħda fil-Vanġelu ta’ Mattew dwar dak li hu kellu jgħaddi minnu wara li tellagħhom fuq din l-għolja u jagħtihom din l-esperjenza tiegħu min hu. Donnu jrid mal-faċċata tat-tbatija tiegħu ried jurihom anke l-faċċata tal-glorja. Ġesu’ hawnhekk se jidher fid-Divinita’ kollha tiegħu, Ġesu’ hawnhekk se jidher bħala l-persuna li hija mdawwla, il-persuna li hi maqgħuda mal-Missier u mal-Ispirtu Qaddis sabiex meta jkollhom jaffaċjaw is-Salib u jarawh imeżża’ minn kull ġmiel kif kien jgħid il-profeta Iżaija kapitlu 53 ‘Ma kien fih ebda sura, ma kien fih ebda ġmiel.’ Meta jarawh imbiċċer fuq is-Salib setgħu jiftakru f’dan il-mument għeżież tiegħi, il-mument glorjuż meta qed jaraw il-wiċċ ta’ Kristu trasfigurat waqt li jħarsu l-wiċċ ta’ Kristu fis-sofferenza, iridu jiftakru fil-wiċċ ta’ Kristu fil-glorja.

U din hija l-ewwel tagħlima għeżież tiegħi li nħoss illi hekk f’dan il-Vaneġelu aħna l-Mulej irid jagħtina anke fil-ħajja tagħna. Ħbieb tiegħi, aħna li ngħaddu mit-tbatija, mis-sofferenza kemm dik fiżika, kemm dik emozzjonali, kemm dik spiritwali hija fatti tar-realta’ tal-ħajja li aħna ngħaddu minnhom maħbubin tiegħi.

  • Ngħaddu mill-persekuzzjoni,
  • ma nkunux mifhuma xi drabi mill-istess nies li aħna forsi nippretendu li għandhom l-iktar li jifhmuna,
  • sħabna fil-grupp,
  • sħabna fil-Komunita’,
  • il-familji tagħna,
  • kollegi tax-xogħol,
  • nies li għamiltilhom il-ġid.

Xi drabi l-istess nies illi taħseb li suppost jifhmuk huma l-inqas li jifhmuk u jikkawżawlek it-tbatija fil-ħajja tiegħek. Ċioe’ Ġesu’ hawnhekk għeżież tiegħi qed jurina illi waqt li jkellimna wkoll fuq it-tbatija tal-ħajja jrid jurina wkoll il-glorja tiegħu, irid jurina lit-tbatija u s-sofferenza ma għandhomx l-aħħar kelma fil-ħajja tagħna u waqt li aħna għaddejjin anke mit-tbatija xi drabi l-Mulej jagħtina tant il-mumenti tal-glorja, idewwaqna ftit għeżież tiegħi xi grazzja tiegħu, xi konsolazzjoni tiegħu, xi mument ta’ faraġ u Alla għeżież tiegħi dan jagħmlu għaliex ma jrid lil ħadd minna jaqta’ qalbu. Xi drabi l-istess tbatija l-Mulej jużaha biex ikabbarna, jimmaturana, jippurifikana, jeħlisna minn affarijiet imma jrid jurina li dik mhix l-aħħar kelma, l-aħħar kelma hija l-glorja qaddisa tiegħu.

Fl-istess ħin aħna ħbieb tiegħi rridu hekk nitgħallmu daqsxejn xi ħaġa fina ħafna l-mixja tagħna fil-ħajja illi fil-mumenti tat-tbatija ma ninsewx li ġej żmien sabiħ xi darba ‘l quddiem għax xi drabi t-tbatija aħna ttina l-feeling f’ħajjitna illi donnha ħa neħlu fiha, donnu dan il-mument ta’ kriżi jiena qatt m’hu ħa noħroġ minnu, dal-mument ta’ kriżi jiena ħa ninqafel fih. Il-kriżi, is-sofferenza li għaddej minnha, il-mard hi x’inhi donnu hija l-aħħar kelma ta’ ħajti. Allura importanti illi fil-mumenti tat-tbatija, aħna niftakru fil-mumenti tal-glorja. Min naħa l-oħra wkoll meta nkunu għaddejjin ok fil-ħajja tagħna, għaddejjin tajjeb, tajjeb illi ma nkunux aljenati wisq fil-ħajja u nħejju ruħna illi isma’ xi darba se jiġi żmien illi ħa jinqala’ xi ħaġa għax il-ħajja hekk hi. Allura importanti nitgħallmu u ngħixu din id-dinamika għeżież tiegħi. Il-ħajja  tagħna xi drabi hija lobgħa Tennis,

  • ngħaddu minn mumenti tajbin għal mumenti t’inqas tajbin,
  • minn mumenti faċli għal mumenti diffiċli,
  • minn mumenti tas-Salib għal mumenti tal-glorja,
  • minn mumenti ta’ dawl għal mumenti ta’ dlam,
  • u meta nkun f’mument ma rridx ninsa li ġej il-mument l-ieħor.
  • Meta jien fid-dawl niftakar li xi darba ġej id-dlam,
  • meta jien fid-dlam niftakar li ġej id-dawl ukoll.

Din trid tkun attitudni interjuri li lilna tgħinna nimxu ‘il quddiem biex qatt ma nkunu aljenati fiż-żewġ estermitajiet tal-ħajja. Sofferenza biss jew ferħ biss plain sailing u kollox imurlek tajjeb. Importanti li aħna niftakru f’dawn iż-żewġ mumenti, f’din id-dinamika.

Minn naħa l-oħra għeżież tiegħi nixtieq li anke aħna nistgħu nkunu bħal Ġesu’. Ġesu’ illi ma kienx qed jgħallem biss, ma kienx qed jifforma biss lill-appostli b’mod intelletwali u jgħidilhom li hu għad irid ibati, jiċħduh, joqtluh, iqum mill-mewt eċċ… Mhux biss qed jifforma l-moħħ tagħhom qed jurihom il-verita’, imma Ġesu’ jagħtihom esperjenza qawwija tiegħu, qed jarawh mibdul, qed jurihom il-wiċċ sabiħ tiegħu, qed jurihom din is-sbuħija li tiġbed li tatratta għeżież tiegħi. Kemm hu sabiħ li anke aħna nkunu bħal Ġesu’ ma’ xulxin. Li aħna nkunu kapaċi illi waqt li ngħidu l-verita’ u l-verita’ xi drabi tkun verita’ li tweġġa’, xi drabi tkun verita’ iebsa fil-ħajja. Waqt li aħna anke ma’ xulxin fis-sofferenza, aħna wkoll inkunu kapaċi li biex ngħid hekk noffru esperjenza ta’ konsolazzjoni, esperjenza ta’ faraġ, esperjenza li ma taqtax qalb in-nies f’dak kollu li nkunu għaddejjin minnu għeżież tiegħi anke bħala Nsara. Ok hija vera li Ġesu’ qalilna biex nerfgħu s-Salib u nimxu warajh, imma f’dal-mument qiegħed ifarraġhom ukoll. Hija vera li xi drabi biex timxi wara Ġesu’ jrid ikollok taqdef ħafna kontra l-kurrent pero’ ejjew nagħtu lil xulxin anke dan il-mument ta’ faraġ, dan il-mument ta’ konsolazzjoni. Ejjew inkunu aħna stess dan il-faraġ għal xulxin. Darba minnhom San Pawl jgħid lill-komunita’ tal-Insara biex bl-istess faraġ li Alla jfarraġ ilna, hekk aħna nfarrġu lil xulxin. Ejjew nagħmluha din għeżież tiegħi.

Ħaġ’oħra li naraw sabiħa f’dal-Vanġelu li Ġesu’ jaqtagħhom ‘il barra, jtellagħhom fuq muntanja għolja jgħidilna dan l-Evanġelista Mattew. Ċioe’ biex jagħtihom din l-esperjenza intima tiegħu, naraw illi jeħodhom fi grupp żgħir, Pietru, Ġakbu u Ġwanni, hu jkun magħhom imma jaqtagħhom mill-bqija ta’ dak li normalment jgħixu. Ovvjament ma jaqtagħhomx biex jaqtagħhom għal dejjem ħa jitilgħu fuq il-muntanja biex jerġgħu jinżlu minnha. Imma din ukoll hija tagħlima għalina għeżież tiegħi.

Xi drabi aħna Ġesu’ jsejħilna biex ninqatgħu ftit mill-ħajja ta’ kuljum. Xi drabi jsejħilna li aħna ma nibqgħux għaddejjin fil-ġenn tal-ħajja ta’ kuljum. Għandna bżonn dawk il-mumenti, għandna bżonn dawk l-ispazji kemm waħedna, kemm forsi fi gruppi żgħar ħafna li ninqatgħu għeżież tiegħi fuq muntanja għolja, issa l-muntanja mhux bilfors hawn Malta ma għandniex muntanji, imma li nsibu l-ispazju li jikser ir-rutina tal-ħajja ta’ kuljum għeżież tiegħi fejn aħna nistgħu niltaqgħu iktar m’Alla. Issa dina forsi wħud minna jarawha diffiċli jekk għandi tant x’nagħmel ħa noqgħod inżid anke li nagħmel din il-ħaġa? Iva ta għax hija ta’ ġid għalik.

Inti kemm nies li għandhom ħafna x’jagħmlu, imma jekk idaħħluha f’moħħhom illi jridu jmorru jagħmlu l-mixi, l-jogging, l-G.Y.M, l-excersize jagħmluh u jagħmlu tajjeb hija ħaġa tajba u dawn minkejja li għandhom ħafna x’jagħmlu u tara x’tagħmel u tagħmlu jekk taf li ta’ ġid għal saħħtek. Dan li qed ngħidlek huwa ta’ ġid għal ruħek, huwa ta’ ġid għall-intimita’ tiegħek m’Alla, huwa ta’ ġid għalik innifsek, għandek bżonn l-ispazju li tinqata’ ftit sabiex tiltaqa’ iktar mill-qrib m’Alla. Ħbieb tiegħi din kemm għandna bżonnha.

Fil-Knisja aħna jkollna ż-żminijiet partikulari bħal m’hu ż-żmien tar-Randan biex ikunu żminijiet iktar qawwija biex naħdmu aħna l-Insara fuq l-intimita’ tagħna m’Alla. U allura kemm hu sabiħ li nsibu ftit ħin t’irtir per eżempju jew immorru waħedna jew l-aħjar ħaġa nsibu min jorganizza għeżież tiegħi. L-istess bħalma huma l-eżerċizzi huma dawn il-muntanja żgħira li aħna ninqatgħu ftit mir-ritmu tal-ġurnata milli ħajja ta’ kuljum biex nisimgħu iktar mill-qrib il-Kelma t’Alla, inkunu iktar f’mumenti ta’ talb.

Nistgħu nsibu għeżież tiegħi anke mumenti fejn naf jien hawn min jimpenja ruħu f’ħafna iktar fir-Randan per eżempju jipprova jieħu weekend sħiħ biex jagħmel irtir għeżież tiegħi ma’ tant gruppi u għaqdiet li għandna. Sibu ‘l mod tagħkom

  • hawn min hu tajjeb għalih illi jmur x’imkien ħdejn il-kampanja,
  • min jagħmel irtir,
  • min forsi jinqata’ f’xi post daqsxejn iktar għal kwiet,
  • min iqatta’ iktar ħin quddiem Ġesu’ Sagramentat,
  • min isib iktar ħin biex jaqra l-Kelma t’Alla
  • jew titlob flimkien ma’ martek u żewġek u wliedek bħala familja
  • jew tiddeċiedi li tingħaqad ma’ xi grupp,
  • ma’ xi komunita’.

Importanti għandna bżonn li aħna nitilgħu fuq din il-muntanja żgħira għeżież tiegħi, forsi mhux muntanja għolja imma nsibu dan l-ispazju u mhux waħedna kemm hu possibli.

Ġesu’ jieħu lil Pietru, lil Ġakbu, lil Ġwanni flimkien. Il-Knisja għandha bżonn għeżież tiegħi tiskopri dejjem iktar lilha nnfisha f’komunitajiet żgħar, fi gruppi żgħar. Iġifieri l-Knisja tal-massa, il-Knisja bħal mhu l-Quddies tal-Ħadd tagħna, il-Knejjes li relettevament huma mimlija għeżież tiegħi, imma għandna bżonn id-dinamika ta’ realta’ iżgħar maħbubin tiegħi.

  • Fi gruppi żgħar fejn nistgħu anke nsiru nafu lil xulxin u nagħmlu mixja flimkien,
  • fejn nistgħu anke nħallu lill-Mulej ikellimna permezz ta’ xulxin,
  • fejn hemm ċerta intimita’ għeżież tiegħi.

Dan huwa bżonn in-Nisrani waħdu sempliċiment li jmur Quddies il-Ħadd mhux biżżejjed għeżież tiegħi, mhijiex biżżejjed. Ċertament li hija essenzjali pero’ biex ngħidu hekk huwa l-mininimu, issa hawn min irid jibqa’ fuq hemm pero’ jekk irridu nikbru u nimmaturaw u nimxu ‘l quddiem irridu nfittxu realtajiet iżgħar minn dawk li huma l-Quddies tal-Ħadd fil-mixja tal-ħajja tagħna.

F’dan il-mument għeżież tiegħi partikulari, f’din it-trasfigurazzjoni ta’ Ġesu’ se jidhru Mose’ u Elija u Ġesu’ fin-nofs. Imbagħad ħa jinstema’ leħen il-Missier li jgħid: ‘Dan hu Ibni l-għażiż, fih nsib il-għaxqa tiegħi, isimgħu lilu.’ Mose’ u Elija x’kienu jfissru?

  1. Mose’ għeżież tiegħi jirrapreżenta l-Liġi, il-Patt il-Qadim li Alla għamel fit-Testement il-Qadim jekk irrid ngħidha b’mod sempliċi l-Għaxar Kmandamenti u dak kollu li joħroġ madwarhom.
  2. Elija min naħa l-oħra jirrapreżenta t-tradizzjoni Profetika tal-poplu Lhudi. Dawk li Alla qiegħed jagħtihom il-Kelma, il-profeti biex jgħinhom jgħixu dak li Alla ta permezz ta’ Mose’.

Issa dawn it-tnejn għeżież tiegħi ħa jidhru ħdejn Ġesu’ u donnhom it-tnejn li huma se jgħibu quddiem Ġesu’ waqt li jippuntaw lejh. Il-Missier issa ħa jgħid: ‘Dan hu Ibni l-għażiż, fih nsib l-għaxqa tiegħi, isimgħu lilu.’ U din hija kelma tant sabiħa. Ċioe’ dak li qalu Mose’ , dak li qalu l-profeti, dak kollu li jgħid it-Testement il-Qadim isib il-quċċata tiegħu fi Kristu, issa u din hi importanti ħafna għeżież tiegħi.

Aħna l-Insara u din importanti għax ħafna nies ma jkunux jafu forsi xi drabi t-tagħlim sew u faċilment jisimgħu anke xi kultant min jitkellem fil-pubbliku jħawwadhom.

Aħna l-Insara nammettu li fil-Bibbja għeżież tiegħi hemm rivelazzjoni progressiva. Iġifieri l-affarijiet anke li nisbu fit-Testement il-Qadim mhumiex fil-milja u mhumiex fil-perfezzjoni tagħhom, alavolja huma fil-Kelma t’Alla. Il-milja u l-perfezzjoni hija proċess, hija mixja pass pass fejn Alla jmexxi l-istorja sakemm tilħaq il-quċċata kompleta fi Kristu. Iġifieri jekk aħna rridu nkunu nafu eżattament il-wiċċ vera t’Alla, jekk irridu nkunu nafu eżattament Alla xi jrid minna l-bnedmin, jekk irridu nkunu nafu eżattament Alla min hu rridu nħarsu lejn Ġesu’ Kristu.

Issib min jaqbad per eżempju xi kultant testi ta’ Testement il-Qadim mill-Bibbja u jaqbad jinterpretahom kif irid u jgħid qed tara l-Bibbja xi tgħid per eżempju jekk ikun hemm testi li jsemmu dwar vjolenza, ħaġa u oħra, imma dana mhuwiex fair jiġfieri li naqbdu l-Kelma t’Alla naqlawha out of context u l-kuntest mhux biss taż-żmien li nkitbet imma l-kuntest tal-Kelma t’Alla sħiħa u anke fid-dawl kif tfissirielna l-Knisja u niġu li naqtgħuha ‘l barra minn hemm għaliex nuru li ma nkunux nifhmu eżattament dan il-proċess Bibbliku, fejn kollox irid iwassal għal Kristu. Aħna ma naqbdux it-Testement il-Qadim u ngħidu: kull ma hemm fit-Testement il-Qadim dak hu li Alla jrid mill-bniedem , le hija mixja progressiva li tibni, li tiċċara għeżież tiegħi għaliex? Għax Alla għandu dil-pedagoġija, Alla għandu din il-mixja magħana għeżież tiegħi. Alla jmexxina bil-mod ‘il mod fil-mixja tal-ħajja tagħna.

Allura importanti nifhmu li dak kollu rridu nsibuh fil-verita’ fil-persuna ta’ Kristu. Il-Missier jgħidilna: ‘Isimgħu lilu.’ Issa dan mhux biss fuq il-livell tal-istorja tal-Bibbja, l-istorja tal-poplu Lhudi, l-istorja tal-Kelma t’Alla, imma dan anke fil-ħajja tagħna. Aħna wkoll jista’ jkollna l-Mose’ u lil Elija ta’ ħajjitna. Ċioe’ Mose’ dak li Alla fil-passat inqeda bih biex wassali l-Kelma tiegħu, biex wassali l-liġi, biex wassali d thuse and those, biex fetaħli għajnejja x’għandi nagħmel u x’ma għandix nagħmel biex ngħid hekk lil Mose’ nistgħu nirrapreżentawh anke fis-soċjeta’ tagħna Maltija, hekk tant it-tagħlim li aħna rċevejna li jurina l-moralita’ Kristjana eċċ..

Fl-istess ħin aħna jista’ jkollna l-profeti fil-mixja tal-ħajja tagħna. Persuni li Alla daħħalhom f’ħajjitna, f’ċirksutanzi partikulari li kienu ta’ dawl għalina, li kienu ta’ turning point fil-ħajja tagħna. Imma jrid jasal mument għeżież tiegħi meta Mose’ u Elija ż-żewġ krozzi ta’ ħajjitna rridu nitilquhom u niffukaw biss fuq Ġesu’ u nħallu lilu issa x’għandu x’jgħidilna. Inħallu lil Ġesu’ jkun verament is-Sid u ċ-ċentru ta’ ħajjitna u l-Missier jgħidilna: ‘Isimgħu lilu.’ Il-Madonna tgħidilna: ‘Agħmlu dak li jgħidilkom hu.’

Mela kollox idur Marija, il-Missier, l-Ispirtu s-Santu, kollha jixhdu għal Kristu. Ġesu’ hu fiċ-ċentru lilu isimgħu. Issa din hija mistoqsija li aħna rridu nagħmlu maħbubin tiegħi, illum ġurnata fi żminijietna.

  • Aħna lil min qegħdin nisimgħu?
  • Ġesu’ qegħdin nisimgħu lilu?
  • Jew aħna nisimgħu bir-rispett kollu lejn kulħadd x’jgħidu l-opinjonisti?

Fuq affarijiet serji qed nitkellem ee! Meta l-Missier u l-Kelma t’Alla tgħidilna nisimgħu minn Ġesu’, mhux nisimgħu minn Ġesu’ fejn naf jien fejn ħa nibnu u mhux ħa nibnu, imma nisimgħu minn Ġesu’ dwar min hu l-bniedem, min hu Alla, u x’inhi r-relazzjoni t’Alla mal-bniedem għas-Salvazzjoni ta’ ruħu eċċ… hija fuq dawn l-affarijiet fundamentali għeżież tiegħi. Imma fuq din il-viżjoni tal-ħajja, il-viżjoni t’Alla, il-viżjoni tal-bniedem. X’inhi l-verita’, x’inhu s-sewwa, x’inhu t-tajjeb, x’inhu l-ħażin. Aħna l-Insara msejħin biex nisimgħu lilu. Id-dinja kollha propjament hija msejħa biex tisma’ minn Ġesu’, imma mhux kulħadd irrid. Imma aħna li ngħidu li nemmnu minn min qed nisimgħu għeżież tiegħi?

  • Mill-politiċi?
  • Mill-artikolisti?
  • Minn opinjonisti?
  • Minn min jaħseb li jaf l-affarijiet għeżież tiegħi?

Fuq l-affarijiet li l-Mulej kellimna dwaru li lilu rridu nisimgħu għeżież tiegħi, u lilu kif qalilna hu fil-Kelma tiegħu, mhux lanqas inġebdu u ndawru u ninterpretaw il-Kelma t’Alla kif jaqblilna u kif irridu minn ċirkustanza għall-oħra.

Ħbieb, l-opinjonijiet tan-nies kollha jitbidlu, illum ngħidu mod u għada ngħidu mod ieħor. U inti daqshekk iblah u belha li tibni ħajtek fuq persuni illi huma pinnur? Illi kulħadd ibiddel il-verżjoni li jgħid skont x’jaqbillu u skont f’liema pożizzjoni jkun jinsab u skont iċ-ċirkustanza li jkun fiha? Ħbieb, mhux worth it! Il-ħajja tagħna hija wisq serja u prezzjuża u ma għandnix nibnuha b’dan ‘il mod. Imma ħajjitna għalhekk il-Mulej tana l-Kelma tiegħu, isimgħu lilu maħbubin tiegħu.

Kemm għandna bżonn nisimgħu lil Ġesu’

  • fuq ir-realta’ taż-żwieġ,
  • fuq ir-realta’ tal-familja,
  • fuq is-sesswalita’ tal-bniedem,
  • fuq il-foqra,
  • fuq l-inġustizzji,
  • fuq il-paċi u l-gwerrer.
  • Kemm għandna bżonn niismgħu lil Ġesu’ fuq li nkunu qaddisin,
  • fuq l-għaqda fil-Knisja,
  • fuq il-verita’.
  • Kemm għandna bżonn għeżież tiegħi li nisimgħu lil Ġesu’ fuq il-ħolqien,
  • fuq l-ambjent.
  • Kemm għandna nisimgħu lil Ġesu’ għeżież tiegħi fuq il-virtujiet li aħna msejħin biex ngħixu.
  • Kemm għandna bżonn nisimgħu lill-Mulej fuq tant u tant issues.

Ejjew nagħmlu dan l-eżerċizzju għeżież tiegħi. Meta niġu biex niddeċiedu xi ħaġa, ejjew f’moħħna u f’qalbna ngħidu: Imma Ġesu’ x’jgħid fuq din ‘il ħaġa? Mhux x’naħseb jien, mhux x’jaħseb ir-raġel, il-mara u t-tfal u ma nafx min. Ġesu’ x’jgħid? Il-Missier qalilna: ‘Isimgħu lilu.’ Żgur dak li Alla jgħidilna għeżież tiegħi, anke jekk xi drabi ma nifhmuhx u nsibuh diffiċli, żgur li huwa għall-ġid tagħna.

