36. Nitolbu għall-Papa

Dokument sħiħ PDF jew WORD ta’ Talb għall-Bżonnijiet tas-Saċerdoti.

adobestock_50540228_catholic_church_pope_salute_concept_1200x580.jpg

Mulej Ġesu’, int bnejt il-Knisja tiegħek fuq Pietru, u tajtu l-missjoni li jmexxi l-Knisja tiegħek fuq l-art, nitolbuk għall-Papa, Vigarju Tiegħek u suċċessur ta’ Pietru, biex flimkien mal-isqfijiet iwassal lid-dinja kollha l-messaġġi Tiegħek. Agħtih il-qawwa u l-kuraġġ biex ikun strument ta’ paċi fid-dinja. Marija, Omm is-Saċerdot, ħares lill-Papa li jirrapreżenta lil Ġesu’ Kristu, Ibnek u Feddej tagħna.

34. Nitolbu għall-isqfijiet

Dokument sħiħ PDF jew WORD ta’ Talb għall-Bżonnijiet tas-Saċerdoti.

bishop-silhouette-e1386731428861Etern Alla li tista’ kollox, għat-tmexxija tal-Knisja qaddisa Tiegħek u għall-għaqda tal-fidi, int qegħidt fuqha l-isqfijiet, bħala suċċessuri tal-appostli u bħala għassiesa li jiddefendu l-erwieħ. Itfa’ fuqhom, nitolbuk, il-milja tal-grazzja Tiegħek, li twettaqhom biex ikunu rgħajja tajba u biex il-ħidma tagħhom għall-glorja Tiegħek u għas-salvazzjoni tagħna tħalli ħafna frott.

Agħmel li bil-kelma tagħhom u fuq kollox bl-eżempju, huma jkomplu bir-reqqa dmirijiethom kollha. Jalla bil-ħila tagħhom, il-fidi nisranija tkun imħarsa minn kull żball, u taħt it-tmexxija siewja tagħhom, aħna ngħixu dejjem fit-tjieba, fil-paċi u fl-imħabba nisranija. Ammen

33. Għall-Parroċċa tagħna

Dokument sħiħ PDF jew WORD ta’ Talb għall-Bżonnijiet tas-Saċerdoti.

4efc83bc76891f662fa46ad803748484Mulej, li tlaqqagħna flimkien biex inħossuna ġens magħżul, Saċerdozju regali u poplu qaddis, ħalli nxandru l-għemejjel Tiegħek tal-għaġeb, bierek il-parroċċa tagħna.

Agħmel li din tkun komunita’ tal-aħwa li tilqgħek, fejn, is-smigħ tal-Kelma Tiegħek, fis-sehem tal-Ewkaristija, fis-servizz tal-Karita’, nistgħu nħossu u nindunaw li aħna poplu t’Alla.

Agħmel, li kull wieħed minna fil-parroċċa jisma’ s-sejħa li Int tagħmillu, jilqagħha bil-fidi u jgħixha bil-ferħ, mgħejjun mix-xhieda nisranija ta’ kulħadd.

Agħmel li l-Parroċċa tagħna tkun familja kbira fejn, fl-għaqda ta’ kulħadd, qassisin, reliġjużi, familji u lajċi, jagħarfu d-doni tal-Ispirtu s-Santu, jaqsmuhom bil-qalb u jerfgħu r-responsabbilta’ propja tagħhom għall-bini tas-Saltna t’Alla.

Marija, Omm il-Knisja, ressaq lill-Mulej it-talba tagħna u ħares il-Komunita’ tagħna. Ammen.

 

32. Għall-Kappillan jew Arċipriet

Dokument sħiħ PDF jew WORD ta’ Talb għall-Bżonnijiet tas-Saċerdoti.

header-3

O Ġesu’, Ragħaj etern tal-erwieħ, li għoġbok tafda parti tal-merħla Tiegħek lill-Arċipriet tagħna, nitolbuk li ddawlu, tfarrġu u tmexxih fit-twettiq tal-missjoni iebsa tiegħu.

Min-naħa tagħna aħna nwegħduk li nagħtuh ġieħ bħala rappreżentant Tiegħek, li nobduh bħala kap tal-familja spiritwali tagħna, li ngħinuh fil-ħidmiet ta’ żelu u ta’ appostolat.

