33. Għall-Parroċċa tagħna

Dokument sħiħ PDF jew WORD ta’ Talb għall-Bżonnijiet tas-Saċerdoti.

4efc83bc76891f662fa46ad803748484Mulej, li tlaqqagħna flimkien biex inħossuna ġens magħżul, Saċerdozju regali u poplu qaddis, ħalli nxandru l-għemejjel Tiegħek tal-għaġeb, bierek il-parroċċa tagħna.

Agħmel li din tkun komunita’ tal-aħwa li tilqgħek, fejn, is-smigħ tal-Kelma Tiegħek, fis-sehem tal-Ewkaristija, fis-servizz tal-Karita’, nistgħu nħossu u nindunaw li aħna poplu t’Alla.

Agħmel, li kull wieħed minna fil-parroċċa jisma’ s-sejħa li Int tagħmillu, jilqagħha bil-fidi u jgħixha bil-ferħ, mgħejjun mix-xhieda nisranija ta’ kulħadd.

Agħmel li l-Parroċċa tagħna tkun familja kbira fejn, fl-għaqda ta’ kulħadd, qassisin, reliġjużi, familji u lajċi, jagħarfu d-doni tal-Ispirtu s-Santu, jaqsmuhom bil-qalb u jerfgħu r-responsabbilta’ propja tagħhom għall-bini tas-Saltna t’Alla.

Marija, Omm il-Knisja, ressaq lill-Mulej it-talba tagħna u ħares il-Komunita’ tagħna. Ammen.