Ħafna drabi aħna, il-verita’ x’inhi? Aħna rridu nisimgħu min jgħidilna dak li jaqblilna. Dil-verita’ ħbieb tiegħi, aħna rridu nisimgħu min jgħidilna aħna x’nixtiequ nisimgħu, iġifieri rridu nsibu min idoqq il-qanpiena li tgħodd għal widnejna u kif insibu dak ix-xi ħadd illi jgħidilna dak li rridu nisimgħu dak ix-xi ħadd nagħmluh alla fil-ħajja tagħna. Dażgur, għax qed jgħidlek dak li tixtieq tisma’. Ħafna drabi l-Mulej ma jgħidilniex dak li nixtiequ nisimgħu, għax dak li nixtiequ aħna mhux bilfors huwa tajjeb. Dak li jixtieq il-bniedem, li tixtieq is-soċjeta’ mhux bilfors huwa s-sewwa, mhux bilfors huwa t-tajjeb. Allura l-Mulej narawh ta’ xkiel anke fil-ħajja soċjali tagħna għeżież tiegħi għax ma jgħidilniex dak li aħna nixtiequ.

Jgħidilna l-verita’, il-verita’ mhix dejjem popolari għeżież tiegħi, pjutost issib min jgħidlek il-verita’ x’inhi? U l-verita’ min jafha? Il-verita’ vvintajtuha intom u ma nafx min. Illum l-importanti l-opinjoni u kulħadd kif jaħsibha hu. U għalhekk il-Kelma t’Alla llum hija sfida kbira għalina, fil-konverżjoni tagħna, fil-mixja tagħna, irridu nfittxu li nisimgħu leħen il-Mulej u li nisimgħu lilu, nixtieq nagħlaq b’espressjoni ta’ San Ġorġ Preca. San Ġorġ Preca hekk il-leħen ta’ Ġesu’ kien iħobb jgħidlu l-Vanġelu, il-Kelma t’Alla, leħen il-Maħbub. Kemm hi sabiħa! Għax jaf li Alla jħobbna. Il-qaddisin jafu li Alla jħobbna u dak li jgħidilna huwa dejjem kelma t’imħabba, anke jekk ma narawhiex hekk, anke jekk ma nifhmuhiex hekk.

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Alla flus!

It-Tnejn, 23 ta’ Jannar 2017: Riflessjoni dwar Mt 6: 24-34. (It-8 Ħadd matul is-Sena A) Ara t-test tagħha taħt il-vidjo ….

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Il-Paċi magħkom għeżież tiegħi, u minn qalbi nixtieq nilqagħkom ilkoll għal darb’oħra għal dan il-programm ‘Ejjew Għandi’, stedina li jagħmlilna b’ħafna mħabba u b’ħafna ħniena l-Mulej Ġesu’ fil-ħajja tagħna għax jaf illi aħna mingħajru ma nistgħu nagħmlu xejn u jibqa’ jgħidilna: ‘Ejjew għandi’ u jibqa’ jgħidilna għeżież tiegħi, ħalli anki jekk xi darba nkunu daqsxejn widna truxa, imma jibqa’ jirrepetiha sakemm fl-aħħar tmiss il-qalb tagħna. Ġesu’ ma jaqta’ qalbu minn ħadd la hu u anqas jiena għeżież tiegħi.

Nixtieq nibda billi nsellem lil uħud minnkom illi naf li tkunu qegħdin isegwuna minħabba anke l-kuntatt li għandi magħkom u nixtieq nunurakom ftit hekk u nurikom li verament niftakru fikom anke matul dan il-programm. Nixtieq nibda billi nsellem lill-għeżież ħbieb tiegħi priġunieri għeżież tiegħi, dawk illi tinsabu fil-Faċilita’ korrettiva ta’ Kordin insellmilkom mill-qalb, insellem anke l-priġunieri żgħażagħ illi jinsabu fis-section tal-Yours ġewwa l-Imtaħleb u nsellem lil dawk li anke jinsabu fis-section tal-Forensika nsellmilkom mill-qalb, insellem anke l-uffiċjali, il-gwardjani kollha li jaħdmu anke f’dan il-qasam u nsellem anke lil relatives kollha, lill-qraba kollha għeżież tiegħi anke ta’ sħabna l-priġunieri. Fl-istess ħin insellem ukoll anke min hu vittma ta’ xi ħadd mill-priġunieri għaliex irridu naraw l-munita minn ġiex naħat fil-ħajja, iġifieri anke aħna bħala Nsara, bħala Knisja ngħinu lil kull min żbalja waqt li ma nistgħux ninsew u ma nistgħux nieqfu nakkumpanjaw anke min huwa vittma ta’ min żbalja, ee! Irridu naraw l-affarijiet b’mod sħiħ fil-mixja tagħna.

Nixtieq insellem ukoll anke lill-morda kollha naf diversi minnkom li tkunu qegħdin isegwu, hekk il-morda li qegħdin fl-Isptar, li qegħdin fid-djar. Nixtieq insellem anke l-anzjani li intkom fid-djar tal-anzjani kelli anke opportunita’ fil-ġimgħat li għaddew anke li nżur uħud mill-anzjani fid-djar tal-anzjani kienet esperjenza sabiħa anke għalija li niltaqa’ magħkom.

Nixtieq insellem għeżież tiegħi lil dawk illi jsegwuna b’mezzi ta’ komunikazzjoni differenti permezz ta’ dal-programm, insellmilkom tassew mill-qalb, lil dawk li jħobbu anke jaqsmu dal-programm ma’ persuni oħrajn li jħeġġu oħrajn biex jarawh biex jisimgħu b’mod tajjeb anke l-Kelma t’Alla.

Nixtieq insellem familji u koppji, anke koppji żgħażagħ li naf li jinġabru flimkien ħalli jsegwu flimkien għeżież tiegħi l-Kelma t’Alla b’dan ‘il mod u nsellem lilkom ilkoll anke li forsi kumbinazzjoni qegħdin tisimgħu f’dan il-mument, imma m’Alla m’hemmx kumbinazzjonijiet il-Mulej dejjem jara kif iressaqna lejh b’mod jew b’ieħor.

San Piju tal-pjagi qaddis naħseb li kulħadd sema’ dwaru ma tantx kien jemmen fil-kumbinazzjonijiet u bit-Taljan kien iħobb jgħid: Che sempre qualcuno che combina le combinazioni – Dejjem hemm xi ħadd li jikkumbina l-kumbinazzjoniet u dan ix-xi ħadd huwa l-id moħbija t’Alla fil-ħajja tagħna.

Illum għeżież tiegħi bħal dejjem il-Mulej għandu Kelma x’jagħtina. Għaliex jagħtina l-Kelma tiegħu? Għax

  • il-Kelma tiegħu tiċċara l-viżjoni tagħna,
  • tiċċara l-ħsibijiet tagħna,
  • il-Kelma tiegħu hija ta’ dawl – hija ta’ fanal għalina,
  • tgħidilna l-Kelma t’Alla stess.

Il-Kelma t’Alla ma tqarraqx bina tgħidilna l-verita’ forsi f’dinja fejn ħafna drabi huwa kulħadd kif jaħsibha hu, allura l-opinjoni l-kelma verita’ xi kultant daqsxejn allerġiċi għaliha. Tipo l-verita’ min jafha? Tipo l-verita’ min għandu l-verita’? Ġesu’ ġie jurina għeżież tiegħi l-verita’. Il-verita’ li tmiss m’Alla u mall-bniedem u r-relazzjoni bejn dawn it-tnejn, dik hija l-verita’ li nsibu fil-Kelma t’Alla. Il-verita’ dwar min hu Alla, il-verita’ dwar min hu l-bniedem, u l-verita’ dwar ir-relazzjoni bejn Alla u l-bniedem u l-bniedem m’Alla. Il-Kelma t’Alla fuq dawn tkellimna, il-Kelma t’Alla hija ġrajja t’imħabba bejn dan Alla li jħobbna u l-bniedem jekk jiftaħ qalbu jista’ jilqa’ din l-imħabba u jikber fiha.

Illum il-Mulej se jkellimna dwar tema partikolari oħra li nsibuha fil-Vanġelu skont San Mattew kapitlu 6 vrus 24 sa vrus 34 allura għandna għaxar t’ivrus mill-kapitlu 6 ta’ Mattew. Jekk għandkom il-Vanġelu ħdejkom kif naf li diversi tagħmlu aqbduh, iftħuh, sibuh, fittxu miegħi din il-Kelma ħalli flimkien inkunu nistgħu naqrawha u naraw il-Mulej x’għandu x’jgħidilna.

“Ħadd ma jista’ jaqdi żewġ sidien; jgħidilna Ġesu’ għax jew ikun jobgħod lil wieħed u jħobb lill-ieħor, jew jintrabat ma’ wieħed u jistmell lill-ieħor. Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-flus.“Għalhekk ngħidilkom: tinkwetawx ruħkom għal ħajjitkom, x’se tieklu jew x’tixorbu, anqas għal ġisimkom x’se tilbsu. Jaqaw il-ħajja m’hijiex aqwa mill-ikel, u l-ġisem aqwa mill-ilbies? Ħarsu lejn l-għasafar tas-sema; la jiżirgħu u lanqas jaħsdu u lanqas igeddsu fl-imħażen, u madankollu Missierkom li hu fis-smewwiet jitmagħhom! Intom ma tiswewx aktar minnhom? U min minnkom, bl-inkwiet kollu tiegħu, se jseħħlu jtawwal għomru mqar b’jum wieħed biss? U għall-ilbies għalfejn tinkwetaw ruħkom? Ħarsu lejn il-ġilji tal-għelieqi, kif jikbru! U la jitħabtu u lanqas jinsġu. Madankollu, ngħidilkom, anqas Salamun, fil-glorja kollha tiegħu, ma kien jilbes bħal wieħed minnhom. Mela jekk Alla jlibbes hekk imqar ħaxixa selvaġġa li llum hawn u għada tinxteħet fil-forn, kemm aktar lilkom, nies ta’ fidi ċkejkna! Għalhekk toqogħdux tinkwetaw ruħkom u tgħidu, “X’se nieklu?’ jew ‘X’se nixorbu?’ jew ‘X’se nilbsu?’, għax dawn huma kollha ħwejjeġ li jfittxuhom il-pagani. Imma Missierkom li hu fis-smewwiet jaf li dan kollu teħtiġuh. Mela fittxu l-ewwel is-Saltna u l-ġustizzja ta’ Alla, u dan kollu jingħatalkom ukoll. Mela toqogħdux tħabblu raskom għall-għada, għax il-jum ta’ għada jħabbel rasu hu għalih innifsu. Biżżejjed hu għall-jum it-taħbit tal-ġurnata.”

F’din il-Kelma għeżież tiegħi għandna ftit temi li jidħlu f’xulxin. Għandna it-tema tal-flus, għandna t-tema tal-fiduċja f’Alla allura t-tema biex tan-nuqqas t’inkwiet f’ħajjitna, it-tema anke tal-bżonn tal-affarijiet materjali fil-ħajja tagħna, Ġesu’ stess jgħid: ‘Il-Missier jaf li dan kollu teħtieġuh.’ Toħroġ anke t-tema f’dal-Vanġelu illi aħna rridu npoġġu pero’ l-affarijiet t’Alla l-ewwel u qabel kollox. Il-Vanġelu llum b’mod jew b’ieħor idur dwar hekk is-sigurtajiet tagħna, s-sigurta’ tal-qalb tagħna.

Qaddejja tal-Flus

U xtaqt nibda billi nitlaq propju bl-ewwel kliem illi jgħid Ġesu’ meta jgħid: ‘Ma tistax taqdi żewġ sidien, għax jew tħobb lil wieħed u tobgħod lill-ieħor, jew taqdi lil wieħed jew taqdi lill-ieħor.’ U dawn iż-żewġ sidien għeżież tiegħi fi kliem Kristu min huma? Alla u l-flus. Issa din hija interessanti ħafna ee. Ġesu’ qed jindirizza l-issue tal-flus u l-flus fihom infushom m’humiex xi ħaġa ħażina, il-flus għandna bżonnhom biex aħna ngħixu fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Pero’ Ġesu’ qed jgħid illi għal uħud minna l-flus isiru alla fil-ħajja tagħhom. Il-flus isiru alla! U għaliex il-flus isiru alla jitrattawhom ta’alla u Ġesu’ hawnhekk juri aspett partikolari. Aħna Alla l-imbierek isejħilna biex aħna naqduh, inkunu qaddejja tiegħu, qaddejja tiegħu fl-imħabba u Ġesu’ jitkellem li anke l-flus inti tista’ ssir qaddej tagħhom. Flok il-flus jaqdu lilek int taqdi lilhom, flok il-flus huma utilita’ li inti għandek bżonn biex tgħix inti ssir dipendenti minnhom. Ħajtek ddur madwarhom flok ħajtek iddur m’Alla jiġifieri Ġesu’ jurina ‘l ġiex perikli. Waħda li nsiru qaddeja tal-flus u l-oħra li l-flus jieħdu post Alla fil-ħajja tagħna u din hi issue ħafna serja li Ġesu’ llum qiegħed ikellimna dwarha.

L-ewwel ħaġa li ssir qaddej tal-flus ċioe’ l-flus jieħdulek over ħajtek u dina hemm diversi affarijiet li nistgħu nirriflettu fuqhom għeżież tiegħi. Meta aħna l-flus x’inhuma? Il-flus jistgħu jagħtuk poter, il-flus jistgħu jagħtuk sigurta’, il-flus jistgħu jagħtuk il-kumdita’ li inti tgħix kif trid. Issa li inti tgħix ħajja komda mhix xi ħaġa ħażina ta fiha nnfisha, imma meta per eżempju ssib lil min dejjem irid ifaddal, ifaddal, ifaddal, issa m’hemm xejn ħażin li tfaddal importanti li nkunu bil-għaqal u nkunu poplu li jħobb ifaddal għeżież tiegħi, imma meta ssib lil min ifaddal, ifaddal, ifaddal u jrekken, irekken mhux biex jużahom f’xi ħaġa, imma għax dejjem bil-biża’ li jrid ikollu iktar u iktar imbagħad ma jafx jgħix il-mument, imbagħad iħalli l-familja tiegħu nieqsa, jekk il-mara ma taħdimx tħalliha nieqsa mill-flus, iġifieri dawn iċ-ċirkustanzi fejn dawn l-imberkin flus għeżież tiegħi jieħdu tant kontroll tal-ħajja tiegħek li ma tindunax li qed tibni ħajtek madwarhom u qed tkisser il-familja tiegħek stess u lilek innifsek flok il-flus qegħdin hemmhekk għas-servizz tal-familja tiegħek.

Korruzzjoni u Tixħim

Imbagħad għeżież tiegħi nsibu ċirkustanzi li rridu niftħu għajnejna u noqgħodu attenti meta minħabba l-flus nidħlu fil-korruzzjoni u fit-tixħim għeżież tiegħi anke f’istituzzjonijiet illi aħna suppost għandna moħħna mistrieħ bihom għeżież tiegħi, u dan f’kull qasam, f’kull qasam, f’kull istituzzjoni għandha l-qasam finzjarja tagħha.

  • Jekk nieħdu l-pajjiż bħala entita’ ċivili fih innifsu għandu l-istituzzjonijiet tiegħu u l-issue tal-finanzi,
  • jekk nieħdu l-Knisja għandha l-istituzzjonijiet tagħha u għandha wkoll l-issue tal-finanzi,
  • jekk nieħdu anke l-iċken għaqda, l-iċken grupp, komunita’ tal-Knisja għandu l-istituzzjonijiet tiegħu u għandu l-issue tal-finanzi,

imma meta għeżież tiegħi f’istituzzjonijiet tagħna fuq kull livell, livell ta’ stat, livell ta’ Knisja, livell ta’ għaqda, livell ta’ xogħol fejn taħdem. Meta l-flus jieħdu over il-bniedem allura dawn il-flus isiru alla u tidħol il-korruzzjoni, jidħol it-tixħim, jidħlu ksur ta’ drittijiet tal-bniedem, jidħlu preferenzi, jidħlu inġustizzji għeżież tiegħi u dawn nistgħu nagħmlu lista dejjem titwal u warajhom dejjem insibu flus ħbieb tiegħi li jgħamu lill-individwi li suppost qegħdin f’pożizzjonijiet biex jagħmlu dak li hu sewwa. U dan għeżież tiegħi hija realta’ illi tweġġa’, hija realta’ illi tbikki għax dak ifisser allura illi min għandu l-flus jimxi f’ċerti affarijiet anke b’mod korrott u min ma għandux jibqa’ jbati.

Ħbieb tiegħi, aħna li ngħidu li aħna Nsara noqgħodu attenti ee! Għax xi drabi aħna għandna t-tendenza li naqbdu ċerti dnubiet u nagħmluhom kbar ħafna, li tidgħi u dażgur li hija ħaġa ħażina, illi taqlibha l-mara, ir-raġel, tieħu raġel jew mara ta’ ħaddieħor u żgur li ħażina, pornografija dażgur li ħażina, imma anke l-korruzzjoni daqstant ieħor hija ħażina u jekk inti nqbadt f’xibka ta’ korruzzjoni, int trid tindem l-ewwel u qabel kollox u tindem quddiem Alla għaliex? Għaliex għamilt alla l-flus tiegħek, qlibt lil Alla mal-flus ħbieb tiegħi u dina mhux nippuntaw subgħajna lejna ħadd, kulħadd jipponta subgħajh l-ewwel wieħed jien lejja nnifsi u naraw dit-tentazzjoni tal-flus għeżież tiegħi jekk aħna aħniex naqgħu għaliha fil-ħajja tagħna.

Ibda minn affarijiet jekk qed tagħmel Interview per eżempju inti għandek responsabbilta’ li tagħmel l-Interview lin-nies biex idaħħalhom tax-xogħol u xi ħadd jipprova jżerżaqlek xi ħaġa x’tagħmel? Forsi tkun fil-bżonn taraha ġiet għasel niżla b’xejn iċċedi għaliha? Jekk inti qiegħed fil-Ġudikatura, jekk inti qiegħed f’pożizzjoni ta’ Qorti b’mod jew b’ieħor u xi ħadd jipprova javviċinak, javviċinak għall-qliegħ finanzjarju jagħtik xi ħaġa x’tagħmel, iċċedi għaliha jew tieqaf? Jekk inti għandek awtorita’, għandek poter fil-pajjiż u għandek sitwazzjonijiet fejn stajt akwistajt qliegħ finazjarju b’korrot x’tagħmel, iċċedi għaliha?

Profit minn affarijiet qaddisa

Ħbieb tiegħi tista’ tkun anke fil-Knisja, fi ħdan il-Komunita’ Nisranija. Waħda mit-tentazzjonijiet illi nsibu fil-Knisja sa mill-bidu tagħha fil-Ktieb tal-Atti tal-appostli meta ċerta Smun li minnu ġejja l-kelma anke d-dnub tas-Simonija, meta nagħmlu affarijiet qaddisa bi skop finanzjaru biex naqilgħu l-flus minnhom. Dan ukoll għeżież tiegħi anke fi ħdan il-Komunita’ Nisranija. Din hija xi ħaġa li l-Knisja stess tikkundana fiha stess kull darba li jitfaċċaw każi bħal dawn. Iġifieri dan li qed insemmi mhux pointing fingers lejn ħadd jew xi realta’ partikolari, imma biex nagħmlu lkoll kemm aħna quddiem il-Kelma t’Alla noqgħodu attenti li ma nsibux lilna nnfusna, illi qed nagħmlu l-flus alla tagħna għeżież tiegħi qegħdin jgħamuna u ma narawx imbagħad meta nitkaħħlu mal-ħajt niftħu għajnejna u xi drabi jkun too late. Xi drabi jkun too late biex tirranġa ċerti ċirkustanzi, ikunu ċirkustanzi li ma tistax tagħmel reverse ħlief li jkollok tbati ċ-ċirkustanzi tal-għażliet ħżiena illi inti tkun għamilt.

Taħdem iżżejjed

Anke realtajiet għeżież tiegħi li waħda li hija marbuta mal-flus hija x-xogħol iġifieri hawn min jaqla’ l-flus bl-għaraq ta’ ġbinu, ta’ vera, jaħdem u jistinka u jbati għeżież tiegħi u din hi ħaġa sabiħa, hija ħaġa ta’ sodisfazzjon ukoll li inti l-flus tiegħek taqlagħhom bl-għaraq ta’ ġbinek. Pero’ noqgħodu attenti li anke f’dan ma mmorrux fl-estrem,

  • li inti tispiċċa ħajtek xogħol biss,
  • li inti tispiċċa taħdem biss
  • u ma għandekx il-ħin għall-familja,
  • ma għandekx ħin biex tieħu ħsieb saħħtek,
  • ma għandekx ħin biex titlob,
  • ma għandekx ħin biex il-Ħadd tqaddsu ta’ bniedem
  • li tersaq lejn Ġesu’ fl-Ewkaristija,
  • li mort qerrejt,
  • li ħriġt mall-familja,
  • li sibna ħin nitolbu flimkien.

Imma meta anke l-Ħadd isir opportunita’ biex naħdmu aktar għax il-paga naqilgħuha iktar u skapitu ta’ dan il-prezz li nħallsu għalih huwa xi drabi illi ninqatgħu minn Alla u mill-familji tagħna, allura rridu nagħmlu l-mistoqsijiet tagħna.

  • Fejn huma l-prijoritajiet tagħna ħbieb tiegħi?
  • Issa wieħed jista’ jgħid imma għax hekk miexja s-soċjeta’ jfisser illi miexja tajjeb?
  • Għaliex hekk huma s-sitwazzjonijiet ifisser li huma tajbin?
  • Aħna minn min aħna mmexxija?

Aħna, b’mod speċjali għeżież tiegħi jekk aħna rridu nimxu wara l-Mulej Ġesu’ rridu nħalluh ipoġġi l-flus f’posthom f’ħajjitna.

Ġesu’ għeżież tiegħi mhuwiex kontra l-flus u Ġesu’ lanqas hu favur il-foqra kontra s-sinjuri, il-Mulej mhuwiex hekk. Alla għeżież tiegħi m’huwiex kontra l-ġid li aħna jista’ jkollna fil-ħajja tagħna. Fl-aħħar mill-aħħar kollox ġej minnu pero’ jrid jgħidilna biex inpoġġu kollox f’postu f’ħajjitna u forsi xi drabi huwa dan li aħna nitilfu, dan il-bilanċċ ħbieb tiegħi.

Kif tonfoq il-Flus

L-istess ħaġa nixtieq anke nkompli nżid fuqha fuq din l-issue tal-flus illi jekk inti għandek il-flus anke jekk inti ħdimt għalihom ma jfissirx illi inti għandek id-dritt li taqbad tonfoq kollox bl-addoċċ għeżież tiegħi. Aħna fid-dinja hawn ġid biżżejjed biex naqsmuh bejnietna, Alla d-dinja ta ġid biżżejjed biex naqsmuh bejnietna imma xi drabi għeżież tiegħi l-mentalita’ li għax din hija tiegħi, ħdimt għaliha jien eċċ… Allura mbagħad letteralment ikollna sparparjar ħela ta’ flus ħbieb tiegħi. Fuq dan irridu nagħmlu eżami tal-kuxjenza tagħna li qlajthom int il-flus bl-għaraq ta’ ġbinek hija tajba, imma x’tagħmel bihom hija issue oħra wkoll. Iġifieri naqbdu per eżempju u nixtru skoss ħwejjeġ bl-addoċċ. Kemm għandna ħwejjeġ fil-gwardarobbi tagħna li nużawhom darba fil? Kemm irridu nixtru affarijiet li mbagħad ma nafux x’se naqbdu nagħmlu bihom għeżież tiegħi. Hija tal-biki meta naraw min iberbaq il-flus b’dan ‘il mod u min ma għandux għaxja ta’ lejla kif jgħid il-Malti għeżież tiegħi kemm f’pajjiżna u kemm f’pajjiżi barra minn Malta.

