Il-Kobor tal-Quddiesa

IL-QUDDIESA

Sezzjoni 1. Il-Quddiesa bit-Tifsir tar-Riti Tagħha
Sezzjoni 2. Ir-Riti tal-Bidu
Sezzjoni 3. Liturġija tal-Kelma
Sezzjoni 4. Il-Liturġija Ewkaristika
Sezzjoni 5. Ir-Rakkont tat-Twaqqif tal-Ewkaristija
Sezzjoni 6. Ir-Rit tat-Tqarbin
Sezzjoni 7. Ir-Rit tal-Għeluq

Bil-għan li nifhmu aħjar dak li nkunu niċċelebraw fil-quddiesa, qed nippreżentaw sensiela ta’ videos qosra li fihom, Fr Michael Bugeja se jfisser il-partijiet differenti ta’ din iċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika li hija ċ-ċentru tal-ħajja liturġika tal-Knisja.

HolySacrificeoftheMass1. Il-Quddiesa ċelebrazzjoni tal-Knisja kollha.

2. Il-Purċissjoni tad-dħul.

3. Ir-Riti tal-bidu.

4. Il-Liturġija tal-Kelma.

5. Minn xiex hi magħmula l-Liturġija tal-Kelma.

6. Il-siltiet moqrija fil-Liturġija tal-Kelma.

Oħrajn:

Ir-Rit tal-Quddiesa u Talbiet Ewkaristiċi

It-Tifsira tal-Quddiesa

Is-Sagrifiċċju tal-Quddiesa

Qari tal-Quddies għall-żminijiet u jiem differenti matul is-Sena Liturġika

Riżorsi dwar il-Quddiesa

Dwar il-Liturġija

X’jintuża waqt il-Quddiesa

Katekeżi mill-Papa Franġisku dwar il-Quddiesa

L-Ewkaristija hija l-għajn u l-quċċata tal-ħajja nisranija

Kif il-Quddiesa tista’ tagħmillek il-ġimgħa aħjar

Il-Quddiesa ta’ Kuljum:

Il-Quddiesa tal-Ħadd:

Nota: L-informazzjoni ta’ din il-paġna hija meħuda mis-sit tal-Laikos.

Playlists b’Vidjos bil-Qari tal-Vanġeli bil-Malti:

Riflessjonijiet fuq Passaġġi mill-Vanġelu:

SAN MARK

SAN LUQA

SAN MATTEW

SAN ĠWANN

Waqt il-Qrara

p11_20120123nw733

Fil-mument li fih il-penitent jippreżenta ruħu quddiem il-konfessur, is-saċerdot jilqgħu u jinkoraġġih b’imħabba. It-tnejn iroddu s-salib flimkien:

Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.

F’dan il-punt wieħed jistqarr dnubietu. 

Jekk ikun neċessarju, is-saċerdot jista’ jgħin billi jsaqsi mistoqsija u jagħti pariri adattati. Wara li s-saċerdot jisma’ b’attenzjoni, b’responsabilità kbira jipproponi eżerċizzju penitenzjali adatt għas-sitwazzjoni. Il-penitenza li tingħata għandha tesprimi b’mod ċar l-impenn li wieħed għandu jkollu għall-konverżjoni u, sa fejn hu possibbli, jerġa’ jġib s-sitwazzjoni għal dik li kienet qabel ma sar id-dnub jew aħjar. Fl-aħħarnett is-saċerdot jistieden lill-penitent biex jesprimi s-sogħba tiegħu u l-proponiment għal ħajja ġdida permezz ta’ talba li biha Alla l-Missier jaħfer id-dnubiet:

L-Att tal-Indiema:
Mulejja, Alla tiegħi, jisgħobbija b’qalbi kollha minn dnubieti ta’ ħajti kollha. Jisgħobbija, Mulejja, għall- ġenna li tlift u għall-infern li rbaħt; imma fuq kollox jisgħobbija għax regħextek u offendejtek, li int kollok tjieba u ħniena. Inħobbok, Mulejja, inħobbok fuq kollox; mil-lum ‘il quddiem, bil-għajnuna mqaddsa tiegħek, ma nidnibx qatt u qatt iżjed u la mmur fejn dari nidneb, iżda naħrab ukoll dak kollu li dari waqqagħni fid-dnub.


Flok din tista’ tingħad il-verżjoni aktar qasira:
Mulejja, Alla tiegħi, Inti tħobbni ħafna. Jiddispjaċini talli għidtlek le bi dnubieti. Mil-lum ‘il quddiem, bil-għajnuna tiegħek, ma nerġax nidneb iżjed; u rrid inħobbok fuq kollox.

Il-Qassis jigħid l-assoluzzjoni, b’idu merfugħa fuq il-penitent:
… U jiena naħfirlek dnubietek fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu (L-Penitent irodd is-Salib)


Il-penitent iwieġeb: Ammen


Wara s-saċerdot jista’ jtemm r-rit tas-sagrament 

Wara l-qrar il-penitent għandu jara li jwettaq il-penitenza bl-aħjar mod possibbli, u li tkun tiswielu biex jirrepara għall-konsegwenzi tal-iżbalji li jkunu saru, waqt li jsaħħaħ ukoll it-tajjeb li jkun irnexxielu jwettaq biex itejjeb il-ħajja tiegħu.

Għaliex għandi nqerr għand is-saċerdot?

20180831T1111-0515-CNS-SEAL-CONFESSION crop

Mhux l-ewwel darba li persuni sinċiera jagħmluli għadd ta’ mistoqijiet rigward l-importanza tal-qrar fid-dinja tallum. “Father, għaliex għandi nqerr? U għaliex għandi immur għand saċerdot? Jekk immur inqerr għand Alla direttament mhux biżżejjed? Dak żgur jifhimni? U, wara kollox, għalfejn għandi ngħid ħwejjeġ li nisħti biss insemmihom, aħseb u ara li nerġa’ nagħmilhom, ma’ bniedem midneb bħali? Dak x’jaf x’inhu u x’mhux dnub għalija? Wara kollox, id-dnub jeżiżti jew hu invenzjoni tas-saċerdoti biex iġagħluna inġibu ruħna aħjar? Huwa mportanti li wieħed jirrispondi dawn il-mistoqsijiet, iktar u iktar f’dawn iż-żminijiet meta numru sabiħ ta’ persuni jiġu mqanqla mill-Ispirtu s-Santu biex jirrikonċiljaw ruħhom mal-Missier tas-Sema.

F’ittra pastorali bit-tema Ir-Rikonċiljazzjoni u s-Sbuħija ta’ Alla, li l-Arċisqof ta’ Chieti-Vasto u membru tal-Kummissjoni Teoloġika Internazzjonali, Mons. Bruno Forte, kiteb għal 2005-2006, fiha jinsabu t-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet li semmejt iktar ‘il fuq. Fl-ittra pastorali tiegħu, Mons. Forte jitkellem ċar kristall fuq ir-rejaltà tad-dnub fostna. “Id-dnub jeżiżti, u mhux biss hu ħażin imma jwettaq il-ħażen. Biżżejjed wieħed jara x-xena fid-dinja, fejn il-vjolenza, il-gwerrer, l-inġustizzji, l-abbużi, l-egoiżmi, il-ġelosiji u l-vendetta huma l-ħobżna ta’ kuljum. (Eżempju ta’ dan huwa l-‘bullettin tal-gwerra’ li huwa mogħti għalina illum fl-aħbarijiet fil-gazzetti, fir-radju, fl-Internet)” (§ 1).  Fi kliem Forte, “id-dnub hu mħabba li hi ikkonċentrata fuqha innifisha (amor curvus, imħabba magħluqa, kif jgħallmu l-istudjużi medjevali), l-ingratitudni ta’ dak li jwieġeb għall-imħabba bl-indifferenza u biċ-ċaħda” (§ 1). Il-konsegwenzi ta’ din iċ-ċaħda jissarfu fi “strutturi tad-dnub”. B’hekk jitwieldu l-inġustizzji soċjali, d-diżugwaljanza bejn il-pajjiżi foqra u għonja, l-iskandlu tal-ġuħ fid-dinja u l-bqija tat-traġedji l-oħra. “Sewwasew minħabba dan, wieħed ma jridx jaħsibha biex jemfasizza l-kobor tat-traġedja tad-dnub u kif it-telfa tas-sens tad-dnub … iddgħajjef il-qalb quddiem l-ispettaklu tal-ħażin u t-tħajjir ta’ Satana, l-avversarju li jipprova jifridna minn Alla” (§ 1).

Fid-dinja it-tajjeb jeżiżti u huwa ferm ikbar mill-ħażin. Il-ħajja hija sabiħa u huwa għaqal li wieħed jgħixha sewwa bl-imħabba u bil-għan li ixettel l-imħabba madwaru. Is-sagrament tal-qrar iħalli paċi kbira f’min jirċevih b’fidi. Fil-fatt, il-penitent jintlaqat “minn dik il-paċi li jibda’ jħossu tajjeb, milqut f’qalbu permezz tal-imħabba li tfejjaq, li tiġi minn fuq u li tibdel” (§ 2). Għall-Arċisqof ta’ Chieti-Vasto, li “titlob maħfra b’konvinzjoni, li tirċevieha bi gratitudni u li tagħtiha b’ġenerożità hija għajn ta’ paċi li ma titfissirx. Minħabba dan, huwa sewwa u sabiħ li wieħed imur iqerr” (§ 2).