31. Talba ta’ Saċerdot ~ Dun Nazz Camilleri SDB

Dokument sħiħ PDF jew WORD ta’ Talb għall-Bżonnijiet tas-Saċerdoti.

catholicvs-jesucristo-sumo-y-eterno-sacerdote-jesus-christ-eternal-high-priest.jpg

Ġesu’, Saċerdot etern, agħmilni Saċerdot skont qalbek kif tridni Int, kif tixtieqni l-Knisja, kif jippretendi minni l-poplu t’Alla.

Żommni dejjem pur sal-mewt, żommni fil-grazzja Tiegħek, imlieni bil-virtujiet kollha… Sawwab fuqi s-Seba’ Doni tal-Ispirtu s-Santu ħarisni bil-Barka Tiegħek u agħtini il-perseveranza sal-aħħar, il-qdusija personali, il-frott abbundanti fl-appostolat biex inkun dejjem skont kif titlob id-dinjita’ tas-Saċerdozju tiegħi.

Agħtini l-grazzja biex naqdi lill-Knisja mhux ninqeda biha għall-interessi tiegħi. Eqred fija s-suppervja u nissel fija l-umilta’ u l-ubbidjenza, l-ispirtu ta’ solidarjeta’ u dixxiplina, is-sagrifiċċju u ż-żelu u l-appostolat sal-aħħar nifs ta’ ħajti. Ħarisni mit-tradimenti. Nissel fija orrur lejn is-sagrileġġi u l-iskandli.

Skansani mix-xbiek tal-passjonijiet tiegħi tar-rebgħa, tal-flus, tax-xeħħa, tal-ġibdiet tal-ġisem. Ibgħatli mewta tajba qabel ma jien… naqa’ fid-dnub, nagħmel diżunur lill-Knisja u niskandalizza lill-erwieħ li fija jfittxu Kristu ieħor. Indur lejk, O Verġni Marija, biex illum u dejjem tiddefendini bil-ħerqa tiegħek ta’ omm. U tagħmilni umli, qalbieni u qawwi kif ridt li jkun Don Bosco. Ammen.

Miktuba mis-Serv t’Alla Dun Nazz Camilleri SDB (1906 – 1973)

 

30. Talba ta’ Saċerdot il-Ħadd Filgħaxija ~ Michel Quoist

Dokument sħiħ PDF jew WORD ta’ Talb għall-Bżonnijiet tas-Saċerdoti.

1.jpgIllejla ninsab waħdi, Mulej.

In-nies ħarġu mill-Knisja u erġajt lura d-dar… waħdi.

Fit-triq iltqajt ma’ familji ġejjin lura mill-ħarġa tal-Ħadd.

Xi tfal jilgħabu l-ballun ħabtu miegħi… tfal li qatt ma jista’ jkolli.

Hawn jien Mulej, fil-ħemda ta’ kamarti, is-skiet qed jagħfas fuqi.

Qed nikber fl-eta’. Bħal kull raġel fl-eta’ tiegħi, ġismi lest biex jaħdem, qalbi lesta li tħobb.

Tajtek kollox… imma llum qed inħoss l-ebusija ta’ din l-offerta.

Ħaġa iebsa tagħti ġismek, waqt li ġismek m’hu ta ħadd…

Ħaġa iebsa tħobb lil kulħadd, waqt li Tiegħek m’huwa ħadd…

Ħaġa iebsa tagħfas id persuna, mingħajr ma tibqa’ żżommha….

Ħaġa iebsa ssaħħar in-nies wara l-Mulej, u lil ħadd warajk…

Ħaġa iebsa ma tkun xejn għalik innifsek, iżda kollox għal kulħadd.

Iżda nħoss il-Mulej iwieġeb:

“Le, Ibni, m’intix waħdek. Jien miegħek.

Minn dejjem ħlomt bik, għażiltek, ridtek Tiegħi.

Neħtieġ idejk biex nibqa’ nbierek.

Neħtieġ fommok biex nibqa’ nagħti kliem il-ħajja.

Neħtieġ ġismek biex nibqa’ nbati.

Neħtieġ qalbek biex nibqa’ nħobb.

Għandi bżonnok biex nitma’ lil ħutek imġewwħin.

Ibqa’ miegħi, Ibni!”

Hawn jien, Mulej.

