Dokument sħiħ PDF jew WORD ta’ Talb għall-Bżonnijiet tas-Saċerdoti.
Inħares lejk, Saċerdot Divin u Etern, hemm, ġoċ-Ċenaklu, waqt li Inti kont qed tiċċelebra l-Ewwel Sagrifiċċju mistiku tal-Ewkaristija, qabel ma seħħ is-Sagrifiċċju mdemmi tas-Salib.
U naħseb fis-Saċerdoti kollha. F’idejk nafdahom; huma Tiegħek, għax Inti kkonsagrajthom għalik. Farraġhom!
Huma bnedmin dgħajfa, xi drabi skoraġġuti, frustrati, imma Int Feddej!
Jew forsi, Inti tippermetti li jgħaddu minn forn ta’ tisfija bħal dak Tiegħek tal-Kalvarju. Huma kopja ħajja Tiegħek, Saċerdot Etern; l-ewwel frott tal-Fidwa Tiegħek, erfagħhom fis-siegħa tal-prova, agħmel li kull wieħed minnhom iħoss il-Preżenza Tiegħek.
Agħtina, Mulej Saċerdoti hienja!
Karidnal A. Ballestrero