Għaliex mela, għandi mmur inqerr għand is-saċerdot u mhux għand Alla direttament? Jirrispondi Mons. Forte: “Din hija xi ħaġa neċessarja li nagħmluha mas-saċerdot għax kien Alla nnifsu li fehmielna. Meta bagħtilna lil ibnu b’ġisimna, uriena li ried jiltaqa’ magħna permezz ta’ kuntatt dirett li jgħaddi mis-sinjali u mill-lingwa tal-kundizzjoni umana tagħna… Hija biss l-assoluzzjoni tad-dnubiet li s-saċerdot jagħti fis-sagrament li tista’ tikkomunika ċ-ċertezza ġewwiena li jiena ġejt maħfur u milqugħ mill-Missier li hu fis-Smewwiet għaliex Kristu ħalla f’idejn il-Knisja l-ministeru li torbot u li tħoll, li twarrab u li ddaħħal mill-ġdid fil-komunità tal-Patt (ara Mt 18, 17)” (§ 3).

Ma rridux lanqas ninsew dak li Kristu qal lill-Appostli meta qam minn bejn l-imwiet: “Ħudu l-Ispirtu s-Santu. Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura, u dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma” (Ġw 20, 22-23). Jissokta l-Arċisqof Forte: “Li tkun maħfur minn dak li l-Mulej għażel u bagħat bħala ministru tal-maħfra, int se tkun tista’ tesperjenza l-ħelsien li Alla biss jagħti u tifhem l-għaliex li tmur tqerr hija għajn ta’ paċi” (§ 3).

Fil-qrar nesperjenzaw kemm Alla huwa viċin id-dgħjufija tagħna. F’dan is-sagrament tal-ħniena aħna nagħmlu esperjenza diretta tal-wiċċ mimli ħniena u mogħdrija tal-Missier. “Permezz tiegħu (tal-qrar) Ġesù, il-veru tabib tas-sema, jieħu f’idejh dnubietna u jakkumpanjana. Huwa jissokta fina x-xogħol tal-fejqan u s-salvazzjoni. Bħalma jiġri f’kull storja ta’ mħabba, anki l-Patt mal-Mulej jeħtieġlu jiġi mġedded kontinwament: Il-fedeltà hija x-xewqa dejjem ġdida tal-qalb li tagħti lilha nnifisha u li tirċievi l-imħabba offerta lilha sal-jum meta Alla se jkun kollox f’kollox” (§ 4).

Teżiżti tħejjija biex il-persuna tiltaqa’ mal-ħniena ta’ Kristu. L-ewwel tiġi l-Kelma ta’ Alla. Darba persuna kkonvertiet għax semgħet lil Ġesù jgħidilha permezz tal-qari tal-vanġelu f’quddiesa li ħadet sehem fiha: “Ngħidilkom li l-istess jiġri fis-smewwiet: ikun hemm aktar ferħ għal midneb wieħed li jindem milli għal disgħa u disgħin bniedem tajjeb li ma kellux bżonn ta’ ndiema” (Lq 15, 7). Fil-konverżjoni ta’ din il-mara, kien l-Ispirtu s-Santu li, ħadd wara ħadd, baqa’ jfakkarha f’din il-kelma ta’ Ġesù sakemm ċediet għall-imħabba u l-ħniena tal-Missier tas-Sema. Fl-Ittra pastorali tiegħu, Mons. Forte jgħid hekk: “Ir-Rikonċiljazzjoni hija preċiżament is-sagrament tal-laqgħa ma’ Kristu li, permezz tal-ministeru tal-Knisja, jiġi biex jgħin lid-dgħjufija ta’ dak li ttradixxa jew warrab il-Patt ma’ Alla. Huwa jirrikonċiljah mal-Missier u mal-Knisja. Jerġa’ joħolqu bħala ħolqien ġdid fil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu” (§ 5).

Barra minhekk, is-sagrament tal-qrar jissejjaħ ukoll tal-penitenza “għaliex fih hemm imfissra l-konverżjoni tal-bniedem, il-mogħdija tal-qalb li tindem u li tiġi titlob il-maħfra ta’ Alla” (§ 5). L-istqarrija sseħħ fuq tliet livelli f’dan is-sagrament. Hemm il-confessio laudis, l-istqarrija ta’ tifħir, “li biha niftakru l-imħabba divina li tiġi qabilna u takkumpanjana. Aħna nagħrfu s-sinjali tagħha f’ħajjitna u għalhekk nagħrfu iżjed aħjar il-gravità tal-ħtija tagħna” (§ 5). It-tieni stadju hu dak tal-confessio peccati, l-istqarrija tad-dnubiet, “li biha nippreżentaw qalbna umli u niedma lill-Missier, billi nagħrfu ħtijietna” (§ 5). Fl-aħħarnett insibu l-istadju hekk imsejjaħ confessio fidei, l-istqarrija tal-fidi, “li biha niftħu lilna nfusna għall-maħfra li teħles u tifdi, li hija offruta lilna bl-assoluzzjoni” (§ 5).

Din il-laqgħa ta’ rikonċiljazzjoni mal-Missier tas-Sema hija iċċelebrata fis-sagrament tal-qrar. Fil-fatt, “permezz tal-kliem tal-assoluzzjoni, imxandra minn bniedem midneb li, madankollu, ġie magħżul u ikkonsagrat għall-ministeru, huwa Kristu nnifsu li jirċievi l-penitent midneb u jirrikonċiljah mal-Missier u fid-don tal-Ispirtu s-Santu, iġeddu bħala membru ħaj tal-Knisja” (§ 6). Fiċ-ċelebrazzjoni sagramentali tal-maħfra, “fir-relazzjoni ma’ Alla l-Missier, il-penitenza tippreżenta lilha nnifisha bħala ‘ritorn lejn id-dar’” (§ 7). Alla l-Missier jilqagħna lura għandu bħala wliedu kif tgħidilna tajjeb il-parabbola tal-Missier il-Ħanin, “iżda kif kien għadu fil-bogħod missieru lemħu u tħassru, u b’ġirja waħda mar inxteħet fuq għonqu u biesu” (Lq 15, 20).

“Fir-relazzjoni tagħna mal-Iben, is-sagrament tar-Rikonċiljazzjoni joffrilna l-ferħ li niltaqgħu miegħu, il-Mulej imsallab u mqajjem mill-imwiet, li permezz tal-Għid tiegħu, jagħtina ħajja ġdida u isawwab l-Ispirtu tiegħu fi qlubna. Din il-laqgħa isseħħ permezz tal-mixja li tmexxi lil kull wieħed u waħda minnha biex inqerru n-nuqqasijiet tagħna b’umiltà u b’sogħba għal dnubietna, u li nirċievu l-maħfra bi gratitudni mimlija stagħġib” (§ 8).

Fl-aħħarnett, “minħabba d-don tal-Ispirtu li jimliena bl-imħabba ta’ Alla (ara Rum 5, 5), is-sagrament tar-Rikonċiljazzjoni huwa sors ta’ ħajja ġdida, komunjoni mġedda ma’ Alla u mal-Knisja, li tagħha l-Ispirtu huwa r-ruħ u l-qawwa tal-għaqda” (§ 9).  Huwa l-Ispirtu li jqanqal lill-persuna maħfura biex tgħix ħajja ta’ paċi, li tilqa’ l-konsegwenzi tad-dnub li jitfejqu bil-grazzja u bis-sabar tal-imħabba li jeħtieġ li jkollha lejha innifisha. Mela, “l-Ispirtu jgħinna biex nimmaturaw fl-intenzjoni soda tagħna biex nimxu l-mixja tal-konverżjoni li tikkonsisti f’impenji konkreti ta’ karità u ta’ talb. Is-sinjal penitenzjali mitlub mill-konfessur jservi preċiżament biex ifisser din l-għażla. Il-ħajja ġdida li għaliha ġejna mwielda tista’ turi, iktar minn kull ħaġa oħra, is-sbuħija u l-qawwa tal-maħfra mitluba u milqugħa dejjem b’mod ġdid (§ 9).

Għalhekk, bi kliem Mons. Forte nixtieq inħeġġeġ lil kulħadd biex “immorru għall-qrar b’qalb umli u sogħbiena u ngħixuh b’fidi. Jibdilkom ħajjitkom u jagħtikom il-paċi f’qalbkom. Imbagħad għajnejkom jinfetħu u tagħrfu is-sinjali tas-sbuħiija ta’ Alla preżenti fil-ħolqien u fl-istorja u minn ruħkom titla’ għanja ta’ tifħir” (§ 9). U għalina s-saċerdoti, l-Arċisqof Forte jispirana, ifakkarna u jwissina f’wieħed mid- dmirijiet ewlenin tas-saċerdozju tagħna. “Kunu dejjem disposti – f’waqtu u barra minn waqtu – li ixxandru l-ħniena lil kulħadd u lil tagħtu l-maħfra lil min jitlobhielkom u li tagħha għandu bżonn biex jgħix u jmut. Għal din il-persuna tista’ tkun is-siegħa ta’ Alla f’ħajjitha!” (§ 9).

