17. Offerta ta’ Jum is-Sibt għall-qdusija tal-kleru

Dokument sħiħ PDF jew WORD ta’ Talb għall-Bżonnijiet tas-Saċerdoti.

32948-kneeling-prayer-1200.1200w.tn_.jpgOfferta ta’ Jum is-Sibt għall-Qdusija tal-Kleru

Salvatur Divin, Ġesu’ Kristu li fdajt ix-xogħol Tiegħek tal-Fidwa, il-ġid u s-salvazzjoni tad-dinja f’idejn is-Saċerdoti bħala rappreżentanti Tiegħek, noffrilek mill-idejn l-aktar qaddisa ta’ Ommok Marija Santissma, it-talb kollu, ix-xogħol, is-sagrifiċċji, il-ferħ u n-niket ta’ din il-ġurnata għall-qdusija tas-Saċerdoti għeżież Tiegħek. Agħtina Saċerdoti tassew qaddisa li ma jfittxu xejn ħlief il-glorja akbar Tiegħek u s-salvazzjoni ta’ ruħna. Bierek il-kliem u t-talb li joffrulek fuq l-altar, fil-konfessinarju, fuq l-ambone, ix-xogħol kollu tagħhom għaż-żgħażagħ, morda u anzjani.

Agħmel Int, O Marija, Omm Saċerdot Etern li tħares lis-Saċerdoti kollha mill-perikli għall-vokazzjoni qaddisa tagħhom.