Poplu ġeneruż

Għalhekk ejjew ilkoll kemm aħna nagħmlu l-eżami tal-kuxjenza tagħna. Aħna poplu ġeneruż ukoll irridu nsemmuha għandna kwalita’ sabiħa. Diversi nies li anke milli jaqilgħu, milli jaħdmu eċċ… anke buisness men kapaċi jkunu ġenerużi u joffru donazzjonijiet eċċ… Jien nixtieq inħeġġeġ ħafna illi biex il-flus jieħdu posthom f’ħajjitna l-karita’ ma tkunx marbuta m’okkażjonijiet partikolari waħda, tnejn, tlieta, li jiġu matul is-sena. Imma l-karita’ tagħna tkun ħaġa regolari f’ħajjitna. Aħjar ‘il ftit u ta’ spiss milli ‘l ħafna f’okkażjoni waħda għaliex anke lilna żżommna kontinwament accountable f’relazzjoni tajba u ġusta mal-flus u b’mod speċjali anke ma’ min hu fil-bżonn illi aħna nistgħu ngħinu. U ħaġa oħra wkoll fejn jidħol it-tħaddim tal-flus anke b’risq il-karita’, ejjew nkunu dejjem attenti illi nwessgħu l-ispectrum tagħna ta’ min hu fil-bżonn għax xi drabi jista’ jiġrilna li jkun hemm ċerti persuni, realtajiet, entitajiet illi dejjem jaqilgħu aktar huma u forsi jkun hemm entitajiet, persuni, realtajiet illi jieħdu inqas.

Ejjew l-awareness tagħna tal-bżonnijiet tal-bniedem fis-soċjeta’ u fil-Knisja nwessgħu kemm jista’ jkun għaliex kull bniedem li hu fil-bżonn jistħoqqlu u għandu dritt għall-imħabba tiegħi u għall-imħabba tiegħek u anke għall-għajnuna finanzjarja, illi aħna msejħin sabiex nagħtu.

Vizzji

Fejn tidħol anke l-issue tal-flus nixtieq li anke hekk niġbed ftit l-attenzjoni ħbieb tiegħi fejn jidħlu ċerti vizzjijiet jiġini f’moħħi l-ewwel ħaġa d-droga. Kemm flus jintefqu fid-drogi maħbubin tiegħi? Kemm żgħażagħ u mhux żgħażagħ biss anke adulti berbqu ġidhom fil-flus fil-veru sens tal-kelma biex qed ikissru l-ħajja tagħhom. Kemm nies qegħdin japprofittaw ruħhom minn fuq dan il-vizzju fejn hemm id-droga biex inti ssir sinjur minn fuq dahar min qed ibati, u jekk qed isegwi xi ħadd bħalissa li inti tittraffika d-droga, li inti tbiegħ id-droga f’isem Ġesu’ Kristu qed nitolbok ieqaf u kkonverti. Dawn il-flus li saru alla tiegħek minn fuq dahrek qed jitkissru persuni oħrajn u l-iskuża li ngħidu: ‘Kulħadd fil-liberta’ jagħmel hu jien mhu qed nisforza ‘l ħadd jieħu d-droga mingħandi,’ int qed tikkolabora ma’ din ‘il ħaġa u f’isem il-Mulej qed nitolbok bi ħniena kbira ma nkomplux inħassru għeżież tiegħi lil uliedna, il-ġenerazzjonijiet tagħna, ma nkomplux inkissru persuni billi nagħmlu dawn l-affarijiet available quddiem nies li huma diġa’ vulnerabbli fil-ħajja tagħhom.

Prostituzzjoni

L-istess għeżież tiegħi fejn tidħol il-qliegħ tal-flus li jgħami lil dawk li jħadmu il-prostituti. Jekk xi ħadd huwa f’dan il-qasam u b’xi mod qed isegwi, nagħmillek appell minn qalbi f’isem Alla l-imbierek mhux f’ismi li tikkonverti ħija, li tikkonverti oħti. Li ma tibqax tħaddem nisa bħal dawn għall-isfrutament li jgħaddu minnhom biex inti taqla’ iktar flus. Naf x’qed ngħid għeżież tiegħi, naf x’qed ngħid! U nagħmlilkom dan l-appell għaliex dawn huma fejn il-flus qed isiru ‘l alla falz tagħna, fejn qed isiru għodda f’idejn ix-xitan biex ikomplu jeqirdu l-bniedem, hija meravilja li ġġgħelek tibki u tistħi kif għall-qliegħ ta’ flus aħna kapaċi ngħaddu persuni minn dik it-tbatija u minn dik is-sofferenza.

Pornografija

L-istess qliegħ ta’ flus li għandna llum il-ġurnata mill-pornografija li tagħti pjaċir il-bniedem imma qed tkisser ir-relazzjonijiet. Kemm qed tkisser miżżewġin, kemm qed tkisser koppji, kemm qed tħassar żgħażagħ bil-mentalita’ li jitilgħu biha u wara dan kollu x’hemm? Qliegħ finanzjarju. L-industrija tal-pornografija hija waħda mill-ikbar industriji fid-dinja li tiġġenera flus lil ċertu kumpaniji xi drabi iktar milli jiġġeneraw il-banek. Sibu l-istatistiċi intom u araw jekk dak li qed ngħid huwiex vera. Kemm wara dawn l-affarijiet għeżież tiegħi, wara dan il-ħażen hemm il-flus u għalhekk il-Mulej Ġesu’ llum qed jagħmilha ċara. Qed ineħħu lil Alla vera u qegħdin inpoġġu lil dan ‘l alla falz, ‘l alla flus li jwassalna biss għall-qabar u li possibilment nitilfu ruħna fl-infern ħaġa li Alla ma jridx u għalhekk qed jiftħilna għajnejna. Alla ma jiġix iċanfarna b’dil-Kelma tiegħu hekk biex joqgħod jikkastigana, jtina xi xebgħa le! Hu bħal tabib ġentili li jmiss il-feriti tagħna u jiftaħhom biex ikun jista’ jagħtina l-fejqan minn dawn is-sitwazzjonijiet għeżież tiegħi ta’ żminijietna. Il-lista kulħadd jista’ jagħmel il-lista tiegħu maħbubin tiegħi.

Użura

Mal-lista tal-flus nixtieq insemmi wkoll l-użura li għandna f’pajjiżna. Kemm iltqajt ma’ nies li huma vittmi tal-użura, issa ovjament f’dawn l-affarijiet hemm it-taħwid, hemm l-iżbalji u wieħed ma jmissux daħal fihom vera, imma l-użuraj. Jekk xi ħadd minnkom huwa nvolut f’dil-ħaġa li tagħti l-flus lin-nies u teħdilhom mhux id-doppju talli tkun tajthom bis-swat, bit-thedid, bix-xebgħat għeżież tiegħi f’isem Ġesu’ qed nitolbok li tikkonverti u rrealizza l-ħsara li qed tagħmel lilek innifsek l-ewwel ħaġa, billi qed tħammeġ ruħek quddiem Alla u l-ħsara li qed tagħmel lin-nies li qegħdin ibatu għeżież tiegħi, u tibżgħux jekk xi ħadd huwa vittma ta’ dawn l-affarijiet inħeġġiġkom mill-qalb fittxu l-għajnuna li għandkom bżonn. Jekk hemm bżonn fittxu l-pulizija, jekk hemm bżonn fittxu avukati li jistgħu jgħinukom, jekk hemm bżonn fittxu nies li jistgħu jkunu ta’ għajnuna għalikom anke f’istituzzjonijiet illi jeżistu ħbieb tiegħi, imma dawn huma realtajiet fiż-żminijiet li aħna qegħdin ngħixu fejn minħabba dan ‘l alla flus għandna nies illi qegħdin jitkissru u jinqerdu.

Ġesu’ għalhekk jitolbna biex nikkonvertu, ma nistgħux naqdu lil Alla u lill-flus. Il-Mulej iridna naqdu lilu għaliex meta naqdu lilu dawn l-affarijiet jeħilsilna qalbna, ikollna l-paċi, ikollna l-imħabba, ikollna l-liberta’ u mhux inkunu nies illi nisfruttaw imma nkunu nies li nħobbu, nies ġenerużi, nies li ngħinu lill-oħrajn.

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Inpattiha?

Il-Ħamis, 12 ta’ Jannar 2017: Riflessjoni dwar Mt 5: 38-48. (Is-7 Ħadd matul is-Sena A) Ara t-test tagħha taħt il-vidjo ….

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Il-Paċi magħkom maħbubin tiegħi u nilqagħkom għal darb’oħra għal dan il-programm ‘Ejjew Għandi’, stedina li jagħmlilna Ġesu’ ta’ kull ġimgħa sabiex aħna verament insibu fih t-Triq, il-Verita’ u l-Ħajja tagħna. Darba San Pietru qallu: ‘Imma Mulej għand min immorru? Int biss għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem.’ U Pietru din il-kelma jgħidha lil Ġesu’ f’kuntest li ħafna telqu lil Ġesu’ u Ġesu’ qalhom: ‘Tridux titilqu intom ukoll?’ Imma Pietru għaraf, jekk nitilquk Mulej aħna jekk nagħmlu bħal kulħadd u nitilquk, fejn tridna mmorru? Fejn ħa nsibu l-verita’ fil-ħajja tagħna? Fejn ħa nsibu l-paċi vera? Billi nitilquk x’sejrin nieħdu?

Għeżież tiegħi u hija vera dil-ħaġa. Xi drabi hekk niltaqgħu ma’ persuni li forsi jgħidulek: Jiena m’għadniex nemmen, ma għadniex imur il-Knisja, jiena ma nemminx il-Kelma t’Alla. Imma fejn ħa nagħtu rasna jekk aħna naqtgħu lil Alla ‘l barra minn ħajjitna? Ġesu’ ma jaqtax qalbu minna għeżież tiegħi. Fl-imħabba tiegħu jibqa’ dejjem u dejjem jiġri warajna u llum ukoll irid jagħtina kelma. Kelma li tkompli tisfidana u tiċċelenġjana, hekk il-Vanġeli li qegħdin hekk naqraw dan l-aħħar f’dawn l-aħħar programmi m’humiex Vanġeli ħfief ee.. M’humiex kliem ħafif. Fihom qegħdin naraw lil Ġesu’ illi bħal ma’ Mose’ fit-Testement il-Qadim ta l-liġi lil dan il-poplu t’Alla, Ġesu’ bħala l-Mose’ l-ġdid, bħala dak li verament qed jurina Alla xi jrid minna qed jagħtina t-tagħlim tiegħu. It-tagħlim ta’ Ġesu’ għeżież tiegħi mhux xi tagħlim li aħna rridu ngħixu bil-qawwa tagħna. Huwa tagħlim li aħna rridu ngħixu bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu f’ħajjitna. U llum il-Mulej ukoll sejjer ikellimna xi ħaġa li hija daqsxejn iebsa għan-natura umana tagħna, għandna bżonn l-għajnuna tiegħu biex nagħmluha. Isimgħu x’jgħidilna f’San Mattew Kapitlu 5 minn vrus 38 sa vrus 48. Mela Matthew Chapter 5 minn verses 38 sa 48.

“Smajtu x’intqal, ‘Għajn b’għajn u sinna b’sinna’. Imma jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux; anzi jekk xi ħadd jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek tal-lemin, dawwarlu l-ieħor ukoll; u lil min ikun irid itellgħek il-qorti u jeħodlok il-libsa, ħallilu wkoll il-mantar. U jekk xi ħadd iġagħlek timxi miegħu mil wieħed, mur miegħu tnejn. Agħti lil min jitolbok u ddawwarx spallejk lil min ikun irid jissellef mingħandek.

“Smajtu x’intqal, ‘Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek.’ Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min m’huwiex.

Għax jekk intom tħobbu lil min iħobbkom, xi ħlas jistħoqqilkom? M’hux il-pubblikani wkoll jagħmluh dan? U jekk issellmu lil ħutkom biss, xi tkunu tagħmlu żejjed? M’hux il-pagani wkoll jagħmluh dan? Kunu mela perfetti, bħalma hu perfett Missierkom li hu fis-smewwiet.”

Hawnhekk għeżież tiegħi Ġesu’, dil-Kelma qed jagħtiha lid-dixxipli tiegħu. Ġesu’ f’dal-Vanġelu bħal fil-Vanġeli kollha jkellem lis-segwaċi tiegħu. Dawk li jagħmlu għażla fil-ħajja tagħhom ħalli jimxu warajh. U Ġesu’ lilna li rridu nimxu warajh ikellimna fuq l-affarijiet tal-ħajja ta’ kuljum. Affarijiet li aħna niltaqgħu magħhom. Niltaqgħu magħhom fil-familja, fil-ħbiberija, fuq il-post tax-xogħol, xi drabi anke fi ħdan l-istess Komunita’ Nisranija fi ħdan il-Knisja. U llum ikellimna fuq ċirkustanza li b’xi mod jew ieħor, naħseb xi darba jew oħra fil-ħajja tagħna nsomma, bejn wieħed u ieħor stajna missejna magħha, hija meta xi ħadd iweġgħek u fik jitla’ s-sens li inti donnok trid tpattiha, tivvendika ruħek minnu.

Issa ħbieb tiegħi din hija realta’ li mhix faċli, mhijiex faċli għaliex fiha tidħol il-weġgħa illi hawn min jikkawżalek u jidħol anke l-karattru tiegħek. Hawn min hu kalm illi tagħmillu x’tagħmillu nsomma jiċċaqlaq ftit imma jibqa’ kalm. Hawn min għandu tilja nervi anke nofs l-iċken kelma, Bumm! Joħroġlok kanun kontrik u jispara left, right and centre. Hawn min idum jissaporti, jissaporti, imma mbagħad meta jisplodi warrablu, ħoll xagħrek u ġib iż-żejt kif ngħidu bil-Malti. Iġifieri f’dawn iċ-ċirkustanzi hemm il-weġgħat, hemm il-karattru uman tagħna, tidħol anke l-livell tal-ħajja spiritwali illi aħna qegħdin ngħixu. Kemm aħna midħla tal-Mulej, tas-Sagramenti, tal-qawwa tiegħu, tal-Qrar, tat-Tqarbin. Hekk imma ħaġa li Ġesu’ jrid jagħtina f’dan il-mument fejn tidħol is-sens ta’ tpattija, illi aħna ġieli nħossu fina.

L-ewwel ħaġa rridu nifhmu illi isma’ li jitla’ fija sens li rrid inpattiha dak hu normali. Li sempliċiment fija jitla’ s-sens, ix-xewqa, il-feeling, li npattiha lil min għamilli l-ħsara, li jitla’ fija dak is-sens fih inifsu mhux qed nagħmel xi ħaġa ħażina. Dak li huwa dnub, li huwa ħażin huwa jiena x’nista’ nagħmel għeżież tiegħi fil-konkret. Inti tista’ tħoss illi fik titla’ li trid tpattiha lil xi ħadd imma fil-verita’ ma tpattihielux.

Jiena nixtieq hekk illi nħaffru daqsxejn iktar fil-fond u għalkemm mhux faċli dan li se ngħid, imma jista’ jkabbarna, jista’ jimmaturana. L-ewwel ħaġa mhux qed niġġustifika lil ħadd, iġifieri min jikteb ittri anonimi u jkisser persuni oħra u joħloq fihom sens ta’ tpattija eeq.. Tibgħat ittri anonimi qed tagħmel il-ħsara, qed tagħmel il-ħsara u din hija waħda mill-affarijiet illi tikkawża għeżież tiegħi tant dannu u tant deni. Jekk hemm xi ħadd minnkom li qed jibgħat ittri anonimi, ieqaf milli tagħmilha, tkunx iktar beżżiegħ. Jekk għandek tgħid xi ħaġa affronta lilek innifsek, uri l-wiċċ tiegħek, għidt min int. Jekk qed tgħid il-verita’ ma għandekx għalfejn tibża’, li tikteb ittri anonimi u tikteb il-gideb qed tagħmel ħsara tremenda. Pero’ anki jekk tikteb ittri anonimi u tgħid il-verita’ wkoll ma għandekx tibqa’ persuna anonima għandek turi min int, jekk qed tgħid il-verita’ tibżax turi l-wiċċ tiegħek. Għax din hi waħda miċ-ċirkustanzi għeżież tiegħi li ltqajt magħha ma’ nies illi huma mweġgħin, li jitkissru, ovjament tinħoloq fihom is-sens ta’ tpattija, li kif inkun naf min hu dal-persuna jiena nipprova npattihiela lura plus illi meta tagħmlu hekk għeżież tiegħi kapaċi jeħel ħaddieħor bi żball. Kapaċi twaħħal f’ħaddieħor bi żball u jiġi ġġudikat persuna oħra b’mod żbaljat.

Iġifieri din hi waħda miċ-ċirkustanzi li xi kultant tevoka t-tpattija li min jagħmilha pero’ għandu ħtija morali kbira ee.. Titlob maħfra lill-Mulej u tieqaf li qed tagħmel u tirranġa l-ħsara li għamilt. Il-maħfra t’Alla mhijiex cheap għeżież tiegħi. Il-Mulej mhux jaħfrilna u qiesu ma’ ġara xejn. Irridu nirranġaw sa fejn hu possibli l-ħsara li aħna nkunu għamilna. Min naħa l-oħra persuni.. dan biex tajt eżampju għax hemm tant ċirkustanzi illi ħa ngħidu hekk iqanqlu fina s-sens tat-tpattija.

Meta ssir malafama per eżempju, meta ssir inġustizzja fuq il-post tax-xogħol. Xi ħadd laħqu promotion u ġie ġġakbinat jew kien hemm intriċi oħrajn jew intriċi politiċi, jew intriċi ta’ favuri jew min jaf lil min, jew tixħim ta’ flus jew korruzzjoni u ħaddieħor ibati. Altru li dan kollu jqajjem xi drabi s-sens tal-vendetta. U l-vendetta xi jkun is-sens f’dan kollu? Is-sens illi jiena rrid ġustizzja mhux sempliċiment li jiena rrid nagħmillek il-ħsara għax għamiltli l-ħsara npattiha. Imma quddiem il-ħsara li saritli jiena rrid li jkun hem ġustizzja. Hekk u l-Mulej għeżież tiegħi jrid li jkun hawn ġustizzja. Is-Saltna t’Alla trid iġġib il-ġustizzja għeżież tiegħi, imma mhux l-ġustizzja li nieħduha b’idejna. Il-ġustizzja li hi fl-ordni soċjali, fl-ordni tal-Knisja, u hemm ċerti ċirkustanzi illi lanqas hemmhekk ma nsibuha jew ma nistgħu nagħmluha għal raġunijiet differenti u rridu nħalluha fil-verita’ f’idejn Alla. Imma dan ifisser li għandna bżonn anke nfiqu.

Meta Ġesu’ qed jgħidilna tpattuhiex, tieħdux il-liġi b’idejkom. Dak li Ġesu’ fi kliem differenti qed jgħidilna tkunux bħalhom. Tkunx bħal min għamillek il-ħsara.

  • Jekk int iġġib ruħek bħalhom inti ssir bħalhom.
  • Jekk int tgħajjar lil min għajrek, inti ssir bħal min għajrek.
  • Jekk int tagħmel id-deni l-istess bħal persuna li għamlitlek id-deni inti ssir bħala u dak li inti stess tikkundanna fiha, dak li int ma jogħġbokx fiha, inti stess tibda ssir bħal dik il-persuna.

Aħna rridu noqgħodu attenti għeżież tiegħi li dawn iċ-ċirkustanzi iebsa tal-ħajja tagħna ma jibdlux lilna stess, ma jibdlux il-karattru tagħna, ma jibdlux l-attitudni tagħna. Nerġa’ ngħid mhijix faċli u għalhekk Ġesu’ fil-Vanġelu jpoġġilna standard ieħor mhux dan l-standard uman ta’ kif aħna nagħmlu l-affarijiet imma lis-standard tal-Missier tagħna tas-sema. Illi jibgħat ix-xemx u x-xita sew fuq min hu tajjeb, sew min hu ħażin. Hawn Ġesu’ qed jistedinna biex nagħmlu mixja profonda ta’ dixxipulat għeżież tiegħi fil-ħajja tagħna. Illi iktar ma’ nimxu ‘l quddiem bħala Nsara nsiru nixbhu lill-Missier tagħna tas-sema u mhux naġixxu fuq is-sentimenti umani li lkoll kemm aħna nħossu ġewwa fina meta ngħaddu minn ċirkustanzi għeżież tiegħi ta’ tbatija li ħaddieħor iġgħelna ngħaddu minnhom.

Waqt li qed ngħid dan pero’ nixtieq nagħmel referenza għal ċirkustanzi ftit partikulari u nixtieq illi nifhmuhom b’mod tajjeb. Meta persuna hija abbużata, mhux qed nifhem biss għall-abbuż sesswali jista’ jkun abbuż verbali, jista’ jkun abbuż psikoloġiku, abbuż fiżiku. Hemm ċerti ċirkustanzi fejn mhix kwistjoni li ma taħfirx ħbieb tiegħi, mhix kwistjoni li ma tpattihiex, hija kwistjoni li trid tipproteġi lilek innifsek minn dik il-persuna li qed tagħmillek ħsara u din nixtieq li nifhmuha għeżież tiegħi.

Ġesu’ mhuwiex kontra li aħna nipproteġu lilna nfusna min-nies li jagħmlulna ħsara, ħsara xi drabi rrimedjabbli jiġifieri mhux għalkemm issewwiha. Persuni li huma taħt abbuż differenti, vjolenza domestika, kliem li l-ħin kollu jkissrek illi jkissirlek il-personalita tiegħek, bullying fl-iskejjel. Dawn iċ-ċirkustanzi li huma verament trawmatiċi għeżież tiegħi. Aħna għandna d-dmir li nipproteġu lilna nfusna millullies, nipproteġu lilna nfusna mill-agressuri fil-ħajja tagħna għeżież tiegħi. Din mhix kwistjoni illi ma taħfirx, ma tpattihiex. Ħadd m’hu obbligat li jibqa’ f’dawn iċ-ċirkustanzi t’abbuż, f’dawn iċ-ċirkustanzi ta’ bullying ħbieb tiegħi. U tista’ tkun Nisrani tajjeb li taħfer u li ma tpattihiex u fl-istess ħin tipproteġi lilek innifsek minn dik il-persuna li għamlitlek ħsara għeżież tiegħi. Mhix kwistjoni għax trid tqatta’ l-karti, għax issuppervjat, għaliex ma tridx tkellem, għax ma trid taħfer, le! hija kwistjoni li trid tipproteġi lilek innifsek. U ma nixtieqx li xi kultant insib persuni illi jħalltu t-tagħlim ta’ Ġesu’ u l-valuri Nsara, tal-maħfra, ir-rikonċiljazzjoni, li nirranġaw. Imma hemm ċerti ċirkustanzi mhux qed ngħid li dan ma jistax ikun illi waqt li tagħmel dan trid iva tipproteġi wkoll lilek innifsek minn dik il-persuna.

U din għeżież tiegħi anke l-ġenituri per eżempju kif irabbu t-tfal. Tajjeb illi t-tfal inrabbuhom bil-valuri Nsara tal-Vanġelu ta’ Kristu illi jekk sieħbek fuq ix-xogħol sawtek ma ssawtux lura. Pero’ tajjeb li t-tifel tgħallmu wkoll kif jipproteġi lilu nnifsu u ma joqgħodx għal dak is-swat, ma joqgħodx għal dak il-kliem, ma joqgħodx għal dak il-bullying fl-iskola għeżież tiegħi. Din nixtieq nagħmilha ħafna importanti, anke l-ġenituri għandkom dmir quddiem Alla, dmir qaddis li fejn taraw u xxommu lil uliedkom qed jiġu bullied per eżempju mhux biss tgħallmuhom jaħfru, imma tgħallmuhom jipproteġu lilhom infushom u mhux biss jekk hemm bżonn tieħu l-passi kollha neċċessarji fuq kull livell biex tipproteġi lilek innifsek u lil uliedek minn persuni li qed jagħmlu din il-ħsara b’mod kostanti.