Patri Mario Attard OFM Cap

 

 

 

 

 

Kif tipprepara ruħek għal Qrara tajba

Dokument PDF jew WORD dwar kif tipprepara ruħek għal Qrara tajba.

EŻAMI TAL-KUXJENZA QABEL IL-QRAR

9444424_orig

L-EWWEL KMANDAMENT

Jien hu l-Mulej, Alla tiegħek, li ħriġtek mill-art tal-Eġittu, minn dan il-jasar. Ma jkollokx allat oħra għajri. La tagħmilx għalik suriet minquxa u ebda xbieha t’ebda ħaġa li hemm fl-għoli tas-sema jew hawn fl-art, jew fil-baħar taħt l-art.

La tmilx quddiemhom. (Eż 20, 2-5; ara Dewt 5, 6-9)

Hemm miktub: “Lill-Mulej Alla tiegħek, għandek tadura u lilu biss taqdi.” (Mt 4,10)

Tifsir tal-Ewwel Kmandament: Alla, l-ewwel ħaġa li jrid mill-bniedem hu, li naċċettawh, inħobbuh u nadurawh. Li tadura ‘l Alla tfisser li tagħrfu bħala Alla Ġust, Ħallieq u Feddej u li Hu biss Alla, li Hu biss is-Sid tal-Ħolqien u li għandna nemmnu Fih.

Alla bil-ħniena, bit-tjieba u bis-setgħa u l-għerf qiegħed iżomm fl-eżistenza lil kollox u lil kulħadd. Lilu biss għandna nagħtu dik il-qima li tistħoqqlu bħala Alla Sid tagħna.

Dan il-Kmandament iħaddan il-fidi, it-tama u l-imħabba. Lilu għandna nħobbu u għall-imħabba Tiegħu, għandna nħobbu lill-proxxmu tagħna wkoll.

Min jonqos minn dan il-Kmandament:

  • Min ma jemminx b’fidi ferma li hemm Alla wieħed li jippremja lit-tajbin u li jikkastiga l-ħżiena.
  • Min jixtieq li m’hemmx liġi t’Alla biex jkun jista’ jissodisfa lilu nnifsu, għax il-liġi t’Alla fiha nnfisha hi Immakulata u Eterna.
  • Min jixtieq li m’hemmx Alla sid tagħna u l-ħlejjaq kollha.
  • Min japprezza oġġetti bħalma huma l-flus; deheb eċċ.. aktar minn Alla.
  • L-Ateiżmu, li permezz tiegħu tiċħad jew ma taċċettax li hemm Alla.
  • L-Ispirtiżmu, is-Sataniżmu, u s-suppervja lejn il-ħwejjeġ t’Alla.
  • Min isejjaħ il-mejtin jew jitlob l-għajnuna tax-xitan.
  • Min jadura allat foloz jew kreaturi.
  • Min jobgħod ‘l Alla u lill-proxxmu bil-ħsieb, bil-kliem jew b’xi għemil ieħor.
  • Min igemgem kontra l-Providenza tiegħu.
  • Min jiċħad ‘l Alla minħabba s-slaleb li jiġuh.
  • Min imur jaqra xortih jew jistħarreġ il-ġejjieni permezz t’oroskopju jew permezz ta’ xi ħaġa oħra.
  • Is-Superstizzjoni, li hu tgħawwiġ tal-qima li nagħtu lil Alla veru.
  • Min jagħmel magħmul għax hu kontra l-virtu’ tar-reliġjon u kontra l-proxxmu.
  • Min jagħmel xi sagrileġġ.
  • Min jipprofona b’sagrileġġ xi Sagrament.
  • Min jitqarben mingħajr ma jqerr meta jkollu dnubiet mejta.
  • Min jgħid jew jeħodha kontra l-Knisja u l-membri tagħha.
  • Min bil-kliem jew b’xi għemil ieħor idgħajjef il-Fidi tan-nisrani f’Alla.
  • Min inaqqas il-qima lejn Alla.

IT-TIENI KMANDAMENT

“La ssemmix l-Isem tal-Mulej Alla tiegħek fix-xejn.” (Eż 20, 7 Dewt 5, 11)

Smajtu xi ntqal lin-nies ta’ dari “Tonqosx mill-wegħda li ħlift… imma jien ngħidilkom biex ma taħilfu xejn.” (Mt 5, 33-34)

Tifsir tat-Tieni Kmandament: It-Tieni Kmandament iġagħalna nagħtu, bil-kliem, lill-isem adorabbli t’Alla dik il-qima, li jistħoqqlu u ma nżebilħuhx għax dan l-Isem adorabbli: huwa s-setgħa, l-għerf, it-tjieba, il-majesta’ t’Alla, f’kelma waħda huwa Alla stess.”Tagħti qima lill-Isem t’Alla,” jiġifieri li meta nsemmuh, għandna niftakru, li dan l-isem ifissrilna l-kobor, l-qdusija, il-perfezzjonijiet kollha t’Alla, għalhekk nsemmuh fost qima kbira.

Dan il-Kmandament joħroġ bħall-ewwel wieħed, mill-virtu’ tar-reliġjon u b’mod partikulari jirregola l-kliem kollu li ngħidu fuq il-ħwejjeġ qaddisa. L-Isem tal-Mulej hu Qaddis, għalhekk ma tistax tkasbru. Minn dan joħroġ li lanqas lill-Madonna u lill-Qaddisin u ħwejjeġ oħra Qaddisa ma tista’ tkasbar.

Rigward il-kliem li joħroġ mill-ħalq, wieħed għandu jkun jaf li dan joħroġ mill-qalb, li tkun jew aġitata mill-korla, jew minn xi passjoni oħra, għax tkun trid tfittex is-sodisfazzjon tagħha. Wieħed għandu jkun jaf li meta l-kelma toħroġ mill-ħalq dejjem għandha tagħmel xi impressjoni fuq min jismagħha.

Il-kliem bħar-rix, li jittajjar mar-riħ, jiġri minn ħalq għall-ieħor, kif igħid il-proverbju, li kelma li toħroġ mis-sinna timla d-dinja. M’hemmx dubju li kull kelma li l-bniedem jgħid, huwa dejjem responsabbli quddiem Alla.

Jekk tkun miexi fit-triq jew tkun ix-xogħol jew id-dar u tisma’ lil xi ħadd jidgħi kontra Alla u l-Madonna jew bil-Qaddisin, dejjem għid hekk: “Ikun imbierek Alla, il-Madonna u l-Qaddisin issa u dejjem.”

Anki jekk ma tistax issikket lil xi ħadd fil-korla tiegħu, meta jkun qiegħed jidgħi, mur sibu meta jkun kwiet biex turih li għamel ħażin, għax inkella tista’ tikkaġunalu li jidgħi iżjed. Wieħed irid joqgħod ferm attent b’dak li jkun se jgħid għax kelma hija xrara nar li kapaċi tqabbad bosk.

Min jonqos minn dan il-Kmandament: 

  • Min ikasbar l-Isem t’Alla.
  • Min jidgħi dirett kontra Alla, il-Madonna u l-Qaddisin.
  • Min jidgħi f’qalbu.
  • Min ineħħi il-Ġieħ lill-Isem t’Alla.
  • In-nuqqas ta’ rispett lejn Alla.
  • Min isemmi fil-batal jew fil-fieragħ, bid-disprezz, fiċ-ċajt l-Isem t’Alla.
  • Min jieħu ġurament falz.
  • Min ikun ta skandlu lit-tfal bid-dagħa.
  • Min iġiegħel lil ħaddieħor apposta biex jidgħi b’Alla, bil-Madonna u l-Qaddisin jew bil-ħwejjeġ Qaddisa.
  • Min ikun kaġun li jsemma l-Isem t’Alla fid-disprezz.

“Ħobb ‘l Għajrek bħalek innifsek.”

Ġesu’ qal lid-dixxipli tiegħu: “Ħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien.” (Ġw 13,34)

Bi tweġiba għall-mistoqsija dwar liema kien l-ewwel kmandament, Ġesu’ qal: “Isma’, Israel: il-Mulej Alla tagħna l-Mulej wieħed u int għandek tħobb il-Mulej Alla tiegħek b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha. U t-tieni dan: “Ħobb lil għajrek bħalek innifsek. Ma hemmx kmandament ieħor akbar minn dawn.” (Mk 12, 29-31)

L-Appostlu Missierna San Pawl ifakkarna: “Kull min iħobb, ikun iħares il-bqija tal-liġi. Għax il-Kmandamenti, La tagħmilx adulterju, la toqtolx, la tisraqx, la tkunx rgħib u kull preċett ieħor, hu liema hu, kollha jinġabru f’kelma waħda: “Ħobb il-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.” L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-liġi.” (Rum 13, 8-10). (Katekiżmu No. 2196)

Min jonqos minn dan il-Kmandament: 

  • Min bil-ħsieb jixtieq id-deni lil proxxmu.
  • Li tissuspetta ħażin fil-proxxmu tiegħek jew is-suspett mingħajr raġuni.
  • Min jgħajjar lir-raġel tiegħu (jew lil martu) bid-difetti tal-familja tiegħu.
  • Min bil-kliem, bl-għemil, bit-tgemgim, bit-tixwix jew bit-tmaqdir iġieb il-firda bejn l-aħwa; il-ħbieb; il-ġirien jew in-nies tax-xogħol.
  • Min inassas, jgħawi jew joħloq kalunja jew malafama fuq il-proxxmu.
  • Li tagħmel parti jew tkompli f’xi taħdita kontra l-proxxmu tiegħek.
  • Min jifraħ bid-deni li jiġi fuq il-proxxmu.
  • Li tgħajjar, taħqar, isawwat, twarrab jew tumilja lir-raġel tiegħek; lil martek; lill-ġenituri tiegħek; lil ħutek; lis-saċerdoti; lir-romol; lill-foqra; lit-tfal iltiema jew lill-proxxmu tiegħek.
  • Li tkun supperv mall-proxxmu.