Hawn hu ġismi, hawn hi qalbi, hawn hi ruħi.

Agħmel li nikber biżżejjed biex nilħaq lil kulħadd.

Li nkun b’saħħti biex inġorr lil kulħadd.

Li nkun safi biżżejjed biex ngħannaq lil kulħadd mingħajr ma niggranfa lil ħadd.

Agħmel li ħajti tkun pjazza fejn kulħadd jiltaqa’ imma ħadd ma jieqaf, triq li twassal biss għal għandek.

Illejla, Mulej, meta mħabbtek qed tweġġagħni,

Meta mħabbet ħuti tagħfas fuqi,

nixtieq mill-ġdid ngħidlek “Iva”,

forsi mhux bit-tbissima faċli ta’ jum l-Ordinazzjoni,

imma llum, hawnhekk, quddiemek,

fis-skiet u l-ħemda ta’ kamarti.

Michel Quoist

29. Jien magħżul Saċerdot u għal dejjem ~ Karidnal A. Ballestrero

Dokument sħiħ PDF jew WORD ta’ Talb għall-Bżonnijiet tas-Saċerdoti.

506px-holy_orders_pictureĠesu’ jien Saċerdot mhux b’inizjattiva tiegħi, lanqas għall-mertu tiegħi jew għax jien superjuri għall-oħrajn; jien Saċerdot għax Int ħarist lejja; għax Inti ħdejja tul it-triq kollha ta’ ħajti u kont Inti li għidtli: “Imxi warajja” bi stedina ċara u mimlija mħabba u b’mod mill-iktar sopranaturali.

Lili m’għidtlix għaliex u lanqas kif, imma biss: “Ejja u imxi warajja”

Imma, Mulej, fejn Int? Fejn toqgħod? “Ejja u tara.”

Imma, Mulej, xi trid? “Ejja u ismagħni.”

Imma Mulej, x’destin ser ikollha ħajti? “Tiegħi stess.”

U waqt li għaqqadtni mad-destin Tiegħek, Int għamiltni Saċerdot. Din l-avventura li ma tħallikx kwiet, m’għandhiex passat li jagħlaq l-istorja tagħha. Għandha bidu, żgur, għax Int sejjaħtli f’ċertu jum ta’ ħajti, imma m’għandhiex tmiem.

Jien imsejjaħ illum, kif ser inkun imsejjaħ għada; u kif ser inkun imsejjaħ sal-jum tal-eternita’! għax int, Mulej, ma jiddispjaċikx tal-għażla Tiegħek.

Karidnal A. Ballestrero

28. Grazzi O Alla għad-don tas-Saċerdozju ~ San Ġwanni Pawlu II

Dokument sħiħ PDF jew WORD ta’ Talb għall-Bżonnijiet tas-Saċerdoti.

st_andre_john-paul_ii“Te Deum Laudamus
Te Dominum Confitemur…”

Infaħħruk u nroddulek ħajr, O Alla,
l-art kollha tqimek.
Aħna ministri tiegħek,
b’leħen il-profeti,
u l-kori tal-Appostli,
inxandruk bħala Missier u Sid il-Ħajja, ta’ kull sura ta’ ħajja li tiġi mingħandek biss.
Nagħarfu, o Trinita’ Qaddisa,
li fik twieldet u bdiet il-vokazzjoni tagħna;
Int, il-Missier, sa minn dejjem ħsibt fina,
ridtna u ħabbejtna;
Int l-Iben, għażiltna u sejjaħtilna
biex ikollna sehem mis-Saċerdozju waħdieni u ta’ dejjem tiegħek;
Int, Spirtu Qaddis, imlejtna bid-doni tiegħek
u kkonsagrajtna bid-dilka qaddisa tiegħek.
Int, Sid iż-żmien u l-istorja
qegħidtna fuq l-għatba
tat-tielet elf sena nisranija,
biex inkunu xhieda tas-salvazzjoni
li int ksibt għall-umanita’ kollha.
Aħna, il-Knisja li xxandar
il-glorja tiegħek, nitolbuk:
tħalli qatt li jkun hemm nuqqas ta’ Saċerdoti qaddisin
li jaqdu l-Evanġelju;
ħalli jidwi b’mod solenni f’kull Katidral
f’kull rokna tad-dinja
l-innu: Veni Creator Spiritus.
Spirtu Ħallieq, ejja,
ejja ħa tqajjem ġenerazzjonijiet ġodda
ta’ żgħażagħ
lesti biex jaħdmu fl-għalqa tad-dwieli tal-Mulej,
ħa jxerrdu s-Saltna t’Alla
sa truf kollha tal-art.