Din qed ngħidha għax ġieli ltqajt ma’ Nsara li jidħlu f’konflitt iġifieri, isma’ jiena jekk hemm bżonn li ndaħħal il-pulizija fin-nofs iġifieri li jien m’inix qed naħfer? Le! inti tista’ taħfer imma xorta ddaħħal il-pulizija fin-nofs għaliex hemm bżonn li xi ħadd jintervjeni biex jipproteġi lilek, lil martek, lil żewġek, lil uliedek iċ-ċirkustanzi hi x’inhi. Mhix kwistjoni ta’ nuqqas ta’ maħfra, hi kwistjoni ta’ protezzjoni. Hekk u dawn nixtieq ħafna ċari għax niltaqa’ ma’ persuni li anke fil-kuxjenza tagħhom moralment ġieli jitħawdu fuq dawn l-issues għeżież tiegħi.

Ġesu’ jkompli jagħtina għeżież tiegħi u biex ngħidu hekk jirfina u jiċċelenġjana ftit biex inħobbu anke lill-għedewwa tagħna, u dina mhix faċli, mhix faċli. Ġesu’ l-ewwel ħaġa li qed jgħidilna meta jgħidilna ħobb lil għadu tiegħek qed jirreferi għal x’hemm fil-qalb tagħna. Qabel ma ngħidu l-azzjoni konkreta li inti tagħmel għax l-imħabba dejjem trid tissarraf f’xi ħaġa konkreta. L-ewwel ħaġa u l-iktar ħaġa importanti hija x’hemm f’qalbna. Għaliex qed ngħid hekk? Għax xi drabi hemm ċirkustanzi meta fil-prattika ma tista’ tagħmel xejn. Din ir-realta’ tal-ħajja, hemm ċirkustanzi meta fil-prattika ma tista’ tagħmel xejn. Inti persuna biex tħobbha trid tħallik tħobbha, iġifieri anke għadu tiegħek jekk ma jtikx iċ-ċans ma tistax. You know? Għalhekk li nixtieq nibda mill-ewwel ħaġa hija fil-qalb tagħna. Issa ħbieb tiegħi aħna fil-qalb tagħna titla’ l-vendikazzjoni, ir-rabja, l-għira. Fil-qalb tagħna biex aħna nistgħu nħobbu anke lil min għamlilna l-ħsara u ma narawhiex daqshekk impossibli din ‘il ħaġa. Naqbdu u ngħidha li hija xi żinnata ta’ Kristu u nitilquha barra mit-tagħlim ta’ moħħna le! Hi possibli, Ġesu’ ma jgħidilniex li huma impossibli għalina forsi, imma bil-qawwa tiegħu huma possibli. Mela, nitilqu b’dil-konvinzjoni, imma l-ewwel ħaġa li għandna bżonn hija li nfiqu.

Ħbieb tiegħi, mhux worthed li inti tqatta’ ħajtek irrabjat minħabba azzjonijiet li sarulek. Hija għażla,

  • jekk trid tibqa’ ħajtek irrabjat,
  • jekk trid tgħix sittin sena dejjem tibki xortiek,
  • jekk irid ikollok sieq waħda fil-qabar u l-oħra fuq din l-art u għadek tisħet lil min għamillek il-ħsara fil-ħajja tiegħek,
  • jekk trid l-aħħar nifsijiet tiegħek teħodhom b’dil-mormorazzjoni f’qalbek,

int liberu! Jien ma nistax inżommok milli tagħmel dan li nixtieq ngħidlek li m’huwiex worthed. Mhux worthed li inti tibqa’ f’din il-morsa, f’din ir-rabja, f’din is-sofferenza interjuri ġewwa fik. B’din is-sens le, jien ma naħfirx! Le, jiena nibqa’ nżomm il-punt għax jiena innoċenti hu għamilli l-ħsara, allura huma jridu jitolbu l-maħfra u mhux jiena. Ħadd ma jista’ jibidlek fehmtek. Jiena qed ngħidlek li mhux worthed tibqa’ ġġorr fil-ħajja tiegħek din ir-rabja u din in-nuqqas ta’ paċi ħajtek kollha. Iġifieri li taħfer, li tħobb lill-għadu tiegħek jekk ma tagħmilha ‘l ħadd għamilha għalik innifsek. Ġesu’ qalilna: ‘Ħobb lil għajrek bħalek innifsek.’ Għamilha biex isib il-paċi fik għax mhux worthed iġġorr din l-indannazzjoni li tista’ twasslek għal dippressjoni u ċirkustanzi oħrajn fil-ħajja tiegħek u tibqa’ għaddej hekk ħajtek kollha. It’s just not worthed but it’s your life. Inti taf kif trid tgħixha mhux jien. Għalija żgur mhux worthed ngħix hekk, il-ħajja wisq isbaħ minn ċirkustanza iebsa hi kemm hi iebsa li fil-ħajja tiegħek tista’ tgħaddi.

L-Ewwel Pass

Mela, l-ewwel ħaġa fittex il-fejqan ta’ qalbek, fittex il-fejqan ta’ qalbek u hawnhekk għeżież tiegħi, Ġesu’ jrid ifejjaq il-qlub miġugħin tagħna. Ġesu’ mhux xi bojja ta, Ġesu’ mhux xi mħallef u jaf li inti mweġġa’ u jgħidlek: ‘Imma bilfors trid taħfer!… imma bilfors trid tkellem lil dik il-persuna. Le! ħbieb tiegħi, Ġesu’ jidħol fil-ħajja tagħna u fejn jarana mweġgħin l-ewwel ħaġa li jagħmel huwa li jiġi jfejjaq il-weġgħa li għandna. Immaġina kieku inti ma tistax iċċaqlaq idejk u t-tabib jgħidlek: ‘Kul!’ Ma nistax inċaqlaq idejja kif tridni niekol? Ħeq, l-ewwel jiġi jfejjaqlek idejk biex imbagħad tkun tista’ tiekol int u qabel fil-kas jitimgħek hu, jitimgħek in-nurse, xi ħaddieħor. Iġifieri Alla, Alla li jaf illi dawn iċ-ċerti ċirkustanzi nsibuha diffiċli biex inħobbu l-għedewwa tagħna għax għadna ma fiqniex minn ġewwa. Allura, il-Mulej jibda milli jfejjaqna minn ġewwa. Allura b’mod sempliċi nistedinkom ħbieb tiegħi duru quddiem Ġesu’, morru għandu bir-rabja li hemm fil-qlub tagħkom. Inutli tiżvugaw ir-rabja

  • f’dagħa,
  • f’kliem ħażin,
  • kliem oxxen,
  • f’persuni,
  • f’kitbiet vulgari,
  • f’atti ta’ vendikazzjoni.

Ma tistrieħx, tant ma tistrieħx li tibqa’ tagħmilha. Ma tistrieħx! Għeżież tiegħi, ejja ma nibżgħux immorru quddiem Alla bir-rabja tagħna, anke jekk nirrabjaw miegħu, God can take it, God can take it. Alla jaffordja li jieħu r-rabja tagħna fuqu.

Ejjew immorru quddiem is-Sagrament, ejjew insibu quddiem il-Kurċifiss, immorru nitolbu fil-ħolqien, mal-Kelma t’Alla, fejn inħossuna li qed niltaqgħu verament m’Alla u ngħidlu: ‘Mulej, ejja fejjaq din ir-rabja li hija ġewwa fija. Ma rridx nibqa’ għaddej minnha.’ Il-Kelma t’Alla tgħidilna li Ġesu’ tgħabba bil-mard u bin-niket kollu tagħna. Dik ir-rabja li hemm fik għal min għamillek il-ħsara, Ġesu’ jrid jeħodha fuqu. Dawn huma il-pjagi ta’ Kristu fuq Is-Salib għeżież tiegħi, din hija t-tbatija li Ġesu’ għadda minna. Irid jeħodha fuqu din ir-rabja li hemm fina, għax irid jilliberana, jrid ifejjaqna. Forsi inti taħseb li hija għalik hija impossibli, forsi taħseb illi issa għax ġejt f’din iċ-ċirkustanza rrid indur lejn il-Mulej biex ifejjaqni minn dir-rabja, wara li ma għadniex mmur inqerr u nitqarben? Iva, issa u l-Mulej mhux ħa jgħidlek: ‘ee! Issa ġejt?’ Le! fl-imħabba tiegħu lanqas biss jgħidlek kemm ilek ma tiġi. Jgħidlek:

  • ‘ejja ibni, ejja binti,
  • ħallini nħobbok!,
  • ħallini nfejqek!,
  • ħallini ngħannqek mill-ġdid!,
  • ħallini nagħtik dik il-paċi, l-imħabba illi għandek bżonn,
  • li diffiċli biex issibha fik innifisek għax int persuna feruta, imweġġa’
  • imma jien nista’ nagħtik dak li int qed tfittex u li ħaddieħor ma jistax jagħtik fil-ħajja tiegħek.’

Flok immorru npattuha, ejjew immorru bl-uġigħ tagħna quddiem Alla, dak l-ewwel pass għeżież tiegħi.

It-Tieni Pass

It-tieni pass li rridu nagħmlu fil-mixja tagħna Ġesu’ mbagħad jgħidilna: ‘Itolbu għal dawk li jippersegwitawkom.’ Ċioe’ wara li nagħtu l-weġgħa tagħna lil-Mulej huwa li nitolbu għall-persuna li għamlitilna l-ħsara. Mhux qed ngħid immorru nkellmuha, immorru nieħdu Pizza magħha, le le! le! dik jekk ikun hemm iċ-ċans fl-aħħar. Imma l-ewwel il-fejqan tagħna, imbagħad li nitolbu għal dik il-persuna. Ħafna nies jgħiduli, imma minn fejn ħa nibda ma’ min għamilli l-ħsara u jien dejjem ngħidilhom: ‘Ibda billi tgħid lil Ġesu’ jfejjqek, it-tieni billi int tibda titlob għal dik il-persuna illi weġgħetek, tista’ titlob b’diversi modi. Jekk tgħinnek tista’ timmaġina know lil Ġesu’ msallab inti u l-persuna l-oħra quddiem Ġesu’, li miet għalikom it-tnejn, li jħobbkom it-tnejn. Tgħidlu: ‘Mulej f’ismek tini l-qawwa li naħfrilha, nitolbok ħu ħsieb dik il-persuna, tiha l-grazzja li tirrealizza l-ħsara li dik il-perusna għamlet, li tindem mill-ħsara.’ Imma li int tinteċedi tmur quddiem Alla u titlob għall-bżonnijiet tagħha.

Mhix faċli pero’ kemm naf nies, persuni vera ħbieb tiegħi. Kemm naf nies li meta mxew b’dan ‘il mod bil-mod ‘il mod mhux mill-ewwel ta, dawn mhux affarijiet awtomatiċi. Ok il-Mulej jista’ jagħmel il-mirakli ġewwa fina pero’ ħafna drabi Alla jimxi mixja magħna. Ġesu’ jimxi proċess magħna, jiġi jagħtina l-fejqan tiegħu u sabu l-paċi anke wara snin twal maħbubin tiegħi. Anke wara snin twal hu possibli li nsibu l-paċi mill-ġdid. Jiena ltqajt ma’ nies wara tletin sena ħafru, rranġaw, wara erbgħin sena reġgħu ġew lura lejn il-Mulej wara li kienu mweġgħin u Fih sabu l-qawwa li ħafru u dawn x’għandhom differenti minnek ħija u oħti? Xejn.

  • Nies tad-demm u l-laħam l-istess,
  • nies li nġorru l-istess rabja,
  • l-istess dwejjaq,
  • l-istess kunflitti,
  • l-istess ġlied
  • u għandna l-istess Alla,
  • għandna l-istess Ġesu’ li jħobbna u jrid jagħtina l-fejqan tiegħu.

Mela li titlob, tfiq, titlob, mbagħad meta hemm iċ-ċirkustanza li tagħmel azzjoni ta’ ġid l-għadu tiegħek, ħudha. Ċirkustanza

  • li tibgħat Awguri,
  • li tibgħat Birthday,
  • inqalgħet ċirkustanza ta’ mard,
  • inqalgħet realta’ li tista’ tgħin

biex tesprimi minn barra l-fejqan li hemm minn ġewwa. L-imħabba hekk hi għeżież tiegħi. L-imħabba trid toħroġ minn dak li hemm fil-qlub tagħna. L-imħabba għall-għedewwa tagħna mhix xi kmand obbligu morali, imma l-imħabba għall-għedewwa tagħna hija r-riżultat ta’ proċess ta’ fejqan li aħna rridu ngħaddu minnu meta ħaddieħor jagħmlilna l-ħsara u qed nagħmel dan l-enfasi għax inti bir-rispett kollu lejn kulħadd anke fil-Knisja, iġifieri jiġi xi ħadd li huwa rrabjat għaliex xi ħadd qatillek lil Ibnek, lil Bintek belgħawlhom id-droga, xi ħadd qalibilek, xi ħadd iġġakbinak, u l-ewwel kelma li tgħidlu ħobb lil għadu tiegħek. Ħbieb tiegħi mhix reali li nimxu b’dan ‘il mod. Ir-realta’ turina kif Ġesu’ jimxi magħna, l-ewwel jimxi magħna mixja ta’ fejqan, nitolbu mbagħad inkunu nistgħu nħobbu. Għalhekk nagħmlu kuraġġ, ma naqtgħux qalbna.

Hemm għadu partikulari illi qabel nagħlaq dal-programm nixtieq nitkellem daqsxejn dwaru li wkoll għandna bżonn nitrattawh b’dan ‘il mod. U dan l-għadu huwa aħna stess . Xi drabi aħna l-akbar għedewwa tagħna stess maħbubin tiegħi u l-imħabba lejn l-għadu li rridu nagħmlu hija l-imħabba lejna nfusna, b’mod speċjali meta aħna ma naħfrux il-passat tagħna.

Nagħti eżempju:

Tiltaqa’ ma’ persuna li tant snin ilu tkun għamlet l-abort per eżempju u għadha ma ħafritx lilha nfisha, għadha ġġorr dik il-guilt moħbija fil-qalb tagħha tal-abort li tkun wettqet.

Ta’ xi adulterju li forsi ħadd ma jaf li inti u l-persuna l-oħra dejjem ħbejtu minn martek u minn żewġek, imma għadu hemm hekk itaqqal il-kuxjenza tiegħek, taf illi żbaljat fih u ma tridx temmen l’int wasalt biex tagħmel hekk għax forsi m’huwiex il-valur tiegħek dan, forsi int m’intix bniedem t’hekk. Imma kemm jiġrilna għeżież tiegħi illi forsi int persuna li tixtieq timxi sewwa imma għafiġt xi waħda kbira, ma temminx li wasalt biex għamiltha u ssib diffiċli li taħfer lilek innifsek.

Persuna li għandek il-valur li tkun rett, onest, imma ma tafx kif sibt ruħek f’xibka ta’ koruzzjoni u ċedejt għaliha. U ssibha diffiċli taħfer lilek innifsek illi daħalt lilek u l-familja tiegħek f’dak l-inkwiet, f’dik il-mistħija, f’dik is-shame, f’dik is-sitwazzjoni, f’dak il-każ l-Qorti, sentenza ta’ ħabs.

Kemm ċirkustanzi għeżież tiegħi li nsibuha diffiċli li naħfru lilna nfusna għal li għamilna. Tibda tirrealizza u tgħid:

  • ‘Ommi qaltli,
  • ir-raġel qalli,
  • il-mara qaltli,
  • uliedi qaluli,
  • il-ħbeb fetħuli għajnejja,
  • oħti qaltli,
  • dak il-Fr kien kellimni u qalli u wissieni,

imma jiena għamilt ta’ rasi, u issa nħoss li kulħadd ħa jgħidli: ‘Ħeq, it-tort tiegħek, ma għedtlekx jien?’ u tibqa’ ġġorr dik ‘il ħaġa ġewwa fik li anqas taħfer lilek innifsek xi drabi ma tkun tista’.

Deċiżjonijiet żbaljati li nkunu ħadna f’furja, mument, imma li jkollhom konsegwenzi kbar fil-ħajja. Ħeq, illi lgħabt il-flus ma tajtx kas u faqqart familja. Għamilt investiment finazjarju u ma kontx għaqli, imma l-ħbieb daħluk fih u kissirt il-finanzi tal-familja tiegħek. U issa ma tistax taħfirha li int li bnejt l-istess buisness tiegħek, għal deċiżjonijiet żbaljati kont int stess li kissirtu u qed ibati kulħadd miegħek u filli kellna ċerta lifestyle u issa f’daqqa waħda spiċċajna nittalbu. Dawn mhux affarijiet ta’ barra minn hawn li qed ngħid ta’.

Il-punt huwa li hemm ċerti realtajiet fil-ħajja tagħna li aħna nħossuna l-ikbar għedewwa tagħna nfusna u anke l-Mulej hawnhekk għeżież tiegħi. Jekk Alla jaħfer lilna min jien jien biex ma naħfirx lili nnifsi? U kemm għandna bżonn ħbieb, kemm għandna bżonn inkunu ma’ xulxin fil-ħajja bħala Nsara, illi mhux inkomplu ntaqqlu u nkissru lil min ġa hu mkisser bl-iżbalji li għamel, imma nkunu nies li jagħtu t-tama. Inkun nies li nfakkru lil xulxin illi bħal ma’ l-Mulej jaħfer lil kulħadd u jaħfer lili jien irrid naħfer ukoll lili nnifsi. Inkella jien nista’ nkun l-ikbar għadu tiegħi fil-ħajja tiegħi stess. Il-maħfra lejna nfusna ħbieb tiegħi hija realta’ indispensabbli ma nistgħux ngħaddu minna. Aħna lkoll fraġli, aħna lkoll midinba, aħna lkoll tad-demm u l-laħam, aħna lkoll xi darba nieħdu deċiżjoni żbaljata fil-ħajja tagħna. Irridu naħfru lilna nfusna.

U qabel ma nagħlaq nixtieq ngħid jekk għandna ċ-ċans li nkunu ma’ xi ħadd illi żbalja u qed isibha diffiċli biex jaħfer lilu nnifsu,

  • ma nagħmluhielux iktar diffiċli,
  • kemm fil-kliem tagħna,
  • kemm fl-attitudni tagħna.
  • Ħbieb tiegħi, ma naqtgħu qalb ħadd!
  • Kull bniedem jista’ jerġa’ jibda fil-ħajja tiegħu,
  • kull bniedem jista’ jkompli l-mixja tiegħu f’ħajtu

u dan nawguralkom ilkoll minn qalbi.

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

L-Adulterju

Il-Ħamis, 12 ta’ Jannar 2017: Riflessjoni dwar Mt 5: 27-32. (Is-6 Ħadd matul is-Sena A) Ara t-test tagħha taħt il-vidjo ….

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Il-Paċi magħkom, għeżież tiegħi u għal darb’oħra nilqagħkom għal dan il-programm ‘Ejjew Għandi’ li hija stedina li Ġesu’ qiegħed jagħmlilkom illi Alla tagħna fl-imħabba u l-ħniena infinita’ tiegħu qatt ma jkeċċina ‘l barra, imma dejjem bil-maqlub jgħidilna: ‘Ejjew għandi’. Darba minnhom Ġesu’ qalilna: ‘Kull min jiġi għandi, jien ma nkeċċihx ‘il barra.’ Allura int min int, għamilt x’għamilt, kont x’kont, huma x’inhuma ċ-ċirkustanzi tal-ħajja tiegħek anke issa fil-preżent, inti dejjem għandek post fil-Qalb ta’ Kristu u allura anke fil-Qalb tal-Knisja.

Il-Mulej meta niġu għandu għeżież tiegħi qatt ma jħallina b’idejna vojta, imma dejjem għandu xi kelma x’jagħtina. Alla jinteressah minna u għax jinteressah minna jkellimna u ma jkellimniex fuq affarijiet fejn naf jien fuq iċ-ċikkulata jew fuq it-Twistees,

  • ikellimna fuq affarijiet li huma importanti għall-ħajja tagħna,
  • li huma importanti għas-salvazzjoni tagħna,
  • li huma importanti għall-ferħ tagħna,
  • li huma importanti għall-ħajja ta’ dejjem li aħna msejħin biex ngħixu anke wara l-mewt tagħna.
  • Huma importanti biex aħna nsibu l-paċi magħna nfusna u mall-oħrajn u fir-relazzjoni tagħna miegħu.

U llum sejjer ikellimna fuq xi ħaġa li hija ħafna importanti. Ħa tindunaw waħedkom kif nibda naqra din is-silta mill-Vanġelu skont San Mattew Kapitlu 5 ħa naqra minn vrus 27 sa 32.  Dawk minnkom li għandkom il-Vanġelu ħdejkom inħeġġiġkom biex issibuh Mattew Chapter 5 minn vers 27 sa vers 32.

“Smajtu xi ntqal, qed jgħidilna Ġesu’.

‘La tagħmilx adulterju.’ Imma jiena ngħidilkom li kull min iħares lejn mara biex jixtieqha jkun ġa għamel adulterju magħha f’qalbu. Jekk għajnek il-leminija hi għalik okkażjoni ta’ dnub, aqlagħha barra u armiha ’l bogħod minnek, għax aktar ikun jaqbillek jekk tintiliflek biċċa waħda minn ġismek milli ġismek kollu jinxteħet fl-infern. U jekk idek il-leminija hi għalik okkażjoni ta’ dnub, aqtagħha barra u armiha ’l bogħod minnek, għax aktar ikun jaqbillek jekk tintiliflek biċċa waħda minn ġismek milli ġismek kollu jmur fl-infern. “Intqal ukoll, ‘Min jibgħat lil martu jkollu jagħtiha l-kitba tad-divorzju.’ Imma jiena ngħidilkom li kull min jibgħat lil martu barra l-każ ta’ żwieġ ħażin, iwaqqagħha fl-adulterju; u min jiżżewweġ waħda mibgħuta minn ħaddieħor jagħmel adulterju.

Il-Vanġelu tallum għeżież tiegħi li jkellimna b’mod ħafna ċar u dirett fuq l-adulterju u fuq il-konsegwenzi tal-adulterju fil-ħajja tagħna. Hekk huwa Vanġelu li huwa attwali, huwa Vanġelu li jmiss il-ħajja ta’ diversi għeżież tiegħi, mhux qed ngħid fil-ħajja ta’ diversi għax diversi huma f’adulterju, mhux qed ngħid għalhekk. Qed ngħid imiss il-ħajja ta’ diversi għaliex il-ħajja taż-żwieġ tmiss il-maġġoranza tal-Insara li huma miżżewwġin u l-maġġoranza tal-bnedmin, u allura l-possibilita’ tal-adulterju tinsab ħafna iktar wiesgħa għax Ġesu’ qed jindirizza l-fedelta’ fiż-żwieġ u l-adulterju hija meta m’hemmx din il-fedelta’ fiż-żwieġ imma persuna propju taqliba lil dik li inti żżewwiġt fil-ħajja tiegħek u tmur ma’ persuna oħra.