Ħabib, jekk għamilt ħsara lill-proxxmu tiegħek, ara kif tista’ tpatti bil-ġid, il-ħsara li tkun għamiltlu.


IT-TIELET KMANDAMENT

“Ftakar f’jum is-Sibt u qaddsu. Sitt ijiem taħdem u tagħmel kull ma għandek tagħmel, imma s-seba’ jum il-mistrieħ f’ġieħ il-Mulej Alla tiegħek. Dak inhar ma tagħmel l-ebda xogħol.” (Eż 20, 8-10 ara Dewt 5, 12-15)

Is-Sibt kien magħmul għall-bniedem u mhux il-bniedem għas-Sibt. Għalhekk Bin il-bniedem tas-Sibt ukoll huwa s-Sid.” (Mk 2, 27-28)

Tifsir tat-Tielet Kmandament: Il-Mulej, f’sitt ijiem għamel is-smewwiet u l-art, l-baħar u kull ma hemm fihom, fis-seba’ jum straħ. Għalhekk il-Mulej, is-seba’ jum qaddsu u bierku. Aħna l-bnedmin fil-Ħdud u l-Festi Kmandati għandna nbattlu mix-xogħol u għandna ngħaddu dawn il-ġranet mall-familja, nitolbu u naħsbu f’Alla billi nattendu wkoll għall-quddiesa u nagħmlu opri tajba, billi nagħmlu għemejjel ta’ ġid u ta’ servizz umli mall-morda, ma’ min hu batut kif ukoll mall-anzjani.

Wieħed għandu jifhihma tajjeb, li l-ġurnata tal-Ħadd ma tikkonsistix biss billi nisimgħu l-Quddiesa, iżda wieħed għandu jevita wkoll, kull ma jista’ jwaqqgħu fil-misħut dnub; kif ukoll l-ebda xogħol ma għandu jsir jekk ma jkunx fil-bżonn gravament. Il-bniedem għandu jħalli lil ħaddieħor jieqaf mix-xogħol sabiex dan ikun jista’ jistrieħ f’jum il-Ħadd.

Il-Ħadd hu jum ta’ meditazzjoni, riflessjoni, u ta’ skiet kbir, kif ukoll jum ta’ talb u ta’ dak kollu li jgħin għall-kobor tal-ħajja tar-ruħ nisranija.

Min jonqos minn dan il-Kmandament: 

  • Min jagħmel xogħol il-Ħadd mingħajr ma hu meħtieġ gravament.
  • Min ma jismax quddies il-Ħadd u fil-Festi Kmandati.
  • Min iqabbad lavranti biex jagħmlulu xogħol f’dan il-jum, meta dan ix-xogħol mhux daqshekk importanti u jista’ jsir f’jum ieħor.

IR-RABA’ KMANDAMENT

Weġġah lil missierek u ‘l ommok sabiex jitkattru jiemek fuq l-art li l-Mulej Alla tiegħek, jagħtik (Eż 20, 12) Kien jobdihom. (Lq 2, 51)

Il-Mulej Ġesu’ stess ifakkarna fil-qawwa ta’ dan il-Kmandament t’Alla (Mk 7, 18-13)

L-Appostlu jgħallem: “Intom tfal, isimgħu mill-ġenituri tagħkom, dan hu sewwa. Weġġah lil missierek u ‘l ommok dan hu l-ewwel Kmandament b’wegħda sabiex ikollok ir-risq u jtul għomrok fuq l-art.” (Ef 6,1-3; ara Dewt 5; 16)

Tifsir tar-Raba’ Kmandament: L-ewwel li għandna nħobbu hu lil Alla, bħal ma jitlob l-Ewwel Kmandament, iżda Alla jrid li warajh nagħtu ġieħ l-ewwel lill-ġenituri tagħna għax minn għandhom ksibna l-ħajja u t-tgħallim. Kull min iħares ir-Raba’ Kmandament, Alla wiegħed ħlas kbir mhux biss fuq dina l-art, imma wkoll fid-dinja l-oħra bi tgawdija tal-ġenna.

Skont dan il-Kmandament wieħed irid ikollu mħabba, ubbidjenza u qima lejn missieru u ommu, lejn min ikun rabbieh. Għandu jkollu wkoll rispett lejn is-superjuri tiegħu. L-imħabba u l-qima lejhom għandha tibqa’ wkoll wara mewthom, billi naħsbu u nitolbu għall-faraġ ta’ ruħhom.

L-imħabba bejn l-ulied u l-ġenituri: L-imħabba bejn l-ulied u l-ġenituri, tinkiseb, fis-soċjeta’ tagħna, speċjalment meta l-ulied iżuru spiss lill-ġenituri tagħhom. Dawn m’għandhomx jabbandunawhom, speċjalment meta l-ġenituri jkunu anzjani jew ikunu fi stat ta’ għajnuna meħtieġa. L-ulied għandhom jagħtu kull għajnuna lill-ġenituri tagħhom u lejn min ikun rabbihom.

L-ulied għandhom jaraw ukoll li jħajru għall-qrar u t-tqarbin lill-ġenituri tagħhom. Agħti l-ħajja tar-ruħ lil dawk li tawk il-ħajja tal-ġisem u Alla jixħet fuqkom il-barka tiegħu. Il-ġenituri wkoll għandhom jgħallmu lil ulied fuq Alla, kif ukoll jedukawhom u jindukrawhom.

Fuq dan ir-rispett bejn l-ulied u l-ġenituri, huwa bbażat ukoll id-dmir għar-rispett f’kull xorta ta’ relazzjoni bejn il-bnedmin. Din tinkludi r-relazzjoni bejn ħaddiem u min iħaddem; il-bniedem u l-awtorita’ ċivili u Reliġjużi, u lejn dawk li għandhom xi awtorita’ oħra ta’ servizz għall-bnedmin.

Min jonqos minn dan il-Kmandament: 

  • Min ma jagħtix ġieħ u ma jirrispettax lil ommu u ‘l missieru.
  • Min ikun diżubbidjenti lejn il-ġenituri, is-superjuri u lejn il-knisja.
  • Min ma jagħmilx id-doveri tiegħu lejn il-ġenituri, is-superjuri u lejn il-knisja.
  • Min jisħet ‘l ommu u ‘l missieru.
  • Min jobgħod lill-ġenituri tiegħu jew lis-superjuri tiegħu.
  • Min jidgħi kontra l-ġenituri jew is-superjuri tiegħu.
  • Min iġib il-firda b’xi kliem jew b’xi għemil ieħor lill-ġenituri tiegħu.
  • Min jisraq ‘l ommu u ‘l missieru.
  • Min jabbanduna lil ommu u ‘l missieru.
  • Min ma jagħtix qima lill-ġenituri tiegħu wara mewthom.
  • Min irabbi ħażin ‘l uliedu.

Il-ĦAMES KMANDAMENT

La toqtolx (Eż 20,13)

Smajtu x’intqal lin-nies ta’ dari: “La toqtolx,” Mela jekk xi joqtol ikun ħaqqu l-kundanna. Imma jiena ngħidilkom li l-kundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla għal ħuħ. (Mt 5, 21-22)

Il-ħajja tal-bniedem hi qaddisa, għaliex sa mill-bidu tagħha timpenja l-ħidma t’Alla fil-ħolqien u tibqa’ dejjem f’relazzjoni speċjali m’Alla l-Ħallieq, għax għalih inħalqet. Alla biss hu sid il-ħajja mill-bidu sat-tmiem tagħha: Ħadd ma jista’ jippretendi għalih f’ebda ċirkustanza, id-dritt li jeqred direttament il-ħajja ta’ bniedem innoċenti. (Katekiżmu no 2258)

Tifsir tal-Ħames Kmandament: Mill-Iskrittura nitgħallmu, mill-ġrajja tal-qtil t’Abel minn ħuħ Kajjin, li sa mill-bidu, fil-bniedem kienet tinsab fih l-korla, is-suppervja, ix-xeħħa, l-għira u l-mibgħeda. Il-bniedem jeħtieġ li jħobb, jirrispetta, jaħfer, jagħder u jkun umli mall-proxxmu tiegħu. Minn dan il-Kmandament nitgħallmu li wieħed m’għandux joqtol, la lilu nnifsu u lanqas lill-proxxmu tiegħu. Ma jistax mela; jfieri, isawwat, jaħqar lill-proxxmu tiegħu u la fir-ruħ u la fl-unur, anqas fil-ġisem; la bil-fatti u lanqas bl-ilsien.