U int, Marija, Omm Kristu,
li ħdejn is-Salib aċċettajtna
bħala wlied maħbuba mal-Appostlu Ġwanni,
kompli ħares il-vokazzjoni tagħna.
Lilek nafdaw is-snin tal-ministeru
li l-providenza għad tagħtina li ngħixu.

Kun qrib tagħna biex tmexxina
mill-mogħdijiet tad-dinja,
biex niltaqgħu mal-irġiel u n-nisa
li Ibnek feda b’demmu.
Għinna nagħmlu għal kollox ir-rieda ta’ Ġesu’,
li minnek twieled għas-salvazzjoni tal-umanita’.
Kristu, int it-tama tagħna!
“In te, domine, speravi,
Non confundar in aeternum.”
San Ġwanni Pawlu II

27. Talba ta’ Seminarista

Dokument sħiħ PDF jew WORD ta’ Talb għall-Bżonnijiet tas-Saċerdoti.

seminarians-praying-rosary-2014Mulej, irid naqdik bħala Saċerdot, jista jkun m’għandix don speċjali, imma dak kollu li għandi nagħtihulek – saħħti, xi ftit inteliġenza, xi don ‘l hawn u ‘l hinn, u xewqa sinċiera li nagħmel dak kollu li trid minni.

Mulej, għallimni nasal mix-xewqa għall-azzjoni, li nibdel l-egoiżmu tiegħi f’servizz għall-oħrajn. Tini jdejk biex noffri kumpanija lil min iħossu waħdu, infarraġ lil min iħossu mgħaffeġ taħt it-toqol tal-ħajja, nuri t-triq lil min jitlifha. Agħmel li ‘l quddiem inkun Saċerdot skont il-Qalb Imqaddsa Tiegħek. Ammen

26. Talba ta’ Omm għall-Vokazzjonijiet

Dokument sħiħ PDF jew WORD ta’ Talb għall-Bżonnijiet tas-Saċerdoti.

woman-crying-with-hands-togetherMulej, Ġesu’, li bejjitt fil-qalb tal-ommijiet kollha x-xewqa tal-għotja tagħhom infushom, aqlagħli l-grazzja li jkolli iben li xi darba jgħidli: “Ma, irrid insir qassis.” Liema rigal isbaħ nista’ noffrilek, o Mulej, jekk ma noffrilekx l-istess ħolqien tiegħi? Int, Ġesu’ tippermetti l-vokazzjoni ta’ Iben titnissel fil-qalb t’ommu.

Nitolbok, Mulej li tqiegħed f’qalbu l-virtujiet Saċerdotali li għandu jkollu qassis: is-safa, il-ġenerożita’, l-ispirtu tas-sagrifiċċju u ħafna mħabba, biex hekk dan ibni isib għalqa adattata fejn tixxettel il-vokazzjoni jekk din tkun ir-rieda Tiegħek. Jekk, imbagħad, O Mulej, ir-rieda Tiegħek tkun xorta oħra, ilqa’ nitolbok it-talb tiegħi biex iż-żgħażagħ li jisimgħu s-sejħa Tiegħek, li jagħtu lilhom infushom, kollha kemm huma għalik, ikollhom il-kuraġġ li jwieġbu b’ġenerożita’ għall-Pjan Tiegħek.

Verġni Bla Tebgħa, Omm u Reġina tal-Appostli, li l-ferħ immens Tiegħek kien li tnissel l-uniku, veru u qaddis Saċerdot, Ġesu’ ta’ Nażaret, isma’ u wettaq ix-xewqa Tiegħi ta’ omm, li tant tafda fil-Qalb Tiegħek ta’ omm, flimkien ma’ tant ommijiet fid-dinja. Agħmel, o Marija, li maġenb l-altar ta’ Ibnek Ġesu’, inkun hemm jien ukoll jekk mhux bħala omm ta’ iben Saċerdot reliġjuż almenu bħala sieħba.

 Isma’, ja Omm is-Saċerdot Etern, it-talba tiegħi.