L-ewwel ħaġa, it-tgħallim ta’ Ġesu’ għeżież tiegħi fuq dan huwa ċar u anke t-tgħallim tal-Knisja huwa ċar. Xi drabi ssib min forsi jsaqsi jekk il-Knisja bidlitx il-fehma tagħha fuq iż-żwieġ bidilitx il-fehma tagħha fuq d-divorzju, jekk il-Knisja bidlitx it-tagħlim tagħha. Il-Knisja ma bidlitx it-tgħallim tagħha, l-ebda Papa ma biddel it-tagħlim tal-Knisja, l-ebda Papa ma biddel it-tagħlim tal-Vanġelu, l-ebda dokument tal-Knisja ma biddel t-tagħlim tagħha għeżież tiegħi. Il-Knisja trid tkun fidila mhux lejn ideat tagħha imma lejn il-Kelma t’Alla, lejn dak li Alla jixtieq mill-bniedem u Ġesu’ wriena ċar meta d-diskors kollu li għamel fuq iż-żwieġ, illi ż-żwieġ fil-pjan t’Alla mhux kif forsi rriduh aħna l-bnedmin. Iż-żwieġ fil-pjan t’Alla għall-bniedem huwa żwieġ bejn raġel wieħed u mara waħda u żwieġ illi jibqa’ għal dejjem, żwieġ illi ma jinħallx.

Dan huwa t-tagħlim li huwa ċar maħbubin tiegħi. Pero’ jiena li xtaqt nitkellem magħkom illum mhuwiex tant fuq niddiskutu t-tagħlim tal-Vanġelu u t-tagħlim tal-Knisja. Pero’ xtaqt nitkellem iktar minn sitwazzjonijiet illi ċerti nies isibu ruħhom fihom u nixtieq ngħid dana mhux b’xi ġudizzju u kundanni fuq ħadd imma iktar b’Eye Openers għaliex ir-realtajiet aħna nafuhom, pero’ nixtieq niċċara ċerti ċirkustanzi illi tajjeb illi nirriflettu ftit fuqhom.

L-ewwel ħaġa li nixtieq ngħid qabel ma nibda nitkellem fuq dan illi l-Knisja bħala Omm u Omm ħanina u Omm li timxi ma’ wliedha anke fil-persuna għażiża tal-Papa Franġisku quddiem sitwazzjonijiet ta’ persuni illi ħarġu miż-żwieġ tagħhom, forsi ddivorzjaw, iżżewġu ċivilment mhumiex miżżewġin bis-Sagrament tal-Knisja. Il-Knisja qed tħeġġiġna sabiex nakkumpanjaw lil dawn ħutna Nsara daqsi u daqshekk b’tlett modi.

  1. Billi nagħmlu dixxerniment iġifieri naraw kollox kas b’kas,
  2. nakkumpanjaw il-persuni f’dawn iċ-ċirkustanzi u
  3. naraw kif nistgħu nintegrawhom anke fil-ħajja tal-Knisja.

Dan huwa l-approach tal-Knisja, pero’ mhuwiex fuq dan li xtaqt nitkellem.

Jiena xtaqt nitkellem illum fuq ċirkustanzi illi jwasslu ċerti persuni illi jaqgħu issa frott tal-fraġilita’ umana, frott tad-dgħjufija, frott t’apposta għax ma flaħtx iktar, imma li jinteressani hu li nitkellem fuq ċirkustanzi illi ċerti nies iwassluhom biex jidħlu f’relazzjoni oħra barra miż-żwieġ li jaqgħu f’adulterju. Dan mhux qed ngħidu biex xi ħadd ixejjer xi bandiera u jgħid rajtx għandi raġun, għandek tort, it-tort tiegħek. Le, għeżież tiegħi jiena ma għandi l-ebda interess minn hawn hekk li noqgħod nikkundanna lil xi ħadd, niġġudika lil xi ħadd u nkisser lil xi ħadd, xejn minn dan. Dan li nixtieq ngħid nixtieq verament u ħuduni fi spirtu tajjeb nixtieq naqsmu b’qalb ta’ xi ħadd illi segwa persuni għeżież tiegħi u li jara ċerti affarijiet jiġru, li huma affarijiet t’uġigħ. Nixtieq nagħmel punt wieħed u nagħti eżempi differenti.

Ċerti persuni u dal-punt tiegħi daħlu f’sitwazzjonijiet t’adulterju u ċertament mhux qed ngħid li qed ngħid li hija ħaġa tajba din biex ninftiehem ċar tajjeb? Imma sforz weġgħat u sforz sitwazzjonijiet li ġew ippuxjati fihom fil-mixja tal-ħajja tagħhom. Mhux qed ngħid li kulħadd imma qed ngħid li hemm numru u naħseb li huwa numru konsiderevoli, allura l-approach li nixtiequ nieħdu llum quddiem din il-Kelma t’Alla meta Ġesu’ qed jikkundanna b’mod ċar l-adulterju, jiena nixtieq nieħu l-approach tal-prevenzjoni. Illi noqgħodu attenti, illi meta naraw dawn is-sinjali illi ħa nsemmi jibda jixgħel l-aħmar fiż-żwieġ tagħna. Nafu li umanament hemm possibilta’ li sejrin nidħlu f’adulterju. Mela ejjew nipprevenu milli nidħlu f’dawn iċ-ċirkustanzi. Huwa f’dan l-Ispirtu u mill-qalb li nixtieq nitkellem magħkom ħbieb tiegħi.

1. L-għażla tajba tal-persuna li int sejjer tiżżewweġ

Waħda miċ-ċirkustanzi, l-ewwel waħda li nixtieq insemmi huma: L-għażla tajba tal-persuna li int sejjer tiżżewweġ. Għax ċerti affarijiet donnu aħna ngħidu: ‘Ix-xemx minn filgħodu turik.’ Xi kultant ċerti persuni għamlu żball li żżewwġu l-persuna li żżewġu fil-ħajja tagħhom. U allura mbagħad qatt m’hu ħa jkunu kuntenti f’dak iż-żwieġ u mhux ħa ngħid ovjament imma l-probabbilta’ hija li ħa jsibu lil xi ħadd barra miż-żwieġ tagħhom. Dawk minnkom li qegħdin issegwu għeżież tiegħi b’mod speċjali li għadkom għarajjes, għadkom fiż-żmien li tistgħu tgħarblu l-għażla tagħkom, nixtieq insemmilkom ftit affarijiet li tridu toqgħodu attenti minnhom, biex fl-għażla tiegħek kemm jista’ jkun għaliex aħna bnedmin u l-ġudizzju tagħna jista’ jkun żbaljat anke fl-għażliet li aħna nagħmlu, anke b’intenzjoni tajba.

Imma xi kultant tiltaqa’ ma’ koppji illi per eżempju illi tinduna li ħa jiżżewwġu bil-ħsieb u bl-intenzjoni illi hemm xi problema imma la niżżewġu dil-problema ħa tissolva. Għeżież tiegħi meta nirraġunaw b’dan il-mod issa jiena m’iniex Alla u m’iniex qed nagħmel dan b’mod katergoriku, għax huma iż-żwiġjiet u r-relazzjonjiet huma ħafna delikati. Pero’ meta xi ħadd jiżżewweġ bit-tama illi d-diffikulta’ li hemm ħa tissolvi ruħha għax issa miżżewġin, il-probabbilta’ li jiġri bil-maqlub, illi l-problema li hemm qabel iż-żwieġ mhux ħa jsolviha imma ħa jagħmilha times ma nafx kemm ‘il darba. Ħa tiġi esposta ħafna iktar u sfortunatament anke sallum il-ġurnata għadek tiltaqa’ ma’ persuni illi jidħlu għaż-żwieġ bit-tama li ċerti problemi jsolvu ruħhom.

Issa qalbi jekk inti tarahom minn qabel il-problemi, jekk qed tara d-diffikultajiet minn qabel, kif tibqa’ għaddej għaż-żwieġ bit-tama li l-affarijiet se jittranġaw? Ma jitranġawx, l-affarijiet ma jitranġawx waħedhom jekk ma naħdmux fuqhom.

2. Taf li ħa tiżbalja tiżżewweġ, imma xorta tiżżewweġ

Ħaġ’oħra li naraw għeżież tiegħi ċirkustanzi fejn persuni jafu jew xi ħadd minnhom jaf illi ħa jiżbalja ħa jidħol għaż-żwieġ, imma għax għandna l-post, għax għandna l-loan, għax ibbukjana diġa’ s-sala u forsi għax l-inviti diġa’ ħarġu, allura nibqgħu għaddejjin u mbagħad naraw x’nagħmlu wara. Tgħiduli possibli? Possibli illi għad hawn anke jekk ikun hawn persuna waħda li tagħmel hekk, xorta ngħidha għax dik il-persuna hija importanti għalija. Jekk ikun hawn persuna waħda biss li tisma’ dal-kliem u tista’ tiffranka milli tidħol f’dawn is-sitwazzjonjiet f’ħajjitha ngħidha. Mhux qed ngħid li dawn huma il-każijiet ta’ kulħadd imma nerġa’ ngħid għal persuna waħda wkoll ngħidha għaliex dik il-persuna, dik il-koppja hija valida, hija importanti għalija, għal Alla u għall-Knisja u anke għas-soċjeta’ tagħna għax kull żwieġ li jitkisser għeżież tiegħi, tbati s-soċjeta’, tbati l-Knisja, tiġi feruta l-Knisja, jiġi ferut il-Ġisem ta’ Kristu. Iġifieri jekk inti tara illi ħa tagħmel dan l-iżball, kif għaliex id-data hija lesta, għandna l-loan, vera li hemm dawn il-kumplikazzjonijiet imma dawn ma huma xejn ħdejn deċiżjonijiet, ħdejn il-futur tal-ħajja tiegħek.

3. Ħarba mid-dar

Ċirkustanzi meta xi ħadd illi eħe, irid jiżżewweġ biex joħroġ mid-dar biex jaħrab minn diffikulta’ fid-dar. Hawn ċirkustanzi li ltqajt magħhom hekk anke riċenti għeżież tiegħi, iġifieri mhux qed ngħid ċirkustanzi żmien tal-bogħod, snin ilu meta ma kinitx invoga dak iż-żmien li jitlaq mid-dar f’eta’ żgħira. Imma anke llum il-ġurnata għad hemm dawn ir-realtajiet maħbubin tiegħi.

4. Tfittxija ta’ mħabbiet miċħuda f’xulxin

Ċirkustanzi meta anke persuni qegħdin ifittxu f’xulxin u tibda tħossha fl-għerusija fejn naf jien in-nuqqas tal-imħabba li għandi minn missieri u mal-boyfriend mhux biss irrid l-imħabba ta’ ġuvni imma anke b’xi mod l-imħabba tal-missier jew bil-maqlub. Ġuvni li ma kellux l-imħabba t’omm u fit-tfajla mhux qed ifittex biss l-imħabba tat-tfajla imma anke l-imħabba materna, a mother figure. Allura ovjament dawn se jkun hemm diffikultajiet serji fir-realta’ u fil-ħajja taż-żwieġ. Iġifieri dawn huma ċirkustanzi illi qabel iż-żwieġ wieħed irid jgħarbel u jara l-affarijiet tiegħu sew.

5. Nuqqas ta’ kompatibbilita’ ta’ karattru

L-istess jekk qabel iż-żwieġ hemm ċerta nuqqas ta’ kompatibbilita’ ta’ karattru. Forsi l-kliem, l-aggressivita’, xi drabi swat. Imma tiltaqa’ ma’ nies illi tarahom jgħaddu minn dawn iċ-ċirkustanzi u tgħidlek jew jgħidlek: ‘imma nħobbu, father.’ Ok ħobbu mitt darba u elf imma Alla tak qalb u moħħ. Ħija u oħti, Alla tak qalb u moħħ u meta qed tagħmel l-għażla tiegħek għall-persuna li int sejjer tiżżewweġ ma tistax timxi biss b’qalbek. Li tgħid sempliċiment imma jiena nħobbha u sempliċiment li jiena nħobbu, m’hijiex l-uniku kriterju biex int tiżżewweġ persuna. Jekk int b’moħħok qed tara li

  • dan huwa aggressiv miegħek,
  • dan isawtek,
  • dan meta taqbiżlu jibda joffendik left, right and centre,
  • inweġgħu, nagħmlu paċi
  • u l-għerusija l-ħin kollu sejra b’dan il-ping pong

imma tibqa’ tgħid għax inħobbu, għax inħobbha. Inti x’qed jawguralek ‘il quddiem? Taħseb li għax ħa tiżżewweġ dawn l-affarijiet sejrin jitbidlu? Ma jinbidlux jekk ma naqbdux naħdmu fuqhom u forsi tħobb kemm tħobb dik il-persuna mhux ir-right one għalik, u naf li dan jista’ jkun iebes imma xi kultant nibqgħu għaddejjin b’dawn iċ-ċirkustanzi għeżież tiegħi mbagħad nitkaħħlu mal-ħajt wara li niżżewġu. Imbagħad il-bniedem huwa l-bniedem iġifieri tgħid: Mhux kulħadd jibda jirraġuna jgħid imma jiena għadni żgħir, għadni żgħira ħa nibqa’ waħdi? Jiena mhux għalhekk dħalt ħaġa u oħra.

Imma l-għażliet li nagħmlu qabel issa mhux qed ngħid illi kulħadd jagħmel għażliet żbaljati minn qabel le, għax ma rridx niftiehem b’mod ħażin. Jiena sempliċiment bl-iktar mod delikat nixtieq illi nitkellmu, lanqas ngħid niftaħ għajnejn xi ħadd ta. Aħna nakkumpanjaw ‘il xulxin fil-mixja tal-ħajja tagħna, imma dawn uħud mid-diffikultajiet, żbalji illi jiena rajt għeżież tiegħi u ltqajt magħhom u naqsamhom forsi huma ta’ għajnuna għal xi ħadd, jekk m’huma għajnuna għal ħadd, paċenzja! Imma jekk xi ħadd jista’ tgħinu dan il-kliem ngħidu minn qalbi.

Irridu noqgħodu attenti anke dak li jiġri wara ż-żwieġ

Mhux biss l-għażla allura li nagħmlu għeżież tiegħi. Xi drabi rridu noqgħodu attenti, imma anke dak li jiġri wara ż-żwieġ. Iġifieri rridu nirrealizzaw illi jekk fir-realta’ tal-ħajja miżżewġa koppja ma jibqgħux jagħtu każ lil xulxin, mhux ħa jagħtu każ il-bżonnijiet differenti ta’ xulxin li jgħaqduhom flimkien, li joħolqu relazzjoni intima bejniethom. Jekk dan mhux qed isir ħbieb tiegħi, allura faċilment illi dak li jkun jibda jfittex barra miż-żwieġ daqs tazza ilma. U x’inhuma dawk l-affarijiet illi anke fil-ħajja miżżewġa wieħed irid jibqa’ jaħdem fuqhom? Waħda mill-affarijiet illi nħoss li hija importanti u din nixtieqkom li tifhmuni ħafna tajjeb biha, illi fir-relazzjoni tal-ħajja miżżewġa l-koppji jħobbu lil xulxin bil-mod kif il-persuna l-oħra tħossha maħbuba. Ir-raġel għandu jħobb lil martu kif martu tħossha maħbuba u l-mara għandha tħobb lir-raġel kif ir-raġel iħossu maħbub. Għax xi drabi li jiġri li ngħidu nħobbu lil xulxin iva, imma xorta ma nħossnix li jien maħbuba.

Ħa nagħti eżempju: iġifieri jekk għall-argument qed ngħid tajjeb? Ir-raġel ‘il mod kif iħobb il-mara u l-familja huwa billi jaħdem. Jaħdem u over time u jġib il-paga u ma għandux kapriċċi u l-flus jgħaddihom kollha għall-familja tiegħu. Dak huwa ‘l mod kif huwa qiegħed iħobb lil martu u qed iħobbha, u qed iħobbha għalih ta’ vera. Min naħa l-oħra imma l-mara tgħidlek jien inħossni waħdi, jiena nħossni li m’aħniex qed nagħmlu l-affarijiet flimkien, naħdmu għall-familja imma ma nħossniex koppja. Imbagħad wara ftit x’jiġri? Imbagħad nibda nħossu qisu ħija mhux ovja? Dawn huma l-affarijiet kif jimxu u meta jiġri hekk xi jkun in-next step?

  • Mela jiena żżewwiġt ma’ xi ħadd biex inħossu qisu ħija?
  • It-tentazzjoni x’se tkun?
  • Mhux nipprova nsib xi ħaġa barra miż-żwieġ imbagħad?

Iġfieri jien qed nitkellem għeżież tiegħi noqgħodu attenti għaliex xi drabi b’intenzjoni tajba wkoll mhux b’intenzjoni ħażina ż-żwiġijiet tagħna jispiċċaw f’dawn ir-realtajiet illi jfergħu. Imbagħad il-bniedem meta jkun ferut ma tafx x’jaqbad jagħmel fil-weġgħa illi jkollu. Iġifieri waħda mill-affarijiet importanti fil-ħajja miżżewġa illi l-koppji jisimgħu sew lil xulxin u li jħobbu lil xulxin kif il-persuna l-oħra tħossha maħbuba.

L-intimita’ sesswali

Issa aħna nies differenti. Hawn min per eżempju issue oħra hija l-intimita’ sesswali. Hawn min għalih hija ħafna importanti, hawn min għalih hija inqas importanti. U allura jekk fuq dan il-livell il-koppji ma jsibux il-bilanċ sodisfaċenti ta’ bejniethom se jkun hemm problema għeżież tiegħi. Jekk ma jkunx hemm djalogu anke fuq dawn l-affarijiet se jkun hemm problema. Kemm iltqajt ma’ nisa per eżempju li jħossuhom sfurzati u rrapjati saħansitra fiż-żwieġ fuq livell sesswali. Kemm tiltaqa’ ma’ ċirksutanzi li jgħidulek: ‘Mela tajjeb filgħodu jgħajjarni u jweġgħani bi kliemu, imbagħad filgħaxija jrid li jkollna x’naqsmu flimkien bejnietna. Mela, jien oġġett Father?’

Dawn huma r-realtajiet għeżież tiegħi li joħolqu weġgħat u ma rridux nibżgħu nsemmuhom mhux biex niġġudikaw u nikkundannaw lil ħadd, minn qalbi qed ngħidha. Imma tabib tajjeb l-ewwel ħaġa li jagħmel jekk għandek ferita jrid jikxef ħa jara x’hemm biex ifejqek. U dan li qed nipprova nagħmel bħalissa huwa li nikxfu ftit il-feriti tagħna, biex nirċievu l-fejqan li għandna bżonn għax inkella n-next stage ta’ wara għal uħud faċilment jista’ jkun adulterju. Iġifieri jekk int minn naħa l-oħra

  • ma tirċievhix kumplimenti,
  • karezzi fiż-żwieġ,
  • qatt ma jgħidlek prosit,
  • qatt ma tgħidlek prosit,
  • qatt ma tgħidlek grazzi,
  • qatt ma turi li qed tapprezza.

Dana mhux bilfors li mbagħad ikun hemm xi ħadd qed tieħu kafe’ miegħu x’imkien fil-break fuq ix-xogħol u jgħidlek: ‘Kemm xeraqlek xagħrek’ u minn hemmhekk il-mama mia kien hemm bżonn dan jgħidli? Żewġi ngħix miegħu anqas induna li qtajt xagħri u dan li jarani ftit sigħat fuq ix-xogħol ukoll induna u għaddieli kumpliment u niżżilek għasel meta d-dar tħossok lonely għaliex l-ebda kumpliment ma tisma’. Mhux hekk jibdew ċerta affarijiet?

Jiena x’qed ngħid? Ejjew nipprevenu milli noħolqu ambjenti u ċirkustanzi li ċerti persuni fil-vojt tagħhom, fid-dwejjaq tagħhom, fin-nuqqas tagħhom jispiċċaw f’dawn ir-realtajiet. Għax tafu kemm hu faċli li nikkundannaw min jidħol f’adulterju? Daqs tazza ilma faċli. Huwa ħafna aktar diffiċli li nidħlu fiż-żarbun tan-nies u naraw x’qed iwassalhom għal dawn iċ-ċirkustanzi, nitkellmu fuqhom b’mod ċar u dirett mingħajr biża’ u mingħajr mistħija u niċċelenġjaw lil min qiegħed jagħmilhom li jħossu, isma’ inti jista’ jkun li int qed tippuxja l-persuna l-oħra lejn adulterju bl-imġiba tiegħek. Issa mitt darba u elf nistgħu ngħidu kulħadd responsabbli għal għemilu. Vera, pero’ aħna bnedmin, aħna hemm id-dgħjufija tagħna. Jien mhux qed ngħid illi d-dgħjufija tagħna tiskuża l-adulterju. Jien qed ngħid ejjew niftħu għajnejna, inkunu konxji tal-fraġilita’ tagħna biex ma nippuxjawx persuni f’dawn iċ-ċirkustanzi. Prevention is better than cure jgħidilna l-Ingliż għeżież tiegħi u naħseb din trid tkun l-approach kbir li aħna rridu nieħdu.

Nuqqas ta’ intimita’ finanzjarja

L-istess għeżież tiegħi meta għandna ċirkustanzi fil-ħajja miżżewġa ta’ wħud illi u dawn għad għandna, illum għandna diversi koppji li jaħdmu t-tnejn li huma pero’ għad hawn ċirkustanzi fejn huwa r-raġel biss li jaħdem u l-mara ma taħdimx u f’dawn iċ-ċirkustanzi għandna realtajiet fejn per eżempju, m’hemmx intimita’ finanzjarja. X’iġifieri? Iġifieri l-mara bilkemm taf x’għandu r-raġel, bilkemm taf il-paga x’inhi, bilkemm taf x’hemm flus eżatt, bilkemm taf l-affarijiet kif immorru, jagħtiha li hemm bżonn għall-ħajja jew bil-qies u jista’ jkun anke ġeneruż, imma m’hemmx il-qsim finanzjarju kollu. Għad għandna ċerti nisa li huma finanzjarjament dipendenti minn żwieġhom għeżież tiegħi, u dan ma jagħmilhiex realta’ t’ugwaljanza fi ħdan iż-żwieġ hija realta’ ta’ dipendenza. Dan mhux ħa jkun żwieġ full filling maħbubin tiegħi.

Nipproteġu r-realta’ taż-żwieġ

Minn naħa l-oħra għandna sitwazzjonijiet illum fejn iridu anke nitgħallmu nipproteġu maħbubin tiegħi r-realta’ taż-żwieġ. Għaliex illum iż-żwieġ jekk irridu nkunu onesti ma għandux il-protezzjoni li kellu qabel mill-aspett kulturali, soċjali anke legali u ċivili. Iġifieri ż-żwieġ kif inhu f’pajjiżna mhuwiex żwieġ robbust, għandna l-liġi tad-divorzju. Iż-żwieġ fil-kultura tagħna għeżież tiegħi qabel ħafna snin ilu jekk kont tagħmel xi adulterju nsomma b’mod kulturali kienu jippruvaw jippuxjawk tmur lura għaż-żwieġ jew taħbiha, jew tara kif tirranġa u tmur lura għand martek u żewġek. Illum il-ġurnata kważi, kważi hawn min iħeġġek biex tibqa’ għaddej b’dawn l-affarijiet għeżież tiegħi, u allura l-koppji llum għandhom bżonn illi ż-żwieġ tagħhom ikun sħiħ minn ġewwa għaliex il-protezzjoni ta’ barra qiegħda tonqos iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qiegħda tonqos. Dan b’mod pożittiv ifisser li l-koppji jridu jaħdmu iktar fuqhom infushom, iridu jagħtu kas ħafna aktar ta’ xulxin, iridu jitkellmu u jidjalogaw fuq kollox ħbieb tiegħi.

Jekk fiż-żwieġ il-ħin biex nitkellmu bejnietna qiegħed jonqos u jonqos b’mod drastiku.

  • Issa jonqos minħabba x-xogħol,
  • jonqos għaliex dejjem nitkellmu fuq it-tfal u qatt ma nitkellmu fuqna nfusna kif qed inħossuna,
  • jonqos għaliex nilgħabu bil-kompjuter, u meta qed ngħid nilgħabu, nilgħabu.