Min jonqos minn dan il-Kmandament: 

  • Min joqtol, isawwat jew jaħqar.
  • Min jagħmel abort għax ikun qiegħed joqtol il-ħajja fih.
  • Min jikkometti suwiċidju jew jgħin lil xi ħadd jagħmlu bħall-Ewtanasja.
  • Min iġib il-ġlied jew joħloq gwerra inġustament.
  • Min iġiegħel biex joqtol.
  • Min hu vjolenti.
  • Min jagħmel l-vendetta jew ifieri.
  • Min ixerred l-armamenti inġustament.
  • Min jittortura lill-proxxmu.
  • Min jieħu d-droga jew ixerridha.
  • L-iskandlu li jwassal għall-mewt spiritwali, tar-ruħ jew fil-ġisem.
  • Min jinsulenta bl-ilsien.
  • Min jaħqar, isawwat u joqtol l-annimali.
  • Min iweġġa’ lil ħaddieħor fl-unur, fil-ġisem u fir-ruħ.

Fid-diskors tal-muntanja Ġesu’ jfakkar il-Kmandament “La toqtolx” (Mt 5, 21) u jżid miegħu l-kundanna tal-korla, tal-mibgħeda u tal-vendetta. Anzi Kristu jitlob xi ħaġa aktar mid-dixxiplu tiegħu; jgħidlu li jekk xi ħadd jagħtih bil-ħarta fuq ħaddu l-leminija, għandu jdawwarlu l-oħra. (ara Mt 5, 44) Kristu nnifsu ma ddefendiex ruħu u lil San Pietru qallu biex idaħħal is-sejf f’postu. (ara Mt 26, 52) Katekiżmu no. 2262)

Nota tal-awtur: Dan il-Kmandament japplika wkoll għal dawk li jaħqru l-annimali li jwassal ukoll biex lil dawn il-krejaturi jiġu maqtula b’mod krudili.


IS-SITT KMANDAMENT

“La tagħmilx adulterju.” (Eż 20, 14; Dewt 5, 17)

Smajtu x’intqal: “La tagħmilx adulterju.” Imma jien ngħidilkom li kull min iħares lejn mara u jixtieqha jkun ġa għamel adulterju magħha f’qalbu. (Mt 5, 27-28)

Tifsir tas-Sitt Kmandament: Alla fuq xbihetu, ħalaq lir-raġel u l-mara, berikom u qalilhom ‘nisslu u oktru.’ Kull raġel u mara għandu jaċċetta u jagħraf is-sesswalita’ tiegħu jew tagħha. Alla meta ħalaq lir-raġel u l-mara, tahom l-istess dinjita’ personali. Ir-raġel u l-mara, fiż-żewġ sessi għandhom dinjita’ ndaqs, għalkemm differenti.

Meta r-raġel u l-mara jingħaqdu fis-Sagrament taż-żwieġ, jingħaqdu f’Alla flimkien, u r-raġel u l-mara jsiru ġisem wieħed u jiffurmaw familja. L-istess bħal ma jingħaqdu l-qtar tal-ilma. Minn din l-għaqda bejn l-ewwel raġel u mara ħarġu l-ġenerazzjonijiet kollha tal-bnedmin.

“Ir-raġel iħalli lil missieru u lil ommu u jingħaqad ma’ martu u jsiru ġisem wieħed.” (Ġen 2, 24) Minn din l-għaqda ħarġu l-ġenerazzjonijiet kollha tal-bnedmin. (ara Ġen 4, 1-2, 25-26; 5,1)

L-Offiżi kontra d-Dinjita’ taż-Żwieġ: It-Tradizzjoni tal-Knisja, dejjem qieset is-Sitt Kmandament bħala dak li jħaddan kull ma għandu x’jaqsam mas-sesswalita’ tal-bniedem. Meta raġel jew mara miżżewwġa jagħmlu l-att sesswali bejniethom għall-iskop ta’ pjaċir biss u mingħajr imħabba bejniethom, jew jagħmluh bilfors, jew bi vjolenza ikunu dejjem kissru s-Sitt Kmandament. Min juża xi mezzi waqt is-sess b’għeluq lejn il-possibilta’ tat-Tnissil tal-ħajja, ikun hemm nuqqas kontra s-Sitt Kmandament. Jekk xi ħadd jilbes qasir jew diżonest, ikun ukoll ħati tas-Sitt Kmandament, għax minħabba f’hekk tkun ukoll okkażjoni ta’ dnub għal ħaddieħor.

Jekk waqt l-att sesswali, ir-raġel jew il-mara, jużaw xi stampi jew filmati pornografiċi, hekk li tonqos l-ideja personali tal-għaqda sesswali fl-imħabba u ssir għemil ta’ pjaċir biss ikunu qed jonqsu mill-Qdusija taż-Żwieġ.

Illum ġuvni jew xebba li jkunu se jingħaqdu fiż-żwieġ jistgħu jirrikorru għand il-moviment ta’ Kana sabiex isibu għajnuniet meħtieġa għall-pjan u t-tkabbir tal-familja għal meta jiżżewwġu.

Kristu jikkundanna l-adulterju ukoll jekk hu xewqa biss. (ara Mt 5, 27-28) Is-Sitt Kmandament u t-Testment il-Ġdid jikkundannaw b’mod assolut l-adulterju. (ara Mt 5,32; 19,6 ; Mt 10,11; 1 Kor 6, 9-10)

Id-Divorzju: Il-Mulej Ġesu’ nsista fuq il-ħsieb oriġinali tal-Ħallieq li ried li ż-żwieġ ma jinħall qatt. (ara Mt 5, 31-32; 19, 3-9; Mk 10,9; Lq 16,18; 1 Kor 7, 10-11)

Ġesu’ ħassar il-permessi li kienu daħlu bil-mod fil-Liġi l-qadima. (ara Mt 19, 7-9) (Katekiżmu no. 2382)

Huwa tassew ħati quddiem Alla min jagħti d-divorzju lil martu jew lir-raġel u jmur jgħix ma’ mara jew raġel ieħor. Min jagħmel dan ikun ħati hu nnifsu adulteru u jkun qed jikser il-Liġi t’Alla. Min imur jgħix ma’ persuna oħra ma jistax jitqarben għax ikun qed jgħix fl-adulterju billi jkun qed jikser is-sitt u d-disa’ Kmandament.

Is-separazzjoni tal-miżżewwġin waqt li tibqa’ r-rabta taż-żwieġ bejniethom tista’ tkun leġġittima f’ċerti każi msemmijin fid-Dritt Kanoniku. (Katekiżmu no. 2383)

Kastita’ u Omosesswalita’: L-Omosesswalita’ hi r-relazzjoni ta’ rġiel jew nisa li jħossu ġibda sesswali, esklussiva jew predominanti għall-persuni tal-istess sesss tagħhom. Kellha ħafna suriet tul iż-żminijiet u fil-kulturi. L-oriġini psikika tagħha għadu mhux magħruf biżżejjed. Fuq bażi tal-Iskrittura, li turi l-omosesswalita’ bħala għemil mill-iktar ħażin. (ara Ġen 19, 1-29; Rum 1, 24-27; 1 Kor 6,10; Tim 1;10) It-Tradizzjoni dejjem għallmet li “kull għemil omosesswali fih innifsu hu diżordinat.” (Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, dikjarazzjoni Persona humana,8) Ma jiġix minn komplemetarjeta’ effettiva u minn sesswalita’ vera. Ma jistax jiġi approvat għall-ebda raġuni. (Katekiżmu no. 2357)

Numru mhux żgħir ta’ rġiel u nisa juru tendenzi omosesswali fil-fond. Ma għażluhiex huma l-qagħda omosesswali tagħhom; għal ħafna minnhom hi prova kbira.  Għandna nilqgħuhom b’rispett, mogħdrija u attenzjoni kbira. Ma’ dawn il-persuni huma msejħin biex jagħmlu r-rieda t’Alla f’ħajjithom u jekk huma nsara għandhom jgħaqqdu mas-salib ta’ Kristu d-diffikultajiet li magħhom jistgħu jiltaqgħu minħabba l-qagħda tagħhom. (Katekiżmu no. 2358)

Il-persuni omosesswali huma msejħin biex iħarsu l-kastita’. Permezz tal-virtujiet tal-kontroll tagħhom infushom, li jħarrġuhom fl-użu tal-liberta’ nterjuri tagħhom, xi kultant ukoll bl-għajnuna ta’ ħbiberija bla interessi; bit-talb u l-grazzja tas-Sagramenti, jistgħu u għandhom jersqu bil-mod il-mod u b’fehma sħiħa, għall-perfezzjoni nisranija. (Katekiżmu no. 2359)

Dnubiet oħra li jiksru s-Sitt Kmandament: 

  • L-atti barra miż-żwieġ fihom infushom huma dejjem dnub gravi li jċaħħad mit-tqarbin.
  • L-inseminazzjoni artifiċjali permezz ta’ donatur.
  • Il-masturbazzjoni.
  • L-istupru.
  • Il-prostituzzjoni.
  • Il-pornografija.
  • L-ilbies diżonest.
  • Li ġuvni u xebba jagħmlu s-sess qabel iż-żwieġ.
  • L-abbużi sesswali magħmulin mill-kbar mat-tfal taħt l-eta’. Hawn il-ħtija tkun akbar għax dan l-abbuż hu skandaluż ħafna.
  • Li tuża xi kontraċettivi waqt is-sess.

