Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Ġwanni 8: 31-42
L-Evanġelju skont San Ġwann 8: 31-42
[Ġw:8:31] Ġesù qal lil-Lhud li emmnu fih: “Jekk iżżommu fil-kelma tiegħi, tkunu tassew dixxipli tiegħi,
[Ġw:8:32] u tagħrfu l-verità u l-verità teħliskom.”
[Ġw:8:33] Qalulu: “Aħna nisel Abraham, u qatt ma konna lsiera ta’ ħadd. Kif tiġi tgħidilna li nkunu ħielsa?”
[Ġw:8:34] Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, li kull min jagħmel id-dnub huwa lsir tad-dnub.
[Ġw:8:35] U l-ilsir ma jibqax fil-familja għal dejjem; imma l-iben għal dejjem jibqa’.
[Ġw:8:36] Jekk l-Iben jeħliskom, tkunu tabilħaqq ħielsa.
[Ġw:8:37] Jiena naf li intom nisel Abraham; madankollu qegħdin tfittxu li toqtluni, għax il-kelma tiegħi ma qabditx l-art fikom.
[Ġw:8:38] Jiena qiegħed nitkellem fuq dak li rajt għand Missieri, u intom tagħmlu dak li smajtu mingħand missierkom.”
[Ġw:8:39] Qabżu u qalulu: “Missierna hu Abraham.” Qalilhom Ġesù: “Kieku kontu wlied Abraham, kontu tagħmlu bħalma għamel Abraham.
[Ġw:8:40] Iżda issa qegħdin tfittxu li toqtlu lili, bniedem li għedtilkom il-verità li smajt mingħand Alla. Dan ma għamlux Abraham.
[Ġw:8:41] Intom tagħmlu bħalma jagħmel missierkom.” Qalulu: “Aħna m’aħniex ulied iż-żína! Missier wieħed għandna, lil Alla.”
[Ġw:8:42] Qalilhom Ġesù: “Li kieku Alla kien missierkom, lili kontu tħobbuni, għax jien ħriġt u ġejt mingħand Alla. Għax jien ma ġejtx minn rajja, imma kien hu li bagħatni.
Kummentarju u Meditazzjoni Qasira
Int tesperjenza l-ferħ u l-liberta’ ta’ meta wieħed jissottometti lilu nnifsu għall-Kelma t’Alla?
Il-liberta’ llum is-soltu nfisser liberta’ li nagħmel li jogħġobni. Madanakollu din it-tip ta’ definizzjoni ta’ liberta’ hija maskra li wieħed ipoġġi biex jiskuża l-passjonijiet u ix-xewqat inkontrollabbli tiegħu li jwassluh għad-dnub.
Ħsieb għal Qalbek …
L-aħbar it-tajba tal-Evanġelju hi li Kristu ħelisna mill-qawwa tad-dnub. Kif inhu possibli dan? Bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, aħna nistgħu nagħżlu li nimxu fit-triq tal-imħabba u tal-qdusija. Dixxiplu huwa wieħed li jsegwi u jisma’ mill-imgħallem.
Jekk nisimgħu mill-kliem ta’ Ġesu’ bi spirtu umli u li lest li jitgħallem, hu jagħtina l-grazzja u l-qawwa biex insegwu fit-triq tal-qdusija. Itlob lill-Mulej biex jiftaħlek widnejk għall-Kelma tiegħu ħalli inti tkun dejjem attent għall-vuċi tiegħu f’qalbek.
Itlob …
Mulej, ikteb Kelmtek kollha mħabba u verita’ fuq qalbi u agħmilni strument f’idejk li nkun lest li nitgħallem u li nkun lest li nkun dixxiplu li jistħoqqlu jirċievi l-Kelma tiegħek.
Marija, qaddejja umli tal-Kelma t’Alla, għinni nilbes l-istess attitudni tiegħek lejn il-Kelma t’Alla biex bħalek Alla jgħammar fija u jiena fih. Ammen.