Iġifieri jiena naf miżżewġin illi fejn ir-raġel jew il-mara jridu jilgħabu litteralment jilgħabu. Jilgħabu l-Play station, u jilgħabu l-logħob fuq il-kompjuter. Iqattgħu tant ħin plus imbagħad l-affarijiet l-oħrajn ic-chatting u l-affarijiet kollha li jidħlu fuq il-kompjuter għeżież tiegħi. Jekk ma għandniex il-ħin għax il-ħin qed nagħmluh f’dawn l-affarijiet inqas ma titkellmu fil-ħajja miżżewġa mbagħad toħloq solitudni, toħloq il-loneliness u dikil-loneliness il-bniedem kemm hu kapaċi li jibqa’ jgħixha għeżież tiegħi? Għax ħadd ma jiżżewweġ biex iħossu waħdu dik il-verita’, imma aħna kemm qed noħolqu dawn l-ambjenti biex in-nies iħossuhom waħedhom?

L-istess it-tfal huma barka kbira fiż-żwieġ għeżież tiegħi, imma t-tfal ma jieħdux post ir-relazzjoni tal-koppja.

  • Jekk dejjem nitkellmu fuq uliedna u kollox idur madwar uliedna,
  • imma ma għadniex nitkellmu jien kif inħossni miegħek,
  • int kif tħossok miegħi,
  • x’qed inħossu għal xulxin.

Jekk dak id-diskors inqata’ mir-relazzjoni tagħna u dejjem nitkellmu fuq ix-xogħol, fuq il-problemi tal-finanzi, u fuq il-problemi tat-tfal u tan-neputijiet u ma nafx min, imma fuqna ma għandniex nitkellmu, allura sorry hemm xi ħaġa li m’hijiex sejra tajjeb. Irridu nerġgħu naqbdu dan id-djalogu intimu ta’ bejnietna.

Il-Pornografija

Ħaġa oħra għeżież tiegħi, illi fil-ħajja miżżewġa llum il-ġurnata wieħed irid joqgħod ħafna attent minna hija l-pornografija. Darba qrajt statistika li fl-Istati Uniti l-pornografija hija t-tielet raġuni għaliex persuni jiddivorzjaw. Maħbubin tiegħi għax il-pornografija għandha l-effetti devastanti, ħżiena fuq il-bniedem li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qegħdin niskopruhom. Qegħda ssir addiction, dak li tara trid tagħmlu, il-persuna l-oħra tibda tħossha oġġett fiż-żwieġ tiegħek u tibda titkisser. Għeżież tiegħi mingħajr ma tinduna tibda titkisser, tibda tkisser inti stess għax moħħok tħammġu. F’moħħok ma jkollox aktar u f’qalbek lil martek u lil żewġek imma dak li inti rajt fil-pornografija. U dan jibdel il-personalita’ tiegħek, il-karattru tiegħek, l-approach tiegħek, anke l-intimita’ sesswali. Dawn huma wħud m’humiex l-uniċi għeżież tiegħi ta’ ċirkustanzi li inti tista’ bihom tippuxja persuna oħra li titilqek u tfittex barra miż-żwieġ.

Kemm ‘il darba tfajna ‘l Alla barra mill-familji tagħna?

Issa nerġa’ ngħid nistgħu ngħidu: Oqgħod hemm, ssapporti, aħfer, diskors li jista’ jkun validu għal uħud. Pero’ l-faċċata l-oħra hija l-bniedem kemm jiflaħ jissaporti. U allura aħna rridu u għandna bżonn ħafna l-grazzja t’Alla għax issue oħra li għandna kemm ‘il darba tfajna ‘l Alla barra mill-familji tagħna.

  • Għandna nitolbu flimkien?
  • Għadna mmorru l-Quddies tal-Ħadd flimkien?
  • Għadna nitolbu Rużarju flimkien fil-familji tagħna?
  • Naqraw il-Kelma t’Alla flimkien?
  • Nitolbu għal xulxin?
  • Fid-diffikultajiet immorru quddiem Alla?

Jekk lil Alla qtajnieh ‘il barra għeżież tiegħi minn fejn ħa nsibu l-forza u l-qawwa għall-maħfra u r-rikonċiljazzjoni biex nerġgħu nibdew nagħmlu pass flimkien. Għeżież tiegħi l-weġgħat iktar ma’ jikbru, iktar isir diffiċli biex tfejjaqhom xi drabi. Mela rridu naqbdu l-barri minn qrunu, nittekiljaw l-affarijiet tagħna mill-bidu nett.

Nerġa’ ngħid jiena llum ma xtaqtx naqbad hekk Vanġelu u ngħid hekk Ġesu’ huwa kontra l-adulterju u naqbdu u nikkundannaw lil kull min qiegħed f’adulterju. Ċertament il-Mulej qed jgħidilna: ‘Tidħlux f’adulterju’ għax jista’ jkollu konsegwenza għeżież tiegħi, meta Ġesu’ jitkellem mis-Salvazzjoni ta’ ruħna. Imma jiena li xtaqt li verament  naraw f’dal-programm tagħna llum x’inhuma dawk is-sitwazzjonijiet li ġieli lin-nies jippuxjawhom biex jidħlu f’adulterju. Aħna nies dgħajfin, nies fraġli li jekk mhux ħa nieħdu ħsieb xulxin u mhux ħa nieħdu ħsieb tagħna nfusna faċilment għeżież tiegħi nispiċċaw f’relazzjoni adultera.

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Dawl fis-soċjeta’

It-Tnejn, 6 ta’ Diċembru 2016: Riflessjoni dwar Mt 5: 13-16. (Il-5 Ħadd matul is-Sena A). Ara t-test tagħha taħt il-vidjo ….

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Il-Paċi magħkom għeżież tiegħi u merħba bikom għal dan il-programm għal darb’oħra ‘Ejjew Għandi’. Ejjew Għandi li hija l-istedina li Ġesu’ dejjem jgħidilna sabiex aħna niġu għandu, għandna bżonnu għeżież tiegħi kontinwament u f’kull ċirkustanza fil-ħajja tagħna, int min int, għamilt x’għamilt, kont x’kont, kien x’kien il-passat tiegħek, għamilt kemm għamilt ġid, ħawwadt kemm ħawwadt, int kemm int qaddis, int kemm int midneb, ilkoll kemm għandna bżonn din is-sejħa tal-Mulej jgħidilna: ‘Ejjew Għandi’. U allura jekk ma tafx fejn ħa tagħti rasek ejja għandu.

Xi drabi aħna noqgħodu mmorru postijiet biex mingħalina ħa nsibu l-ferħ u mmorru nidamdmu ftit inkunu kuntenti għal ftit u nispiċċaw m’aħna ferħana xejn, nispiċċaw minn froġa għall-oħra, jew kif jgħid il-Malti: ‘Minn ġot-taġen għal ġon-nar.’ Għeżież tiegħi kemm ‘il darba aħna nagħmlu affarjiet mingħalina ħa nkunu ferħana u nispiċċaw agħar milli konna.

  • Tgħaddi minn relazzjoni għall-oħra dejjem tfittex l-imħabba u tispiċċa dejjem imkisser.
  • Tieħu d-droga mingħalik ħa tkun kuntent u tkisser ħajtek u ħajjet l-oħrajn.
  • Tisker tixrob mingħalik biex tinsa, ittaffi d-dwejjaq u tispiċċa agħar milli kont.
  • Tmur għall-prostituzzjoni għal ftit mument ta’ pjaċir għax forsi għandek diffikulta’ d-dar jew ma nafx xiex u mbagħad wara vojt tibqa’ fil-qalb tiegħek.

Kemm għandna minn dawn l-esperjenzi għeżież tiegħi! Nies li jiġġerrew minn esperjenza għall-oħra, minn ħaġa għall-oħra vojta kienu, vojta għadhom u vojta jibqgħu jekk jibqgħu hekk. Gżalhekk il-Mulej jgħidilna: ‘Ejjew Għandi’ għax hu jrid jagħtina xi ħaġa li tibqa’ għal dejjem, irid jagħtina xi ħaġa li verament tista’ tibdilna u verament irid jimliena dak il-vojt li hemm fil-qlub ta’ ħafna nies.

Ħbieb tiegħi din ma ngħidhiex b’kundanna fuq ħadd tafux, xejn minn dan anzi ngħidilkom biex ngħidilkom li nifhem iċ-ċirkustanzi li wħud minna jgħixu, imma anke biex nurikom li hemm way out, li hemm triq oħra dejjem jekk tridu ma nistax nimponieha fuqkom. Il-liberta’ tagħkom f’idejkom, iċ-ċavetta tad-dar għandkom qiegħda mhux għandi pero’ rrid ngħidilkom hemm triq oħra, hemm possibilta’ oħra. Ħadd minnkom ma għandu jaqta’ qalbu, hemm tama ġdida fil-ħajja tagħna, hemm ċans li l-affarijiet ma jibqgħux l-istess – tkunx iblah ħudu.

Xi drabi hekk meta naħdem mall-morda, inkun qrib min hu marid kif jisimgħu li hemm xi.. meta jkunu ddisprati fil-mard dejjem b’xi mediċina ġdida, li ġej xi tabib, konsulent minn barra minn Malta, li hemm xi treatment jgħidulek m’hu ħa nitlef xejn milli nipprova għax kultant hekk ngħid jien b’mod spiritwali m’hu ħa titlef xejn billi tipprova ‘l Ġesu’. Xejn m’hu ħa titlef! At most tigwadanja tista’.

Ħa naraw il-Kelma tiegħu llum għeżież tiegħi fiex trid teħodna, xi trid tgħidilna, fiex trid tmexxina u tigwidana u biex nagħmlu dan se naqraw il-Vanġelu skont San Mattew Kapitlu 5 minn vers 13 sa vers 16. Ġibu l-Bibbja magħkom jekk għandkom, dejjem ġibuha magħkom u Highlightjaw, iktbu, ħudu noti, ħażżu, għamlu li tridu imma importanti li tħallu dil-Kelma tidħol fil-qalb tagħna. Nerġa’ ngħid Matthew Chapter 5 verses 13 sa 16.

Qed naqraw dawn is-siltiet meħudin minn dak li jgħidulu d-diskors tal-muntanja, huwa diskors li Ġesu’ jagħmlu, huwa dak li qed jagħtina l-liġi l-ġdida. Bħal ma’ Mose’ tela’ fuq muntanja u ta l-liġi tat-Testment il-Qadim, Ġesu’ jitla’ fuq din l-għolja u jagħti l-liġi vera tiegħu. Il-liġi mhux fis-sens tal-liġijiet kif nifhmuhom tal-pajjiż ta, iġifieri jurina r-Road Map, qed jurina t-triq, qed jurina dak li verament se jagħmilna ferħana, ferħana fil-ħajja tagħna. U dan Ġesu’ jgħidhom dejjem infakkar qed jagħtihom lid-dixxipli tiegħu, lil dawk li huma mexjin warajh. Mhux lil kulħadd ‘il min hu miexi wara Ġesu’, min għamel għażla li jkun dixxiplu ta’ Ġesu’, min għamel għażla li jħalli ‘l Ġesu’ jkun l-uniku Sid u Salvatur tiegħu fil-ħajja tiegħu u l-Mulej jgħidilna hekk:

‘Intom intom min intom? Intom li għażiltu lili, intom li mexjin warajja.’

“Intom il-melħ tal-art. Imma jekk il-melħ jaqta’, biex jerġa’ jieħu t-togħma? Ma jibqa’ tajjeb għal xejn iżjed ħlief biex jintrema barra u jintrifes min-nies.

“Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba. Anqas ma jixegħlu l-musbieħ u jqegħduh taħt is-siegħ, iżda fuq l-imnara, u hekk idawwal lil kull min ikun fid-dar. Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet.

Dal-Vanġelu għeżież tiegħi nistgħu nieħdu diversi aspetti minnu, imma waħda mill-aspetti hija li Ġesu’ qed jitkellem mill-metafora, mill-eżempju ta’ Melħ u Dawl. Issa kemm il-melħ u kemm id-dawl m’humiex kollox ħbieb tiegħi. Tant m’humiex kollox li aħna għandna l-mumenti tad-dlam meta id-dawl mhux qiegħed hemmhekk jew meta x-xemx tkun qed tiddi x’imkien ieħor aħna jkollna d-dlam fil-pajjiż tagħna.

Il-melħ fl-ikel m’huwiex kollox allaħares mur ġibna; ara xi pressjoni ta’ barra minn hawn ikollna kieku l-ikel tagħna huwa kollu kemm hu melħ. Pero’ l-melħ huwa element illi trid tħalltu m’affarijiet oħra, anke aħna l-melħ ma naqbdux u naqbdu l-melħ u noqgħodu niekluh. Ok forsi hawn min iħobb jagħmilha għal gost imma ma niekluhx hekk..  Il-melħ huwa tajjeb meta huwa mħallat mal-ikel, meta huwa mħallat ma’ xi ħaġ’oħra. Il-melħ jagħti t-tomgħa, il-melħ anke jippreserva ee! B’mod speċjali fl-antik kien jintuża ħafna aktar biex jippreserva l-laħam eċċ.. qabel ma kellna l-freezers u dawn l-affarijiet kollha. Iġifieri l-melħ is-sbuħija tiegħu joħroġ meta huwa mħallat mal-ikel, mal-minestra, fis-soppa, ma’ ma nafx xiex.

Allura Ġesu’ waħda mill-affarijiet li qed jgħidilna llum lilna d-dixxipli tiegħu nerġa’ ngħid mhux lil kulħadd. Aħna d-dixxipli ta’ Ġesu’ m’aħniex Ghetto. Aħna d-dixxipli ta’ Ġesu’ ma nistgħux inkunu maqtugħin għalina, għal rasna u ma nitħalltu ma ħadd iktar fid-dinja. Biex tkun melħ trid tkun imħallat, biex tkun dawl trid tkun dawl fejn hemm id-dlam. U dan hu wieħed mill-messaġġi kbar li joħroġ minn dan il-Vanġelu għeżież tiegħi li aħna l-Insara rridu nkunu Ġesu’ juża metafora oħra ‘l quddiem bħal ee, ma tiġinix il-kelma bħalissa bil-Malti ‘l yeast li hemm itella’ l-għaġna, il-ħmira li ttella’ l-għaġna sħiħa meta tkun qed tagħmel l-għaġna. Aħna rridu nkunu għeżież tiegħi mħalltin mad-dinja.

Ġesu’ lilna sejħilna mid-dinja biex ma nkunux bħad-dinja, ma nkunux bħal dawk li ma jemmnux imma mhux biex ninqatgħu minn magħhom, imma biex inkunu fil-qalba u dina nixtieq illi nenfassizawha ħafna llum il-ġurnata għax jista’ jkun li fi żminijietna aħna qed nirriskjaw illi nkunu nsara irtirati. Iritirati mhux fis-sens retired bil-pensjoni,

  • imma rtirati mix-xena pubblika,
  • mix-xena soċjali
  • u ninqaflu fis-sagristija,
  • ninqaflu fl-Adorazzjoni,
  • ninqaflu fil-Quddies,
  • ninqaflu fil-Lectio Group,
  • ninqaflu fil-Komunita’,
  • ninqaflu fil-Prayer meeting tagħna,
  • ninqaflu fil-Kunventi tagħna,
  • ninqaflu fil-Paroċċi tagħna,
  • ninqaflu rtirati hemm ġew.

Meta Ġesu’ qed jgħidilna rridu nkunu l-melħ tal-art, id-dawl tad-dinja. Aħna ma nistgħux inkunu Knisja li tinqata’ fiha nfisha u m’hijiex preżenti fil-qalba tad-dinja.

  1. Mela number 1 l-ewwel ħaġa rridu nirrealizzaw li ma nistgħux inkunu Nsara rtirati. Irridu nkunu Nsara qegħdin fil-qalba tad-dinja, fit-taħwid kollu tagħha dik number 1.
  2. It-tieni ħaġa li rrid ngħid hija noqgħodu attenti għaliex illum il-ġurnata hawn min hekk iridna bħala Nsara, hawn min hekk iridna. Hawn min jgħidilna, jippruvaw ibellgħuhielna, jew jippruvaw jagħtuna l-messaġġ u ġieli jagħtuna b’mod ċar ukoll ċerti persuni li isma’ ‘Inti oqgħod fis-Sagristija, int oqgħod fil-Knisja, ħu ħsieb l-affarijiet ta’ ġewwa tal-Knisja u ma għandek xejn x’taqsam ma’ dak li qed jiġri hemm barra fis-soċjeta’. Il-fidi tiegħek tħallihiex toqgħod tinfluenzak u bil-fidi tiegħek u x’temmen int toqgħodx timponi fuq l-oħrajn, iġgħaluna nemmnu dan it-tip ta’ diskors għeżież tiegħi. Imma dan mhux li qalilna Ġesu’. Ġesu’ qalilna rridu nkunu l-melħ tal-art u d-dawl tad-dinja.  

Mela t-tieni ħaġa noqgħodu attenti xi jbellgħuna u ma nibilgħuhiex għax mhux vera. Aħna l-verita’ mhux x’jgħidu n-nies, il-verita’ mhux x’jgħidu ma nafx min hu min hu, il-verita’ għalina x’jgħidilna Ġesu’ maħbubin tiegħi u Ġesu’ jgħidilna kunu fil-qalba tad-dinja u jien nixtieq nagħmlu dawn il-mistoqisjiet illum f’dal-Vanġelu.

  • Kemm aħna qegħdin fil-qalba tad-dinja?
  • U kemm fil-qalba tad-dinja qed inġibu d-dawl ta’ Kristu f’kull aspett?

U hemm ċerti aspetti li għandna bżonn bħala Nsara nkunu ħafna preżenti fid-dinja tallum mhux biex nimponu l-fidi tagħna, imma biex inkunu dawl ta’ Kristu fis-soċjeta’, dawl ta’ Kristu bil-konvinzjoni illi t-tajjeb jattira, li d-dawl jiġbed lejh. Fejn hemm il-kesħa u hemm daqsxejn nar in-nies ħa jmorru madwar in-nar biex jisħnu għeżież tiegħi. Id-dinja tagħna hija kiesħa! Id-dinja tagħna hija kiesħa fejn ħa jsibu l-imħabba vera, id-dawl vera n-nies se jinġibdu. Jien konvint minn din ‘il ħaġa. L-importanti li aħna nkunu fil-verita’, inkunu awtentiċi u hemm diversi areas li nħoss li aħna bħala Nsara llum il-ġurnata għandna bżonn inkunu preżenti u ma nemmnux il-gidba li ma għandniex inkunu preżenti jew għandna nagħlqu ħalqna u ma ngħidu xejn.

Insara fis-Settur Ekonomiku

Per eżempju għandna bżonn inkunu preżenti bħala Nsara fis-settur Ekonomiku biex inġibu d-Dawl ta’ Kristu fl-Ekonomija. Meta inti għandek Ekonomija li tkun ibbażata biss mill-qliegħ ta’ ċerta kapitalisti illi jridu biss ikabbru l-affarijiet tagħhom eċċ… askapitu tal-fqir u l-batut, in-Nisrani għandu jkun hemm hekk u jara kif jiddefendi l-fqir u l-batut u mhux li l-flus jiġu ġġenerati għal ftit nies u l-oħrajn jibqgħu jbatu. Is-sinjur isir iktar sinjur u l-fqir isir iktar fqir għax dik it-Trend qegħdin naqbdu għeżież tiegħi fid-dinja, il-fqir iktar fqir u s-sinjur iktar sinjur. Issa li Nisrani li miexi wara Ġesu’ jkun melħ tal-art u dawl tad-dinja f’dawn iċ-ċirkustanzi, b’daqshekk ma jfissirx li qed jagħmel xi politika, b’daqshekk ma jfissirx li għandu xi partit partikolari. Xejn minn dan qed jagħmel id-dmir tiegħu ta’ ċittadin Nisrani, għax iċ-ċittadin Nisrani huwa dak li jġib il-valuri tiegħu fil-ħajja ta’ kuljum. Għandna bżonn mela għeżież tiegħi fl-Ekonomija. Anke biex ikollna nies fl-Ekonomija b’valuri Nsara, anke f’kumpaniji.

  • Kumpanija per eżempju l-profitt tagħha x’inhuwa kemm ħa taqla’ flus?
  • Jew ma’ dak ħa tqies ukoll l-impatt fuq l-ambjent?
  • Ħa tqies ukoll l-impatt fuq il-ħaddiema?

Min hu imprenditur, Buisness man, ekonomista Nisrani jqies dan kollu. Ċertament jista’ ma jkunx Nisrani u jkollu anke dawn il-valuri well and good u jalla jkollna iktar, imma l-Insara żgur iridu nkunu preżenti f’dawn l-affarijiet. Li qed ngħid xi drabi aħna nistgħu nkunu kuntenti mmorru nitolbu l-Knisja eċċ… imbagħad ma rridux nbilgħu subgħajna f’dawn l-affarijiet u dan mhux tajjeb! B’mod speċjali l-lajċi mhux il-qassisin u l-patrijiet u s-sorijiet. Il-lajċi n-nies normali Nsara li rridu nkunu f’din id-dinja tax-xogħol b’valuri Nsara. Ċertament f’kull ma’ ħa ngħidu xi drabi ħa taqlaha, ħa jduru kontrik, ħa jindispinterpretawk, imma dan hu l-prezz li rridu nħallsu.

Insara fil-Qasam tal-Ambjent

L-istess ħaġa għeżież tiegħi għandna bżonn inkunu fl-ambjent. Issa llum għandna diversi movimenti ambjentalisti u jalla jkollna iktar pero’ n-Nisrani ma jistax ma jkunx favur ambjent sabiħ u ambjent b’saħħtu u n-Nisrani b’ambjent ma jifhimx biss il-ħolqien u l-ħdura imma l-ambjent kollu li aħna ngħixu fih li huwa anke l-mentalita’ u l-valuri eċċ… imma anke fejn tidħol direttament il-ħolqien aħna għandna bżonn inkunu melħ tal-art u dawl tad-dinja. Nissapportjaw dak kollu li jsir jagħmlu min jagħmlu, aħna l-Insara ma għandux ikollna għax jagħmlu A u għax jagħmlu B. Aħna ma nimxu hekk l-Insara u lanqas mhux suppost nimxu hekk. Aħna t-tajjeb jagħmlu min jagħmlu, jagħmlu A jagħmlu B, jagħmlu C u jagħmlu D hu min hu huwa tajjeb u l-ħażin jagħmlu min jagħmlu hu ħażin. Imma fil-kwistjoni tal-ambjent aħna l-Insara ma rridux nibżgħu nkunu preżenti anke bħala Knisja maħbubin tiegħi.

Issa meta nidħlu b’dawn l-affarijiet hawn min ma jaqbilux u jgħidlek eee! Qed tissaportja dak il-partit, dak il-partit l-ieħor. Le! il-Knisja ma tagħmilx hekk għeżież tiegħi. Jekk il-valur huwa tajjeb jgħidu min jgħidu huwa tejjeb u għandna nissapportjawh. Jekk hu ħażin, jagħmlu min jagħmlu, jgħidu min jgħidu huwa ħażin. Imma fuq l-ambjent għeżież tiegħi għandna bżonn li nkunu preżenti fuq livelli differenti forsi l-maġġoranza tagħna nistgħu nagħmlu l-iktar affarijiet sempliċi.