IS-SEBA’ KMANDAMENT

“La tisraqx” (Dewt 5, 19)

“La tisraqx” (Mt 19, 18)

Tifsir tas-Seba’ Kmandament: Dan il-Kmandament ma jridniex nisirqu, ħwejjeġ ta’ ħaddieħor. Jiġifieri li ma jkunux tagħna jew dak li ma jkunx ħaqqna. Lanqas ħsara fuq il-ġid ta’ ħaddieħor ma nistgħu nagħmlu.

Ix-Xogħol u l-Familja: Kull bniedem biex jiekol huwa fid-dmir li jmur jaħdem, dment li dan ikun fi stat li jista’ jaħdem, f’kelma waħda li ma jkunx marid. Il-marid m’għandux jiġi sfurzat biex imur jaħdem, iżda għandu d-doveri tiegħu li jekk ikun jista’ jaħdem, għandu jinvolvi fix-xogħol għall-ġid tiegħu stess. Jekk mgħallem ma jagħtix is-salarju lill-ħaddiema tiegħu ikun ħati ta’ serq. Il-bniedem fuq il-post tax-xogħol għandu jara li jaqdi bil-fedelta’ x-xogħol skont is-salarju li jkollu. Min jiskarta minn fuq il-post tax-xogħol, mingħajr ma jkun ta l-ħidma tiegħu għal dik il-ġurnata, ikun ħati li seraq. Li wieħed jisraq xi oġġett żgħir minn fuq il-post tax-xogħol jista’ jwassal għal serq ikbar!

Raġel jew mara li għandhom familja huma fid-dmir li jmorru jaħdmu biex iġibu l-paga u jmantnu lill-familja. Il-mara u r-raġel miżżewwġa huma fid-dmir li jieħdu ħsieb il-familja, billi jagħmlu ukoll ix-xogħol tad-dar u jieħdu ħsieb u jedukaw lil uliedhom. Ir-raġel u l-mara m’għandhomx iħallu lill-familja nieqsa mid-dmirijiet tagħhom.

Il-għażż huwa kawża ta’ bosta dnubiet; minnu joħorġu t-tixrid tal-menti, id-dieqa tal-orazzjoni, u t-traskuraġni tad-dmirijiet l-oħra. Il-għażż huwa dannu anke għas-saħħa tal-ġisem u ta’ kull ġid ieħor temporali; infatti l-proverbju jgħid li ix-xogħol huwa s-salmura tal-ġisem.

Dnubiet oħra li jiskru s-Seba’ Kmandament: 

  • Li wieħed jisraq propjeta’ li mhix tiegħu.
  • Li wieħed iġiegħel lil ħaddieħor jisraq.
  • Min jagħmel qerq jew għelt fil-bejgħ u x-xiri.
  • Min jisraq fl-użin u l-kejl.
  • Min jaqla’ minn fuq l-oħrajn mingħajr ma jkun jistħoqqlu.
  • Jekk tħaddem lin-nies tiegħek, aktar milli jmisshom.
  • Li wieħed ma jħallasx taxxa, skont is-salarju li jkollu, ukoll hu ħati ta’ serq, għax minn dik it-taxxa l-gvern ikun irid imantni nies oħra, bħas-servizzi soċjali eċċ…
  • Li wieħed ma jħallasx dazju fuq oġġetti li jkun ġab, (il-kutrabandu).
  • Li wieħed ma jħallasx il-kontijiet tiegħu.
  • Li wieħed jikkoppja xogħolijiet ta’ nies oħra mingħajr il-permess meħtieġ jew il-kunsens tagħhom, ikun ħati ta’ serq, għax ikun seraq il-prodott tagħhom.
  • Li wieħed jieħu xogħol ħaddieħor inġustament.
  • Li wieħed jittallab il-flus għalih innifsu f’isem il-Knisja jew xi karita’, bla ma jagħtih skont ix-xewqa ta’ min ta l-flus.
  • Min ikun il-ħtija li ħadieġor tilef ħobżu.
  • Min ibiegħ il-prodott oriġinali u uniku tiegħu bi prezz eseġerat meta dan ikollu domanda kbira għalih, speċjalment meta jaf li l-familji jridu jixtruh bilfors minħabba l-edukazzjoni ta’ wliedhom. Prodott bi prezz għoli u bi qliegħ eseġerat għal skop ta’ edukazzjoni jista’ jkisser familji sħaħ speċjalment lil batut u liż-żgħir.

IT-TMIEN KMANDAMENT

La tagħtix xhieda giddieba kontra għajrek. (Eż 20, 16)

Smajtu x’intqal lin-nies ta’ dari; Tonqosx mill-wegħda li ħlift, imma rodd lill-Mulej il-wegħdiet li ħliftlu.” (Mt 5, 33)

Tifsir tat-Tmien Kmandament: Skont it-Tmien Kmandament, wieħed ma jistax jigdeb, jew jieħu ġurament falz. Dan il-Kmandament jipprojbixxi t-tagħwiġ tal-verita’. (Ġw18,37) In-nisrani m’għandux għax jistħi xejn minħabba fix-xhieda għall-Mulej.” (2 Tim 1,8) F’qagħda li titlob ix-xhieda għall-fidi, in-nisrani għandu jistqarrha bla ebda logħob bil-kliem, kif ġieb ruħu San Pawl quddiem l-Imħallfin. Irridu nfittxu li ngħixu b’kuxjenza nadifa quddiem Alla u quddiem il-bnedmin.” (Atti 24, 16) (Katekiżmu no. 2471)

Il-Ġurament: Is-serjeta’ tal-ġurament qiegħda billi ġibt lill-Mulej xhud tiegħi fuq gidba. Meta jkun hemm ħsara lil ħaddieħor, tiġi iktar gravi. Dwar il-ħalf fil-falz, fil-qorti, dan jista’ jwassal għal xi kundanna ta’ persuna nnoċenti jew bla ħtija li jista’ jwassal ukoll għall-ħelsien ta’ min ikun tassew ħati. Għalhekk, wieħed qabel jaħlef, irid ikun ċert li dak li se jgħid, hu minnu, hu l-verita’. Meta wieħed jaħlef fil-falz, b’mod l-aktar gravi ma jħallix lill-imħallfin jagħtu sentenza tajba, li ma tkunx skont it-tħaddim tal-ġustizzja.

Il-Malafama u l-Kalunja: Wieħed irid joqgħod attent ukoll li ma jagħmilx malafama lil xi ħadd jew b’xi kliem jikxef in-nuqqasijiet ta’ ħaddieħor mingħajr raġuni ma’ ħaddieħor jew li jitfa’ xi dell ikrah fuq il-proxxmu minħabba fik, minħabba in-nuqqas tiegħek tkun dejjem responsabbli għaliha.

L-Għira: L-għira tikkaġuna li wieħed jgħid id-difetti tal-proxxmu mingħajr kawża ġusta, jew li wieħed jigdeb fuq il-proxxmu, jew inassas, jew li jiddisprezza lill-proxxmu. L-għira tikkaġuna bosta danni, saħansitra anke ġġib l-firda, u dan wieħed faċilment jifhmu meta jaf li permezz tal-għira daħal id-dnub fid-dinja, u mad-dnub il-mewt.

Tifħir bla bżonn: Il-Bniedem li ma jkunx jistħoqqlu tifħir ma tistax tfaħħru jew bil-qerq tapprovalu kull ma jgħid u jagħmel. Ma tistax tagħlaq għajnejk u ssodd widnejk għan-nuqqas tiegħu u l-ħażin tiegħu tgħid li hu tajjeb, sabiex inti tidher sabiħ man-nies. Min jagħmel dan ikun ħati ukoll tan-nuqqasijiet kollha tiegħu li japprovalu u jkun qiegħed jissieħeb fl-għemejjel ħżiena tiegħu.

Tagħrif ieħor fil-qosor:

  1. Is-Soċjeta’ għandha dritt għall-informazzjoni bbażata fuq il-verita’, il-liberta’ u l-ġustizzja. Għandu jkun hemm il-qjies u d-dixxiplina fl-użu tal-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali. (Katekiżmu no. 2512)
  2. L-Arti u l-aktar l-arti sagra, trid “min-natura tagħha, turi b’xi mod fl-għemejjel tal-bniedem il-ġmiel bla qjies t’Alla u hekk tfittex tkattar it-tifħir u l-glorja t’Alla, għax m’għandhiex għan ieħor ħlief dak li tgħin kemm jista’ jkun biex idawwar qlub il-bnedmin lejn Alla. (Katekiżmu no. 2513)
  3. Kull ħtija kontra l-verita’ titlob riparazzjoni, tpattija. (Katekiżmu no. 2509)

Min jonqos minn dan il-Kmandament:

  • Min iġib lill-Mulej xhud tiegħu fuq gidba u meta jkun hemm ħsara lil ħaddieħor, dan id-dnub ikun gravi ħafna.
  • Min jigdeb.
  • Min ma jistqarrx jew ma jgħallimx il-verita’. (Dan jgħodd ukoll għar-reliġjon)
  • Min jgħalaq għajnejh u ssodd widnejh għan-nuqqas ta’ ħaddieħor billi japprova il-qerq u l-ħażin tiegħu, u l-ħażin tiegħu jgħid li hu tajjeb.
  • Li taqla’ xi malafama u kull xorta ta’ gideb fuq il-proxxmu tiegħek.
  • Il-Kalunja.

ID-DISA’ KMANDAMENT

La tixtieqx il-mara ta’ għajrek.

Kull min iħares lejn mara u jixtieqha jkun ġa għamel adulterju magħha f’qalbu. (Mt 5, 28)

Tifsir tad-Disa’ Kmandament: Kull bniedem għandu xi ġibda partikolari lejn xi ħaġa jew lejn xi persuna li jħarjuh biex jissodisfa d-debulezza tiegħu. Kull bniedem għalhekk jaf tajjeb liema hija d-debulezza tiegħu. Dejjem għandna naħarbu l-kunfidenza żejda kemm jekk inkunu mal-ħbieb, kemm jekk inkunu f’xi divertiment, kemm jekk inkunu l-iskola u kullimkien.

Iż-żina ddallam il-moħħ, u minn dan id-dlam toħroġ kull xorta ta’ diżordni speċjalment li wieħed jitlef il-fidi. Irridu nsemmu wkoll is-serjeta’ tan-nuqqas kontra dan il-Kmandament, li jista’ jwassal għal diżordni fil-ħajja personali, soċjali u spiritwali tal-bnedmin. Bl-għajnuna tal-Mulej, in-nisrani jżomm ruħu bogħod minn kull nuqqas taż-żina, u juża l-għajnuniet bħalma huma: il-kontroll tas-sensi, jaħrab l-okkażjoni, ir-rażan, u t-talb lil Alla.

Tagħrif ieħor fil-qosor:

  • Kull min iħares lejn mara u jixtieqha, ikun ġa għamel adulterju magħha f’qalbu.” (Mt 5, 28) (Katekiżmu no. 2528)
  • Id-disa’ Kmandament jordnalna li nħarsu ruħna miż-żina u mill-ġibda tal-ġisem. (Katekiżmu no. 2529)
  • It-taqbida kontra l-ġibda tal-ġisem trid is-safa tal-qalb u ħajja ta’ rażan (Katekiżmu no. 2530)
  • Is-safa tal-qalb tagħtina li naraw ‘l Alla; tagħtina minn issa li naraw kollox kif jarah Alla. (Katekiżmu no. 2532)
  • Is-safa tal-qalb titlob l-mistħija li tfisser sabar, modestja u għaqal. Il-mistħija hi ħarsien tal-intimita’ tal-persuna. (Katekiżmu no. 2533).

Min jonqos minn dan il-Kmandament:

  • Li raġel jew mara miżżewġa imorru jagħmlu s-sess ma’ nies oħrajn.
  • Li wieħed ikun xtaq mara jew raġel ta’ ħaddieħor.
  • Li wieħed jew waħda jittantaw nisa jew rġiel tal-oħrajn.
  • Li mara jew raġel jagħmlu is-sess ma’ rġiel jew nisa miżżewġa.
  • Li wieħed jew waħda jagħmlu mossi oxxeni għal skop ta’ żina.

L-GĦAXAR KMANDAMENT

La tixtieqx… xejn minn kull ma għandu għajrek. (Eż 20, 17)

La tixxennaqx għal dar għajrek, għar-raba’ tiegħu, għall-qaddej tiegħu, għall-qaddejja tiegħu, għall-gendus tiegħu, għall-ħmar tiegħu, għalxejn milli għandu għajrek. (Dewt 5, 21)

Tifsir tal-Għaxar Kmandament: Dan il-Kmandament jixbah ħafna lid-disa’ Kmandament. Filwaqt li d-disa’ Kmandament hu dwar il-ġibda li nħossu tal-ġisem, l-għaxar Kmandament hu dwar il-ġibda kollha bħal meta jkollna xewqat ħżiena għall-ġid tal-proxxmu, il-ġibda t’għajnejna, ix-xeħħa, l-għira għal min hu aqwa minna u dak kollu li nixtiequ ġid ħaddieħor biex inkunu għonja u jkollna setgħa.

Dnubiet oħra li jiksru l-Għaxar Kmandament:

  • Ix-xeħħa bla rażan u r-rebgħa għall-għana.
  • L-għira għall-proxxmu.
  • Il-kilba għall-flus.
  • Li tixxennaq għal dar għajrek.
  • Li tixtieq is-sbuħija ta’ ħaddieħor, meta ma taċċettax lilek innifsek, kif int.

       Materjal miġjub minn Fr Ray Toledo

 

 

 

 

 

53. Riflessjoni fuq Luqa 18: 9-14

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Luqa 18: 9-14

publican-and-pharisee

L-Evanġelju skont San Luqa 18: 9-14

[Lq:18:9] Fdak iż-żmien, kien hemm uħud li kienu jafdaw fihom infushom li huma ġusti u kienu jmaqdru lill-oħrajn. Ġesù qalilhom din il-parabbola:

[Lq:18:10] “Żewġt irġiel, wieħed Fariżew u l-ieħor pubblikan, telgħu fit-tempju biex jitolbu.

[Lq:18:11] Il-Fariżew, wieqaf, talab hekk f’qalbu, ‘O Alla, niżżik ħajr li m’iniex bħall-bqija tal-bnedmin, ħalliela, inġusti, żienja, jew ukoll bħal dan il-pubblikan.

[Lq:18:12] Jiena nsum darbtejn fil-ġimgħa u nħallas l-għexur ta’ kull ma ndaħħal.’

[Lq:18:13] Iżda l-pubblikan, bilwieqfa fil-bogħod anqas biss ried jerfa’ għajnejh lejn is-sema, imma beda jħabbat fuq sidru u jgħid: ‘O Alla, ħenn għalija, għax jien midneb!’

[Lq:18:14] Ngħidilkom jien li dan, u mhux l-ieħor, niżel id-dar iġġustifikat. Għax kull min jitkabbar, jiċċekken; u min jiċċekken, jitkabbar.”

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

L-Iskrittura twissina li Alla jopponi lil min hu supperv imma jagħti l-grazzja lil umli. Dan nistgħu nsibuh fil-Ktieb tal-Proverbji kapitlu 3 vers 34. Ġesu’ jpinġilna storja evidenti ta’ żewġ irġiel li jitolbu.

X’inhu l-punt jew il-lezzjoni li jridna nitgħallmu?

San Luqa jagħtina ideja. Ġesu’ jwissina dwar il-periklu li niddisprezzaw lil ħaddieħor. Il-preġudizzju hu agħar milli wieħed ikun aħrax f’imġiebtu. Attitudni bħal din toħroġ milli wieħed jassumi li hu kwalifikat biex ipoġġi fuq is-siġġu tal-ġudizzju u b’ċertezza jagħraf min hu tajjeb u ġust.

L-istorja ta’ Ġesu’ kkaġunat offiża għal dawk li kienu jikkunsidraw lil min kien jiġbor it-taxxi bħala li ma jistħoqqilhomx il-grazzja u l-favur t’Alla. Kif setgħa Ġesu’ jbaxxi kap reliġjuż u jgħolli midneb pubbliku. Il-parabbola ta’ Ġesu’ titkellem dwar in-natura tat-talb u r-relazzjoni tagħna m’Alla. Huwa jagħmel dan billi jikkontrasta żewġ tipi differenti ħafna t’attitudnijiet lejn it-talb. Il-Fariżew li jirrappreżenta dawk li jiftaħru bil-prattiċi reliġjużi tagħhom intefaħ bih nnifsu għad-detriment ta’ ħaddieħor mitluf fis-sodisfazzjon tiegħu nnifsu u fil-ftaħir ta’ dak li kien qed jgħix hu kien qisu jitkellem miegħu nnifsu, aktar milli jitlob lil Alla. Barra minn hekk hu żied kliem ta’ disprezz u preġudizzju fir-rigward tar-raġel l-ieħor li kien qiegħed jitlob fis-skiet. Il-Fariżew ipprova jiġġustifika lilu nnifsu, imma Alla biss jista’ jiġġustifika.

Ħsieb għal Qalbek …

Il-pubblikan li kien jirrapreżenta lil dawk li kienu ddisprezzati minn nies reliġjużi umilja lilu nnifsu quddiem Alla u talbu ħniena. It-talba tiegħu instemgħet minn Alla għaliex hu kien sobgħien għal dnubietu. Hu fittex lil Alla b’qalb umli u niedma u bis-sinċerita’ minflok bis-suppervja. Din il-parabbola tirrapreżenta kemm opportunita’ kif ukoll twissija. Is-suppervja twassal għall-illużjoni u l-qerq fil-bniedem. L-umilta’ tgħenna biex naraw lilna nnfusna bħalma aħna tassew u twassalna għall-grazzja u l-ħniena t’Alla.

Alla jgħammar fil-qalb umli ta’ dawk li jgħarfu li huma midinbin u li jafu li huma kontinwament fil-bżonn tal-ħniena u tal-grazzja t’Alla li ssalvahom. Alla ma jistax jismagħna jekk niddisprezzaw lill-oħrajn.

Inti tfittex il-ħniena t’Alla u turi ħniena lejn l-oħrajn? B’mod speċjali dawk li l-aktar issibha diffiċli biex tħobb u taħfer?