  • Il-mod kif nidividu l-iskart fid-dar, kif inrabbu anke t-tfal tagħna.
  • Il-mod kif ma naħlux ikel u affarijiet għax dan ukoll huwa ħsara ambjentali għeżież tiegħi.
  • Il-mod kif nieħdu ħsieb l-annimali ħbieb tiegħi li ma jkollniex vjolenza fuq l-annimali u lanqas fuq il-bnedmin ee!

Għax xi drabi qed mmoru f’estrem xi drabi f’ċerti ċirkustanzi fid-dinja iktar qed ikollhom dritt l-annimali milli dritt it-trabi fil-ġuf per eżempju. Niddefendu id-dritt tal-annimali mbagħad noqtlu t-trabi bl-Abort, iġifieri qegħdin f’estremi. Pero’ ehe għanda wkoll naħdmu li ma jkollniex vjolenza fuq l-annimali għeżież tiegħi. Il-mod li ma nħammġux barra bħala Nsara dawn huma valuri tagħna. Jien ma nħammiġx barra, jien ma narmix barra għeżież tiegħi.

Insara fil-Qasam tal-Politika

Għandna bżonn fil-veru sens tal-kelma nkunu sensittivi għal dawn l-affarijiet. Għandna bżonn anke Nsara li jkunu preżenti b’mod tajjeb u ifhmuni b’mod tajjeb tgħidux dak mhux dak li mhux qed ngħid fil-politika għeżież tiegħi, mhux qed nitkellem minn politika partiġjana ta’ xi partit jew ieħor irrelevanti mhux fuq dak qed nitkellem. Nies li lesti jagħtu ħajjtihom fis-soċjeta’ għall-ġid komuni tas-soċjeta’

  • biex jibnu Komunita’, 
  • biex jibnu pajjiż ġust,
  • biex jibnu pajjiż li mibni fuq ir-Rule of Law,
  • biex jibnu pajjiż fejn kulħadd jista’ jipparteċipa,
  • biex jibnu pajjiż fejn id-drittijiet u d-dmirijiet ta’ kulħadd huma salva gwardjati u promossi,
  • biex jibnu pajjiż fejn m’hemmx diskriminazzjoni ma’ ħadd.

Għeżież tiegħi dawn huma valuri tagħna. Ok huma wkoll il-valuri wkoll tad-demokrazija imma l-valuri joħorġu wkoll anke mill-Vanġelu. Li aħna bħala Nsara ma nistgħux noqgħodu lura rridu nkunu preżenti f’dawn ir-realtajiet anke f’realtajiet politiċi tagħna bil-valuri Nsara tagħna ħbieb tiegħi.

  • Dan ifisser xi drabi li jippersegwitawk,
  • ifisser xi drabi li jħammġuk,
  • ifisser li xi drabi jittimbrawk,
  • ifisser xi drabi jgħidu dak li inti ma għedtx ee!

Imma dan ifisser li tkun melħ tal-art u dawl tad-dinja li nkunu fil-qalba ta’ dan kollu għeżież tiegħi.

Insara fil-Qasam tad-Divertiment

Settur ieħor li għandna bżonn inkunu preżenti bħala Nsara biex inkunu melħ tal-art u dawl tad-dinja huwa s-settur tad-Divertiment. Ftit nisimgħuha dina s-settur tad-Divertiment. Jiena noħlom li jkollna nies kapaċi li joħolqu divertiment tajjeb. Ħafna drabi noqgħodu ngorru għaż-żgħażagħ tagħna fejn imorru u x’jagħmlu ma rridx nsemmi postijiet għax jien ma rrid nittimbra ‘l ħadd u xejn. Imma xi drabi ħbieb tiegħi jekk id-divertiment ikun monopolju ta’ ftit nies, ta’ ftit kategoriji ta’ nies li jinteressahom mhuwiex il-well being taż-żgħażagħ tagħna li jkollhom ri-kreazzjoni onesta u diċenti u li jieħdu pjaċir jistrieħu, għax ngħiduha kif inhi l-bniedem għandu bżonn jistrieħ anke fil-Weekend wara ġimgħa studju u xogħol eċċ.. imma meta l-postijiet tad-divrtiment l-importanti l-Buisness li jsir u allura l-alkoħol u allura t-taħwid sesswali, u allura noħolqu l-opportunitajiet kollha u warajhom hemm biss flus!, Flus! Flus! Flus! U korruzzjoni allura ħbieb tiegħi jekk id-divertiment se jaqa’ f’idejn dawn in-nies sorry xi rridu nippretendu?

Jekk inti kapaċi toħloq divertiment alternattiv, divertiment b’saħħtu

  • għaż-żgħażagħ,
  • tfal,
  • koppji,
  • adulti,
  • koppji miżżewġin,
  • ambjent ta’ familja

għamlu jekk il-Mulej tak dan id-don, jekk tak il-flus li tista’ tagħmilha, jekk tista’ tiftaħ stabbilimenti b’dan il-mod għamilha għandna bżonn divertiment sann, tajjeb, fejn mhux inħallu kollox għaddej. Aħna għandna idea ta’ divertiment illum il-ġurnata mimli droga kullimkien. Droga l-problema ta’ min ma għandux problemi biex tieħu l-Buzz tagħha. Mhux li kien ikollna nies ta’ stabbilimenti li jiddeċiedu illi jeħduha kontra, imma xi drabi jgħidlek imma eee! Nitlef ix-xogħol jiġu inqas, immorru x’imkien ieħor. Għalhekk għandna nies b’valuri Nsara li ma jibżgħux iħallsu l-prezz imma alinqas qed joffru alternattiva għal min irid u għal min jixtieq għeżież tiegħi. Għandna bżonn hekk din il-preżenza anke fil-qasam tad-divertiment.

Insara fil-Qasam tal-Isport

Għandna bżonn preżenza Nisranija fil-qasam tal-Isports. Għandna bżonn nies li huma melħ tal-art u dawl tad-dinja fil-qasam tal-Isports ħbieb tiegħi. L-Isport huwa xi ħaġa sabiħa, issa jien mhux l-iktar bniedem sportiv li jeżisti żgur li le, imma nammira lil min kapaċi jkun f’dan il-qasam. Nammira lil min jieħu ħsieb lilu nnifsu u għandna bżonn il-valuri Nsara wkoll fl-Isports. Għaliex? għax xi drabi anke l-Isports inħammġuh qegħdin għeżież tiegħi. Meta nsibu korruzzjoni finanzjarja fl-Isports ma għandux ikun u min hu Nisrani u qed jagħmel dawn l-affarijiet trid tindem u titbiddel ma tistax tibqa’ tagħmel hekk. M’intix melħ tal-art, m’intix dawl tad-dinja ssir il-melħ li jaqta’ kif jgħidilna Ġesu’ li ma tibqa’ tajjeb għalxejn. Jekk int Nisrani ma tistax tgħix din l-ipokrezija, din il-ħajja doppja, fil-Knisja mod u fl-Isports mod ieħor u fl-oqsma kollha li qed nitkellem. Għandna bżonn nies b’valuri fl-Isports mhux biss għall flus li ħafna drabi jew xi drabi l-Isports jiġi ridott, imma anke għall-valur sħiħ tal-bniedem li xi drabi nistgħu nirriskjaw li f’ċerta Sports anke l-ġisem tagħna jsir kult fih innifsu u kollox idur madwar ġisimna għeżież tiegħi l-exercise eċċ… allura tajjeb imma meta dak jieħu over realtajiet oħra l-kumunikazzjoni, iż-żwieġ, il-familja, it-talb u l-exercise ssir kollox għandna problema. Għandna bżonn għeżież tiegħi kif nittrenjaw lilna nfusna. Nies li huma verament b’valuri Nsara imma fil-qalba tad-dinja ħa jkunu ta’ dawl mhux biex nagħmlu lil kulħadd bħalna neċċessarjament imma biex noffru alternattiva, biex inkunu ta’ dawl.

Insara fil-Qasam tal-Edukazzjoni

L-istess fil-qasam tal-Edukazzjoni maħbubin tiegħi. Aħna għandna skejjel tal-Knisja hawn Malta, imma xi drabi għaliex irridu nies immorru fi skejjel tal-Knisja? Għaliex it-tfal nibgħatuhom hemmhekk? Għaliex hemm edukazzjoni aħjar minn tal-gvern ma nidħolx jekk hux veru jew le għax mhux kompetu tiegħi, pero’ fil-każ hija raġuni żbaljata ta għax l-edukazzjoni għandna tkun tajba għal kulħadd, għal kulħadd. Sew għal min hu fi skola u sew għal min hu f’oħra. Jekk aħna nemmnu fl-iskejjel tal-Knisja nemmnu għax hemm ċerta valuri, għax hemm ċerta ethos, għax hemm ċerta kultura, għax hemm ċerta tgħallim, ċerta twemmin. Dak li għandu jattirana l-bqija l-iskejjel tal-gvern, l-iskejjel tal-Knisja, l-iskejjel tal-privat kollha għandu jkollhom livell tajjeb għax it-tfal tagħna ma għandux ikollhom distinzjoni għeżież tiegħi. It-tfal tagħna kollha ħaqqhom l-aħjar livell t’edukazzjoni u m’hemmx tal-gvern, u m’hemmx tal-Knisja, u m’hemmx tal-privat. Jekk irridu nagħmlu għażla għall-iskejjel tal-Knisja għax inkunu mmotivati minn valuri partikulari li mhux neċċessarjament insibuhom fi skejjel tal-gvern u fi skejjel tal-privat, imma mhux minħabba livelli differenti t’edukazzjoni. Dik hija mentalita’ żbaljata. Uliedna kollha jistħoqqilhom l-aħjar u l-istess maħbubin tiegħi. Imma għandna bżonn nies li huma fl-edukazzjoni b’sens Nisrani ta’ vera biex jgħaddu l-valuri vera tal-Vanġelu, il-valuri vera umani, il-valuri vera ta’ Kristu, il-valuri tal-Knisja.

Insara fil-Qasam tas-Saħħa

Dawn huma oqsma wħud milli semmejt għeżież tiegħi. Għandna bżonn iktar anke il-qasam tas-Saħħa għandna bżonn nies li huma Nsara fil-qasam tas-Saħħa għax il-qasam tas-Saħħa ħafna drabi jimxi illi dak li x-xjenza hu possibli allura nagħmluh. Mentri mhux kull ma’ x-xjenza tgħidilna hu possibli hu moralment, ettikament, reliġjożament tajjeb. U għandna bżonn nies b’viżjoni Nisranija, b’valuri vera Nsara umani li jistgħu jagħtu direzzjoni dak li huwa possibli xjentifikament. Li mhux kull ħaġa lix-xjenzati jgħidulna tista’ ssir we go for it u nagħmluha. Hemm limitu għeżież tiegħi ta’ dak li aħna nistgħu nagħmlu anke xjentifikament. Aħna il-liġi morali b’dak li hu tajjeb u b’dak li hu ħażin u għandna bżonn inkunu preżenti. Immaġinaw dawn l-oqsma kollha kieku aħna ma nkunx preżenti fihom, dawn l-oqsma kollha u aħna naqbdu u nitilquhom għal riħhom għeżież tiegħi. Mhux għax bħala Nsara rridu xi kontroll fuqhom le! il-Knisja mhijiex xi stituzzjoni li timmanipula dawn l-affarijiet fil-pajjiż tkun żbaljata jekk tkun hekk. Il-Knisja hija qaddejja, in-Nisrani huwa melħ u dawl li jrid ikun fil-qalba ta’ dan kollu mhux biex joqgħod jiġġudika dawn l-affarijiet kollha, imma biex fihom hu jista’ juri d-Dawl tal-Mulej, jista’ juri l-Wiċċ vera t’Alla, jista’ jkun Melħ tal-art, Dawl tad-dinja jagħti alternattiva differenti li hija mibnija fuq il-verita’ tal-Kelma t’Alla li hija l-ikbar ġid tal-bniedem.

Dan hu s-sabiħ għeżież tiegħi mhix faċli li nkunu melħ tal-art u dawl tad-dinja. Li nkunu melħ tal-art u dawl tad-dinja tfisser li xi drabi ħa naqilgħuha pero’ it’s worth it! Għax jekk dak li nagħmlu nagħmluh bi mħabba vera għall-bniedem, Ġesu’ għall-bniedem ma ssallabx fuq is-Salib? Min irid jimxi wara l-Mulej u jkun melħ tal-art u dawl tad-dinja bħalu, għax Ġesu’ qalilna: ‘Jiena d-Dawl tad-dinja’ u ħin minnhom qalilna llum: ‘Intom id-dawl tad-dinja.’ Ħafna drabi rridu nkunu Dawl imsallab, Melħa msalba. Hemm hekk postna għeżież tiegħi pero’ jekk għandna l-imħabba ma naqtgħux qalbna u dak li nagħmlu nagħmluh b’motivazzjonijiet tajba. U biex jgħinna nagħmlu dan għandna bżonn nitolbu, għandna bżonn il-Qawwa t’Alla, għandna bżonn il-Grazzja t’Alla.

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Il-Ferħ Nisrani

It-Tnejn, 6 ta’ Diċembru 2016: Riflessjoni dwar Mt 5: 1-12. (Ir-4 Ħadd matul is-Sena A). Ara t-test tagħha taħt il-vidjo ….

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Il-Paċi magħkom għeżież tiegħi, u nilqagħkom fostna għal darb’oħra għal dan il-programm illi hekk sejjer iwassalna ħalli aħna nkomplu nisimgħu l-Kelma t’Alla fil-ħajja tagħna, inkomplu nħalluha tkun għajn ta’ tiġdid f’ħajjitna.

Nixtieq insellem mill-qalb lil dawk kollha li jkunu qegħdin isegwu illi forsi mhux dejjem inkunu konxji tagħhom u mhux dejjem ikollna kuntatt magħhom b’mod partikulari l-priġunieri u lill-morda. Huma żewġ kategoriji ta’ persuni illi naf li tkunu qegħdin isegwu. Il-priġunieri għax meta niġi narakom naf li tgħiduli li tkunu qegħdin isegwu l-programm u anke l-morda fl-isptarijiet, il-morda fid-djar tal-anzjani, il-morda li jgħixu waħedhom jew ma tantx joħorġu, ok hemm ħafna aktar nies ta li jkunu qegħdin isegwu, imma dawn huma żewġ kategoriji li llum xtaqt insellem u nsellem mill-qalb. Irrid ngħidilkom biss illi m’intomx minsija għandkom l-ispazju tagħkom anke fil-moħħ tagħna u fil-qalb tagħna u anke f’dan il-mument hawnhekk. Ejjew napprezzaw u ma nieħdu lil ħadd forgranted fil-mixja ta’ ħajjitna.

Illum għeżież tiegħi l-Kelma li sejrin naqraw hija Kelma importanti ħafna. Għalina l-Insara, għalina li mexjin wara Ġesu’, aħna li aħna dixxipli tiegħu hija Kelma li hija biex ngħidu hekk waħda mill-kolonni, mill-pilastri li jagħtina Identity kit, ID qisha l-ID Card tagħna l-Insara. Ħa naqraw il-Vanġelu hekk imsejjaħ tal-Beatitudnijiet żgur illi smajtuhom xi darba jew oħra u wara nirriflettu daqsxejn ftit dwarhom. Dawk minnkom li għandkom il-Vanġelu qrib tagħkom u dejjem inħeġġiġkom li jkollkom il-Kelma t’Alla qrib tagħkom, naf uħud li tagħmluha bis-serjeta’ dejjem bil-Bibbja lesta qabel il-programm ħalli ssegwu magħna u tihighlightjaw, tagħmlu underline, tiktbu, tieħdu xi nota hekk għandna nagħmlu ħalli l-Kelma t’Alla tkun dejjem friska f’ħajjitna. Sibu l-Vanġelu ta’ San Mattew Kapitlu 5, l-ewwel tnax il-vers. Mela Mattew Chapter 5  minn vers 1 sa vers 12.

Kif ra l-folol, Ġesù tala’ fuq il-muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid:

“Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.

Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa.

Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom b’wirthom l-art.

Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin.

Henjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena.

Henjin dawk li huma safja f’qalbhom, għax huma jaraw ’l Alla.

Henjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejħu wlied Alla.

Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.

Henjin intom, meta jgħajrukom u jippersegwitawkom u jaqilgħu kull xorta ta’ ħażen u gideb kontra tagħkom minħabba fija.

Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir fis-smewwiet. Hekk kienu jippersegwitawhom lill-profeti li kienu qabilkom.”

Din il-Kelma għeżież tiegħi hija nerġa’ ngħid Kelma ħafna importanti għalina. Ejjew nieħduha biċċa, biċċa u naraw anke l-kuntest li fiha Ġesu’ qiegħed jagħtina din il-Kelma.

L-ewwel ħaġa dawn l-ewwel tnax il-vers fil-Vanġelu ta’ San Mattew huma parti minn kapitlu 5, 6 u 7. F’San Mattew għandna 5 diskorsi prinċipali li Ġesu’ jagħmel u l-ewwel diskors daqsxejn ftit twil 3 kapitli propju huwa d-diskors ta’ Ġesu’ li huwa Mose’ l-ġdid li qed jagħti l-liġi l-ġdida lill-poplu l-ġdid t’Alla.

Għandna dan il-parrallel għeżież tiegħi bħalma Mose’ tela’ fuq l-muntanja biex minn hemmhekk ta l-poplu l-Kmandamenti, l-għaxar Kmandamenti. Ġesu’ hawnhekk jgħidilna tela’ fuq muntanja, imbagħad jgħidilna Ġesu’ li qagħad bilqiegħda, qagħad bilqiegħda hija l-pożizzjoni li r-Rabbi kien jieħu biex jitkellem b’awtorita’. Aħna llum il-ġurnata jekk tagħtu kas il-Papa forsi narawh fil-Quddies fuq t-T.V. Xi drabi mhux dejjem imma xi drabi jippriedka bilqiegħda l-Papa, għaliex hija s-sinjal tal-awtorita’ li hi t-tradizzjoni Lhudija illi dak li jgħallem kellu.

Imbagħad resqu lejh id-dixxipli tiegħu, mela din hija Kelma li Ġesu’ mhux qed jagħtiha lil kull bniedem imma qed jagħtiha lil dawk li mexjin warajh u dan huwa dettal ħafna importanti. Dan id-diskors li ħa nagħmlu llum, id-diskors kollu li ġej fil-Vanġelu, Ġesu’ ma jgħidux lil kulħadd, imma Ġesu’ jgħidu lid-dixxipli tiegħu. Iġifieri lil dawk illi għamlu d-deċiżjoni f’ħajjithom, lil dawk li għamlu għażla fil-ħajja tagħhom, li jimxu bis-serjeta’ wara Ġesu’ u li jiddependu mill-qawwa tiegħu. Dawn iż-żewġ affarijiet għeżież tiegħi. Li tkun dixxiplu ta’ Ġesu’ jfisser li int għamilt għażla li ħa timxi warajh fuq il-passi tiegħu, fuq it-tgħallim tiegħu u għamilt għażla li tiddependi fuq il-qawwa tiegħu mhux fuq il-qawwa tiegħek. Jekk dawn it-tnejn, it-tnejn flimkien għax int jista’ jkun li tgħid jien irrid nimxi wara l-Mulej imma bil-qawwa tiegħi, allura dejjem tħossok li m’intix kapaċi bla, bla, bla… jekk dawn it-tnejn m’humiex flimkien id-deċiżjoni li nimxu warajh, li Hu l-gwida tagħna, hu l-leader tagħna, Hu l-mexxej tagħna, u li huwa wkoll il-qawwa tagħna li mhux biex nisma’ li jgħidli, imma nitlob il-qawwa tiegħu biex nagħmel li jgħidli, dan id-diskors ma jinftehimx.

Dan huwa diskors li Ġesu’ se jgħid lid-dixxipli tiegħu għalhekk min mhux dixxiplu tal-Mulej dan id-diskors jista’ jħawwdu, dan id-diskors jista’ jattirah, jiġbdu imma ma jsibx il-qawwa li jgħixu għax ma jkunx hemm il-grazzja t’Alla. Dan id-diskors jista’ jarah saħansitra bla sens għeżież tiegħi għax naraw li dan Ġesu’ se jaqleb il-wires ta’ moħħna u forsi anke jekk aħna mexjin warajh insibuha diffiċli, aħseb u ara jekk ma nkunx mixja warajh. Pero’ tinsewx dan id-diskors huwa kollu li jrid jibni fuq il-qawwa t’Alla fina.

Dan id-diskors aktar milli huwa kliem biex Ġesu’ jgħidilna x’għandna nagħmlu huwa diskors li jurina Alla xi jrid jagħmel hu ġewwa fina. Dan id-diskors huwa daqsxejn ftit kumplimentari jew bil-maqlub ħuduha kif tridu tal-Kmandamenti. Il-Kmandamenti jgħidulek x’ma għandekx tagħmel: La Toqtolx!, La Tisraqx!, La Tiżnix! X’ma għandekx tagħmel.. La tixtieqx nisa u rġiel tal-oħrajn, La tieħux affarijiet tal-oħrajn, La tixhidx fil-falz. X’ma għandekx tagħmel u ċertament dak jibqa’ validu. Pero n-Nisrani ma jieqafx hemmhekk. Il-ħajja Nisranija m’hijiex x’ma għandekx tagħmel fl-aħħar mill-aħħar naħseb anke min ma jemminx ma għandux jixhed fil-falz fil-Qorti. Anke min ma jemminx ma għandux jisraq, ma għandux joqtol, ma għandux jieħu nisa u rġiel tal-oħrajn, ma għandux jieħu affarijiet tal-oħrajn. Il-Kmandamenti jgħidulna x’ ma għandniex nagħmlu. Il-ħażen li ma għandniex nagħmlu. Dal-Vanġelu tallum il-beatitudnijiet jgħidilna kif aħna rridu nkunu. Hemm differenza kbira! Mhux il-ħażen li ma għandekx tagħmel imma kif Alla jridek, kif Alla jixtieqek. Aktar minn hekk Alla xi jrid jagħmel fik. Il-grazzja t’Alla, il-qawwa tal-Ispirtu s-Santu xi jrid jagħmel fina għeżież tiegħi.

Issa ħafna drabi wħud minna qisna għadna taħt it-Testment il-Qadim. Anke per eżempju l-Qrar tagħna, l-indiema tagħna dejjem il-kejl tagħha huwa l-Għaxar Kmandamenti mentri rridu nikbru u nitgħallmu li l-kejl tagħna bħala Nsara jrid ikun il-Beatitudnijiet ċioe’ tan-nies li huma mimlija b’Alla, ta’ dawk li jridu jħallu lil Alla jaħdem ġewwa fihom. U x’inhija l-ewwel, ħa nippruvaw induruhom kollha jekk inlaħħqu għaliex nistgħu nagħmlu programm fuq kull wieħed minnhom pero’ huma sbieħ u bellezza meta nifhmuhom.

L-ewwel ħaġa Ġesu’ jgħid: huma Henjin… Din ħa nsibuha kompletament Henjin jew Imbierka fi traduzzjoni oħra tgħidilna jew ferħana. Il-kelma Hieni fil-Bibbja tfisser dawn l-affarijiet kollha:

  • Imbierek minn Alla,
  • mimli bil-preżenza t’Alla,
  • mimli bl-Ispirtu s-Santu,
  • Alla huwa miegħek,
  • Alla qed jaħdem fik,
  • inti mbierek mill-Mulej.

Dan tfisser li huwa Hieni b’xi mod idur kollox mal-fatt li Alla qed jaħdem fik, Alla huwa miegħek u jgħidilna: Henjin l-ewwel ħaġa l-foqra fl-Ispirtu għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. Il-Beatitudnijiet huma kollha hekk. L-ewwel Hieni ngħidulhom Beatitudnijiet għaliex bil-Latin propju hija l-kelma Beati fil-bidu fit-traduzzjoni mhix Maltija ovjament imma għalhekk huma Beati, Beati, Beati… Dejjem ħa jkollna Hienja għal xi ħaġa u l-konsegwenza tagħha x’inhi.