Itlob …

Mulej, agħmel li Mħabbtek tikkontrolla l-ħsibijiet u l-azzjonijiet tiegħu. Ħalli jien nagħmel dak li jogħġob lilek. Indur lejk ħelwa Marija u nitolbok biex turini Int fejn jiena nieqsa mill-karita’, mill-ħniena u mill-maħfra lejn il-proxxmu tiegħi.

Għenni Ma biex inkun ġeneruża u nagħti minni nnifsi u minn dak li għandi lill-oħrajn bl-istess kejl ta’ ġenerożita’ li biha u Ibnek tagħtini kull ma neħtieġ. Ammen.

52. Riflessjoni fuq Mark 12: 28-34

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mark 12: 28-34

My-Post-4-1500x1500L-Evanġelju skont San Mark 12: 28-34

[Mk:12:28] Fdak iż-żmien, wieħed mill-kittieba, resaq fuq Ġesu u staqsieh: “Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa l-ewwel?”

[Mk:12:29] Ġesù wieġbu: “L-ewwel wieħed huwa dan: Isma’ Iżrael; il-Mulej, Alla tagħna, Mulej wieħed hu,

[Mk:12:30] u int għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha.

[Mk:12:31] U t-tieni hu dan: Ħobb lil għajrek bħalek innifsek. Ma hemmx kmandament ieħor akbar minn dawn.”

[Mk:12:32] Qallu l-kittieb: “Sewwa qiegħed tgħid, Mgħallem; għandek raġun tgħid li wieħed hemm, u li ma hemmx ieħor ħliefu.

[Mk:12:33] Iva, li tħobb lilu b’qalbek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha, u tħobb lil għajrek bħalek innifsek, huwa aqwa minn kull sagrifiċċju tal-ħruq u mis-sagrifiċċji kollha.”

[Mk:12:34] Ġesù, meta rah kemm kien wieġeb bil-għaqal, qallu: “M’intix ‘il bogħod mis-Saltna ta’ Alla.” U ħadd ma kellu l-ħila jistaqsih iżjed.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

X’inhu l-iskop tal-liġi u l-Kmandamenti t’Alla?

Il-Fariżej kienu jiftaħru dwar l-għarfien li kellhom dwar il-liġi u r-riwali tagħhom. Ħajjithom kollha kienu jiddedikawha għall-istudju tas-616 il-preċett tat-Testment il-Qadim flimkien ma’ numru kbir ta’ kummentarji minn diversi għalliema. Huma għaddew lil Ġesu’ mill-prova biex jaraw jekk Hu kienx tassew jifhem fil-liġi kif jifmuha huma. Ġesu’ jissorpendihom bis-sempliċita’ profonda fir-risposta tiegħu li tixhed kemm kien midħla tal-liġi t’Alla u tal-iskop tagħha.

Ħsieb għal Qalbek …

Alla xi jrid minna?

Sempliċiment li nħobbu bħalma jħobb Hu. Alla huwa Mħabba u kull ma jagħmel ħiereġ mill-imħabba tiegħu għalina. Alla ħabbna l-ewwel u l-imħabba tagħna Lejh hi r-risposta għall-grazzji u l-ġenerożita’ tiegħu lejna li huma bla qies.

Li nħobbu lil Alla jiġi l-ewwel u li nħobbu lill-proxxmu għandu l-għeruq tiegħu fl-istess imħabba li aħna nagħtu lil Alla. Aktar ma nsiru nafu dwar l-imħabba u l-verita’ t’Alla, aktar nsiru nħobbu dak li jħobb Hu u nwarrbu dak li hu ta’ min jobgħodu u kuntrarju għar-rieda tiegħu.

Xi jkabbar fina l-imħabba lejn Alla u lejn il-Kmandamenti tiegħu?

Il-fidi fil-wegħdiet tiegħu. Din tqawwina fl-imħabba tagħna lejn Alla hija essenzjali għal relazzjoni tajba m’Alla u biex inkunu maqgħuda miegħu.

Inti tħalli xi ħaġa x’iżżommok ‘il bogħod mill-imħabba t’Alla u mill-ferħ li sservi lill-oħrajn b’qalb ġeneruża?

Itlob …

Mulej l-Imħabba tiegħek tisboq kull imħabba oħra. Imla lil qalbi b’imħabbtek u kabbar fija l-fidi u t-tama fil-wegħdiet tiegħek. Għenni nagħti lili nnifsi servizz ġeneruż għall-oħrajn bħalma Int ingħatajt b’ġenerożita’ bla limiti għalija.

Marija, għenni nkun nixbah lilek fil-fidi u l-imħabba li kellek lejn Alla u lejn kulħadd. Ammen.

51. Riflessjoni fuq Luqa 11: 14-23

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Luqa 11: 14-23

JESUSL-Evanġelju skont San Luqa 11: 14-23

[Lq:11:14] Fdak iż-żmien, Ġesù kien qiegħed ikeċċi xitan, li kien imbikkem. Meta x-xitan ħareġ, l-imbikkem tkellem, u n-nies stagħġbu.

[Lq:11:15] Iżda xi wħud minnhom qalu: “Bis-saħħa ta’ Begħelżebul, il-prinċep tax-xjaten, qiegħed ikeċċihom ix-xjaten.”

[Lq:11:16] Oħrajn, biex iġarrbuh, riedu mingħandu sinjal mis-sema.

[Lq:11:17] Iżda hu ntebaħ x’kienet il-fehma tagħhom, u qalilhom: “Kull saltna maqsuma fiha nfisha ssir ħerba, u taqa’ dar fuq oħra.

[Lq:11:18] Jekk ix-Xitan ukoll hu kontra tiegħu nnifsu, kif se żżomm wieqfa s-saltna tiegħu? Għax intom tgħidu li jien bis-saħħa ta’ Begħelżebul inkeċċihom ix-xjaten.

[Lq:11:19] Imma jekk jiena qiegħed inkeċċi x-xjaten bis-saħħa ta’ Begħelżebul, uliedkom bis-saħħa ta’ min ikeċċuhom? Għalhekk huma stess ikunu l-imħallfin tagħkom.

[Lq:11:20] Iżda jekk jiena qiegħed inkeċċi x-xjaten bis-saħħa ta’ Alla, dan ifisser li waslitilkom is-Saltna ta’ Alla.

[Lq:11:21] Sakemm il-bniedem qawwi u armat tajjeb jgħasses il-palazz tiegħu, ħwejġu jkunu fiż-żgur.

[Lq:11:22] Imma jekk wieħed aqwa minnu jaqbeż fuqu u jegħlbu, jaħtaflu l-armi kollha li fuqhom kien iserraħ rasu, u jqassam il-priża tiegħu.

[Lq:11:23] Min m’huwiex miegħi huwa kontra tiegħi, u min ma jiġborx miegħi, ixerred.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Għandek protezzjoni tajba kontra l-ħażin u l-periklu spiritwali?

Meta Ġesu’ kien ittentat mix-xitan fid-deżert hu rebaħlu permezz tal-ubbidjenza tiegħu għar-rieda tal-Missier. In-nies li kienet tersaq lejn Ġesu’ bil-fidi hu kien jagħtihom il-vera liberta’ mill-ħakma tad-dnub u mill-forzi tal-ħażen u tad-dlamijiet.

Fil-qari tallum naraw kif l-awtoritajiet reliġjużi ta’ żmien Ġesu’ kienu wisq mheddija fuq il-liġijiet u s-sistemi reliġjużi tagħhom biex jinbidlu u kienu suppervi wisq biex jissottmettu lilhom infushom lejn Ġesu’. Żammew riġidu fl-osservanzi tal-liġijiet ritwali tagħhom u naqsu milli jgħixu dak li tassew kien l-essenzjal iġifieri li jaqdu d-doveri tagħhom tal-imħabba lejn Alla u lejn il-proxxmu.

Ħsieb għal Qalbek …

Minħabba li l-Fariżej u l-Kapijiet reliġjużi l-oħra ma kienux jgħixu skont kif riedhom Alla. Il-poplu li ra f’Ġesu’ dak li ma riedux jaraw il-Fariżej kienu spiritwalment mitlufa u bil-ġuf għal Alla. Ġesu’ ssodisfa l-bżonnijiet tan-nies li emmnu fih u tahom fidi u tama ġdida fis-Salvazzjoni t’Alla għalihom. Kulfejn jixxandar l-Evanġelju s-Saltna t’Alla tiġi mmanifestata u tingħata l-liberta’ vera lil dawk li jwieġbu bil-fidi u l-fiduċja f’Alla.

Inti titlob għall-ħidma tax-xandir tal-Evanġelju biex f’żminijietna ħafna jsibu l-vera l-ferħ u ħelsien f’Ġesu’ Kristu?

Itlob …

Mulej, agħmel li s-Saltna tiegħek għand kull min jinsab imġarrab u fid-dlam. Imla lil qalbi bil-ħniena u bit-tjieba tiegħek lejn kull min iħossu waħdu imġarrab u lejn dawk ta’ madwari li ma jafux b’imħabbtek u bil-liberta’ li tagħtina Int. Użani biex inwassal l-aħbar it-tajba tal-ħniena u l-imħabba tiegħek. Ammen.