Henjin il-foqra fl-Ispirtu għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet

Issa l-ewwel waħda hija Hienja l-fqar fl-Ispirtu, il-konsegwenza x’inhi? Għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. Issa l-probabilta’ li dil-ħaġa mhux ħa tifhmuha, allura ħa nispjega daqsxejn ftit x’inhija. Il-fqar fl-Ispirtu x’inhuma u min huma għeżież tiegħi? Il-fqar fl-Ispirtu huma kategorija fit-Testment il-Qadim, fil-Bibbja ta’ grupp ta’ nies li ħafna drabi huma grupp żgħir, mhux grupp kbir u għalhekk id-dixxipli ta’ Ġesu’ ħafna drabi huma ‘il ftit jgħidulhom l-Anawim. Insew il-kelma huwa l-grupp ta’ dawk li huma verament rashom baxxuta quddiem Alla. Dawk li jafu b’ mod sempliċi jiddependu minn Alla. Din hija t-top 1 tan-Nisrani. In-Nisrani, il-Hieni, l-Imbierek huwa dak li jaf jiddependi minn Alla huwa fqir fl-Ispirtu. Ġesu’ għalhekk qalilna: ‘Jekk ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet.’ Għax it-tfal iż-żgħar x’inhi l-karatteristika tagħhom? Li jiddependu mill-ġenituri. Aħna forsi din ftit li xejn inqisuh bħala nuqqas, dnub fil-ħajja tagħna li jien ma niddependix minn Alla. Il-maqlub hija s-suppervja li jien niddependi minni nnifsi. L-ewwel ħaġa hija d-dipendenza minn Alla. Il-fiduċja totali f’Alla, it-tama tagħna f’Alla. In-Nisrani huwa dak li ma jiddependix fuqu nnifsu, li ma jafdax fih innifsu, ma jafdax f’min jaf, għax jien naf lil dak ta.. Aħna l-Maltin kemm aħna għaliha din ta għax jien issa nkellimlek lil xi ħadd jiena nirranġaw.. u int taf lil xi ħadd li jista’ jitkellem.. kemm inbatu minna din għeżież tiegħi fis-soċjeta’ tagħna.

In-Nisrani huwa dak li moħħu mistrieħ mhux b’min jaf imma moħħu mistrieħ b’Alla għeżież tiegħi. U din hija xi ħaġa illi mhux faċli ee! Li t-tama tiegħek mhuwiex il-bniedem, li t-tama tiegħek huwa Alla l-Imbierek anke fil-Knisja mhix faċli għax anke fil-Knisja xi drabi liema qaddis taf, liema Isqof taf, liema Kappillan taf, liema Qassis taf, liema Kardinal ta, jekk intix ħabib tal-Papa ee! Faċilment induru hekk it-tama tagħna anke fil-Knisja jkun il-bniedem mentri fil-verita’ fil-Knisja trid tkun suppost per eċċellenza, ċara li t-tama tagħna hija f’Alla u mhux fil-bnedmin, anke l-bnedmin tal-Knisja stess maħbubin tiegħi. Aħna nistgħu nonqsu fil-Knisja billi t-tama tagħna tkun f’xulxin, f’xi awtorita’ li jiena naf u mhux f’Alla l-Imbierek.

Għandna bżonn dan il-faqar fl-Ispirtu anke fil-Knisja ħbieb tiegħi, għandna bżonn dan il-faqar din d-dipendenza fuq Alla fil-mumenti iebsa, fil-mard, fit-tbatija, fl-imwiet, fil-kriżijiet, fil-kriżi finanzjari, fil-problemi tat-tfal, fil-problemi taż-żwieġ niddependu minnek Mulej. Dawn huma l-foqra fl-Ispirtu għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. Min hu fqir fl-Ispirtu x’se jirċievi? Ġesu’ ma jgħidx min hu fqir fl-Ispirtu ma għandux problemi, min jiddependi fuq Alla ma għandux inkwiet le! Tiegħu hija s-Saltna t’Alla. Is-Saltna t’Alla fi ftit kliem huwa Ġesu’ stess għeżież tiegħi. Alla fejn isaltan, il-persuna ta’ Kristu. Ċioe’ jekk int tiddependi minn Alla r-reward kbir tiegħek taf x’inhu? Alla innifsu. WOW!! WOW!! Il-bniedem li verament iħobb ‘l Alla din taffaxxinah. Għalhekk għedtilkom il-Beatitudnijiet mhumiex ta’ kulħadd, ta’ min ma jridx jaf b’Alla. Dawn fil-Vanġelu ta’ min irid ikun ħabib t’Alla, ta’ min irid ikun qrib Ġesu’, ta’ min irid qalbu tkun mimlija verament bil-Mulej. Jekk int tiddependi minnu dak li ħa tirċievi huwa Huwa stess.

Issa jekk aħna għeżież tiegħi, aħna ninqdew b’Alla u mhux irridu ‘l Alla. Ninqdew b’Alla għall-kuntentizza tagħna, ninqdew b’Alla għas-suċċessi tagħna, ninqdew b’Alla biex nirranġaw il-problemi tagħna. Aħna nkunu fiċ-ċentru allura ma nirrealizzawx mhux importanti dil-ħaġa, imma l-bniedem li jrid lil Alla jkun fiċ-ċentru jifhem li jrid jiddependi minnu, u Alla meraviljuż ee! Min jiddependu minnu Alla jagħtih lilu nnifsu u din hija, din hija kbira. Din hi r-raġuni għalfejn jiena u int konna maħluqa. Jiena u int konna maħluqa biex Alla jgħammar fina. Kbira ta! Biex Alla jkun tiegħek. Kbira! Biex int tkun tiegħu u  biex hu jkun tiegħek, it-tnejn li huma, biex jiena nkun tal-Mulej u l-Mulej ikun tiegħi. Imma ċ-ċavetta hija li jiena nkun fqir niddependi minnu. U l-ewwel Beatitudni din l-ewwel waħda hija ċ-ċavetta għall-Beatitudnijiet kollha.

Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom b’wirthom l-art

It-Tieni waħda Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom b’wirthom l-art għeżież tiegħi. Din għandha background anke fit-Testment il-Qadim. Li jkonna qalbna ħelwa l-ewwel ħaġa li nkunu bħal Ġesu’. Għaliex? Ġesu’ mhux hekk qalilna? Ixbhu lili għax jien ta’ qalb ħelwa u umli? Dil-ħlewwa l-manswetudni li Dun Ġorġ Preca għeżież tiegħi qaddis sabiħ Malti, das-saċerdot qaddis fi żminijietna, it-tieni Missier tagħna fil-fidi wara San Pawl sejjaħlu l-Papa Ġwanni Pawlu. Għeżież tiegħi l-ħlewwa li nkunu bħal Mulej u jgħidilna li jekk għandna din il-ħlewwa f’qalbna allura jkollna bil-wirt tagħna l-art. L-art mhux qed jirreferi għall-art ta’ din id-dinja ee! Fit-Testment il-Qadim il-poplu Lhudi kien imwiegħed Art t’Iżrael li hija art ta’ din id-dinja. Pero’ fit-Testment il-Ġdid il-wegħdiet t’Alla ssiru fuq il-livell Spiritwali mhux fuq livell materjali u nieqfu hemm. L-art li qed jitkellem minna hija l-ġenna, dik hija l-art vera tagħna u l-ġenna huwa Alla nnifsu fl-aħħar mill-aħħar li hija r-relazzjoni perfetta m’Alla. Mela jekk inkunu fqar fl-Ispirtu, niddependu minn Alla l-ħlas tagħna huwa Alla. Jekk aħna nkunu ta’ qalb ħelwa, aħna se nirtu lil Alla għeżież tiegħi. Araw kif kollox qed iwassal x’inhu l-ferħ vera? X’inhu dak li jagħmilna imberkin, ferħana vera? Huwa l-preżenza tal-Mulej fil-ħajja tagħna, il-ħlewwa.

Ejjew naraw għeżież tiegħi kemm għandna bżonn il-ħlewwa tal-Mulej, issa l-ħlewwa tal-Mulej, li nkunu ħelwin bħal Ġesu’ ma jfissirx illi xi drabi ma nkunux sodi ee! Ma jfissirx xi drabi ma nċaqċaquhiex lil xi ħadd, ma jfissirx illi kliemna jkun sieq ‘l hemm u sieq ‘l hawn. Li nkunu ħelwin ma jfissirx li kollox jgħaddi, li kollox xejn m’hu xejn, li t-tajjeb isir ħażin u li l-ħażin isir tajjeb għeżież tiegħi ma jfissirx hekk. Li tkun ħelu anke fi kliemek ifisser illi xi kultant taqta’ fil-laħam il-ħaj. Ġesu’ l-istess li qalilna ta’ qalb ħelwa u umli lill-Fariżej għajjarhom ipokriti qallhom il-verita’. Iġifieri l-ħlewwa mhix il-ġuġu, mhux il-ħlewwa tal-ġuġu. Hi ħlewwa li anke meta tgħid il-verita’ inti ma tridx tweġġa’ inti tixtieq il-ġid tal-persuna l-oħra fil-kliem tiegħek, fil-qalb tiegħek, fis-sentimenti tiegħek.

Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx tal-Ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin

Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx tal-Ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin. Anke dil-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja għandha ġiex livelli. Il-ġustizzja one l-Ġustizzja ‘l mod kif nifhmuha b’mod normali. L-Inġustizzji li aħna naraw fid-dinja għeżież tiegħi u għandna Inġustizzji fuq livelli differenti. Sfortunatament għandna anke Inġustizzji fil-Qrati, Inġustizzji fejn suppost isir Ġustizzja. Mhux l-ewwel darba li nisimgħu ċirkustanzi ta’ korruzzjoni fil-Qrati madwar id-dinja kollha għeżież tiegħi. Il-post fejn suppost isir Ġustizzja ssir Inġustizzja, min suppost jagħmel Ġustizzja jagħmel Inġustizzji. Dawn l-Inġustizzji nistgħu nsibuhom anke fil-Knisja, fil-Komunita’ Nisranija sfortunatament għeżież tiegħi, nistgħu nsibuhom fil-familji tagħna, nista’ nagħmilhom jien l-ewwel wieħed, nistgħu nsibuhom fil-Komunitajiet tagħna. Imma Ġesu’ qed jgħidilna hawnhekk inkunu bil-ġuħ u bil-għatx għall-ġustizzja. Imma l-Ġustizzja mhijiex biss biex ngħidu hekk il-ħaqq ta’ kif nifhmu b’mod normali. Il-Ġustizzja hija kelma oħra anke għall-Qdusija fil-Bibbja. Il-qdusija li huwa Alla nnifsu, li aħna nkunu bil-ġuħ u l-għatx għal Alla. Ġuħ u għatx għal Alla u kif ħa nkunu mxebbgħin? Billi Alla jagħtina lilu nnifsu.

Għandna tant Salmi fit-Testment il-Qadim jgħidulna: ‘Ruħi bil-għatx għalik O Alla tiegħi, meta niġi u nara wiċċ Alla?’ Hekk meta ħa naqta’ dan l-għatx li jiena għandi għal Alla? Aħna rridu nkunu mġewwħin u bil-għatx għall-Mulej. Ġesu’ jgħidilna: ‘Min hu bil-għatx, jiġi għandi.’ It-Testment il-Qadim Iżaija jgħidilna: ‘Min hu bil-għatx u bil-ġuħ jiġi u jiekol u jixrob b’xejn.’ Għeżież tiegħi għaliex Alla biss jista’ jaqtgħalna l-għatx vera, għall-Paċi vera, għall-Imħabba vera fil-ħajja tagħna.

Henjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena

Henjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena. Għeżież tiegħi hija Beatitudni oħra daqshekk sabiħa. Jekk trid issib Ħniena t’Alla; ħenn! Ma nippretendux li nsibu l-Ħniena t’Alla u aħna nurux ħniena ta. Il-Mulej qalilna: Bl-istess kejl jitkejjel lilkom, li tkejjlu intom jitkejjel lilkom. Xi kultant dan il-kliem ma tantx joġgħobna ta’ Ġesu’. Aħna l-Mulej iriduh ħniena magħna, Ħniena u mal-oħrajn Ġustizzja. Eee! Ħafna drabi hekk fejn nidħlu aħna d-dnub tagħna, in-nuqqasijiet tagħna, u rridu l-Mulej iħenn għalina imma mbagħad tal-oħrajn imbaltulhom u naqlagħulhom u niġġudikawhom u nperċuhom. Ħniena magħna u Ġustizzja mal-oħrajn, pero’ l-Mulej qed jgħidilna jekk aħna nuru ħniena, aħna nsibu l-Ħniena t’Alla għeżież tiegħi. Mhux għax Alla jpattiha jew jivvendika ruħu, imma l-bniedem li ma jurhiex ħniena jagħlaq qalbu għall-istess Ħniena t’Alla fil-veru sens tal-kelma, għax meta inti tagħlaq qalbek għall-oħrajn tagħlaq qalbek għall-Mulej. Meta inti ma tħennx mal-oħrajn u Ġesu’ qalilna: ‘Kull ma’ tagħmlu mal-oħrajn tagħmluh miegħi.’ Allura li ma nagħmlux mal-oħrajn ma nagħmluhx miegħu. Aħna nkunu qegħdin inwarrbuh, imma kemm hija sabiħa din l-istil li anke dil-Kelma hekk illi jekk aħna nuru ħniena għandna l-garanzija li ħa nsibu l-Ħniena t’Alla fil-ħajja tagħna. U aħna nuru ħniena għaliex Alla huwa ħanin mhux biex Alla jkun ħanin. Għax huwa Missier il-Ħniena u Alla ta’ kull Faraġ.

Ejjew insibu l-mumenti kollha b’mod speċjali nipprattikaw l-Opri tal-Ħniena, il-Ħniena fuq livell materjali u l-Ħniena fuq livell Spiritwali.

  • Tilqa’ ‘l barrani,
  • titma’ lil min hu bil-ġuħ,
  • tlibbes lil min hu għarwien,
  • iżur lil min hu l-Ħabs,
  • iżur lil min hu marid.
  • Li tagħti parir tajjeb,
  • li tgħin lil min hu ħosbien,
  • li tgħallem lil min ma jafx,
  • li titlob għall-ħajjin,
  • titob għall-mejtin.

Dawn huma wħud mill-Opri tal-Ħniena li aħna msejħin sabiex ngħixu u jekk nuru ħniena nsibu ħniena.

Henjin dawk li huma safja f’qalbhom, għax huma jaraw ‘l Alla

Henjin dawk li huma safja f’qalbhom, għax huma jaraw ‘l Alla. Is-safa tal-qalb m’għandhiex x’taqsam ma’ xi dnubiet fejn naf jien Sesswali li nkunu ħielsa minnhom dik ukoll imma s-safa tal-qalb, is-safa hija li qalbek ma għandha l-ebda xemgħa, ma għandha xejn, ma għandhiex ipokrezija, li qalbek hi fil-Verita’. Li tfittex ‘l Alla fil-Verita’, li tagħmel kollox kif kien jgħid Dun Ġorġ Preca b’Intenzjoni retta. Li inti verament tfittex illi f’kollox tagħmlu għal Alla, għall-Glorja t’Alla, għall-ġid tal-oħrajn

  • mhux biex tinqeda bik infisek,
  • mhux għas-sodisfazzjon personali tiegħek,
  • mhux biex tipromovi lilek inifsek,
  • mhux biex tinqeda bil-fqir u l-batut biex inti tħossok tajjeb li qed tagħmel xi ħaġa tajba, le imma b’Imħabba ġenwina.
  • Mhux biex isir popolari biex tkun fuq l-Aħbarijiet,
  • biex kulħadd iċapċaplek,
  • biex taqla’ xi medalja,
  • biex joqgħodu jitkellmu tajjeb fuqek,

mhux għalhekk għeżież tiegħi. Imma li nagħmlu nagħmluh għall-Mulej u għall-oħrajn u allura anke jekk ħadd ma jaf bil-ġid li qed tagħmel. Il-qalb safja li f’kollox tfittex lil Alla u mhux lilna nfusna. Huma jaraw ‘l Alla biex tara lil Alla trid tkun safi bħalhom, imma WOW!! Il-Mulej qed jgħidilna nistgħu naraw ‘l Alla. Naraw mhux b’dawn l-għajnejn, naraw b’hawn bil-qalb. Ġesu’ jgħidilna li mill-qalb tagħna joħroġ il-ħażen kollu maħbubin tiegħi. Pero’ jekk il-qalb tagħna tissaffa

  • bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu,
  • bit-Tqarbin,
  • bil-Qrar,
  • bil-Qari tal-Bibbja,
  • bit-Talb,
  • bl-Opri ta’ Karita’,
  • bil-Grazzja tas-Salib ta’ Kristu,
  • bid-Demm tiegħu,

allura jekk il-qalb tagħna tissaffa aħna nistgħu naraw lill-Mulej. Hu possibli kieku Ġesu’ mhux qed jgħidilna.

Henjin dawk li jġibu l-Paċi, għax huma jissejħu wlied Alla

Henjin dawk li jġibu l-Paċi, għax huma jissejħu wlied Alla. Ħeq għeżież tiegħi,

  • aħna qegħdin inġibu l-Paċi?
  • Aħna strument ta’ Paċi jew strument ta’ firda?
  • Biz-zekzik, bil-kliem tagħna qegħdin inġibu Paċi jew nifirdu?
  • Inkomplu nsaħħnu l-qiegħha?
  • Inkomplu nġibu l-firdiet,
  • nimlew lil xulxin kontra xulxin,
  • inkabbru d-dnubiet ta’ xulxin,
  • niżirgħu l-firda.

Ix-xitan dak li jiżra’ l-firda, ulied Satana jiżirgħu l-firda, fiż-żwieġ, fil-familja, fil-pajjiż, fix-xogħol, fil-Knisja. Ulied Alla jġibu l-Paċi, il-Maħfra, ir-Rikonċiljazzjoni.

  • Int ma’ liema naħa qiegħed?
  • Int mal-Paċi jew mal-Firda?
  • M’Alla jew max-xitan?
  • Tippretendi li int Iben Alla u m’intix ġġib il-Paċi?
  • Tippretendi li inti tmur il-Knisja, titqarben u tqerr imbagħad inti stess iġib il-firda?

Fil-kas trid tindem mid-dnub tiegħek qalbi u toħroġ mill-aljenzazzjoni li tinsab fiha. Taħsibx li inti missejt is-sema b’idejk imbagħad inti l-istrument tal-firda fil-kliem u fl-attitudnijiet tiegħek. Għandi bżonn nikkonverti fil-kas. Ma nistgħux nippretendu u naħsbu li aħna wlied Alla jekk aħna għadna wlied Satana, jekk aħna għadna wlied ix-Xitan, missier il-gideb, missier il-firdiet. Għeżież tiegħi x-xitan jifred Diabolos hekk tfisser, dak li jifred. Mentri Alla huwa dak li jgħaqqad u wlied Alla huma dawk li jġibu l-Paċi. Mhux dawk li jistennew il-Paċi tiġi ta huma dawk li jaħdmu huma għall-Paċi. Mhux dawk li jixtiequ l-Paċi huma dawk li jxammru l-kmiem u jagħmlu xi ħaġa għall-Paċi. Għeżież tiegħi dawn huma wlied Alla xi drabi nistgħu niskandalizzaw lilna nfusna b’dan li ħa ngħid. Xi drabi għandna nies fil-Knisja li ma naħdmux għall-Paċi mbagħad għandna nies barra mill-Knisja li jaħdmu għall-Paċi. Noqgħodu attenti għax xi drabi nistgħu nixxukjaw ruħna u naraw min huma l-ulied veri t’Alla. Xi kultant huma dawk li aħna ma naħsbux li huma u dawk li naħsbu li aħna, m’aħniex.

Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna ts-Smewwiet

Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna ts-Smewwiet. Ġesu’ l-persekuzzjoni ħa jagħmilha f’żewġ livelli waħda minħabba s-sewwa u l-oħra minħabba Fih. Hemm ġiex livelli differenti. Kemm għandna nies li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa ċioe’ għax iridu l-affarijiet kif suppost. Ħudha fuq il-post tax-xogħol, trid l-affarijiet kif suppost u jduru kontrik jiġġakkbinawk għaliex kuntenti fil-koruzzjoni, kuntenti fit-taħwid, kuntenti ma jiddikjarawx l-affarijiet kif inhuma, kuntenti kulħadd iħawwad minn taħt u kif xi ħadd jipprova jirranġa s-sitwazzjoni dduru kontrih. Naraw kif nagħmlulu Frame up, niġġakkibinawh, nimalafamawh, inqabżuh ‘il barra. Għeżież tiegħi Ġesu’ qed jgħidilna biex nagħmlu s-sewwa ħa nkunu ppersegwitati, imma Ġesu’ jgħidilna tistgħu tkunu mberkin f’dil-persekuzzjoni tagħkom hi s-Saltna tas-Smewwiet.

Henjin intom meta jgħajrukom, jippersegwitawkom, jaqilgħu kull xorta ta’ ħażen u gideb kontra tagħkom minħabba Fija. Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir fis-smewwiet.

Henjin intom meta jgħajrukom, jippersegwitawkom, jaqilgħu kull xorta ta’ ħażen u gideb kontra tagħkom minħabba Fija. Mela issa mhux biss minħabba s-sewwa għat-tajjeb fih innifsu imma minħabba l-persuna ta’ Ġesu’. Ġesu’ qed jgħidilna li minħabba fih sejrin jippersegwitawna, jaqilgħu kull xorta ta’ ħażen u gideb kontra tagħna. Ġesu’ qed jgħidilna u jgħidilna: ‘Ifirħu u ttennew għax ħlaskom hu kbir fis-Smewwiet. L-uniku ħlas kbir li Ġesu’ jitkellem minnu fil-Vanġelu huwa għall-persekuzzjoni.

Ħbieb tiegħi kif jgħidilna San Pawl u San Pietru min se jimxi wara l-Mulej se jkun ippersegwitat. Il-Knisja fil-bidu kienet ipersegwitata, il-Knisja llum tkun ippersegwitata. Jalla jippersegwitawna għax aħna ta’ Ġesu’ u mhux għax nagħmlu l-iżbalji vera tagħna għeżież tiegħi bħala Knisja u bħala individwi. Pero’ biex nimxu wara l-Mulej forget it li ma nkunux ippersegwitati ee!

  • X’imkien ħa jwaqqgħuk għaċ-ċajt,
  • x’imkien se jirredikolawk,
  • x’imkien se jippruvaw iwarrbuk, jemerġinawk, jirrifjutawk,
  • x’imkien se jigdbu fuqek, jaqilgħu xi malafama fuqek għax inti ta’ Ġesu’.

Ħbieb tiegħi hawn hekk nistgħu nsibu l-għola esperjenza tal-ferħ li mhix faċli, l-għola esperjenza tal-Beatitudni meta għaliex inkunu fidili għal Kristu għax irridu nimxu wara l-Mulej iduru kontra tagħna. Jalla għeżież tiegħi f’mumenti bħal dawn ningħaqdu flimkien u ma nitilqux lil Ġesu’ u lanqas nitilqu lil xulxin. Illum il-Kelma t’Alla kollha qed tgħidilna t-triq vera kif aħna nkunu ferħana. Jalla għeżież tiegħi ma nfittxux ferħ ieħor imma nfittxu dan il-ferħ li jiġi mill-ġenwinita’ tal-Klema t’Alla f’ħajjitna.

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN