165. Riflessjoni fuq Luqa 7: 31-35

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Luqa 7: 31-35

Capture

L-Evanġelju skont San Luqa 7: 31-35

[Lq:7:31] Fdak iż-żmien Ġesu qalilhom : “Ma’ min, mela, se nxebbahhom in-nies ta’ dan iż-żmien? Lil min jixbhu?

[Lq:7:32] Jixbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazza, jgħajjtu lil xulxin u jgħidu, ‘Daqqejnielkom il-flawt u ma żfintux, għannejnielkom għanja ta’ niket u ma ħabbattux fuq sidirkom!’

[Lq:7:33] Għax tassew, ġie Ġwanni l-Battista, la jiekol ħobż u lanqas jixrob inbid, u intom tgħidu li ‘għandu fih xitan’.

[Lq:7:34] Ġie Bin il-bniedem, jiekol u jixrob, u tgħidu, ‘Araw, xi bniedem wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u l-midinbin!’

[Lq:7:35] Imma l-ulied ta’ Alla kollha taw raġun lill-għerf tiegħu.”

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

X’għandhom x’jaqsmu l-logħob tat-tfal mas-Saltna t’Alla?

It-tfal fil-parabbola ta’ Ġesu’ joħorġu ddiżappuntati għax ma jistgħu jinkludu lil ħadd biex jingħaqad mall-mużika melodjuża tagħhom. Huma jgergru li jekk idoqqu l-mużika fit-tiġijiet ħadd ma jiżfen jew ikanta u jekk idoqqu fil-funerali l-istess ħaġa. Dan l-abbandun min naħa tan-nies jirifletti l-eku tal-kliem ta’ Koħelet f’kapitlu 3 vers 4: ‘Hemm żmien li tibki u żmien li tidħak. Żmien li tgħali u żmien li tiżfen.’

Kliem Ġesu’ rigward is-Saltna t’Alla huwa bxara t’aħbar tajba u ta’ ferħ kbir għal dawk li tassew iridu jisimgħu, imma marbuta magħha hemm twissija għal dawk li jirrifjutaw. Għaliex il-messaġġ ta’ Ġwanni l-Battista u ta’ Ġesu’ ġew opponuti u waqgħu fuq widnejn torox? Kien minħabba l-għira u l-agħma spiritwali li l-Kittieba u l-Fariżej abbinaw il-ħajja ta’ ċaħda tal-Battista max-xitan u t-tip ta’ ikel li kien jiekol Ġesu’ u ma’ min kien jagħmilha bħala prestiġju. Huma rrnexxielhom jiddistruġu l-pjan t’Alla għal ħajjithom għax kellhom qalbhom magħluqa għall-messaġġ ta’ Ġwanni l-Battista u issa ta’ Ġesu’.

Ħsieb għal Qalbek …

X’jista’ jagħmilna spiritwalment fid-dlam u tqal biex nismgħu l-vuċi t’Alla?

Bħal ġenerazzjoni ta’ żmien Ġesu’ żminijietna hu mmarkat b’indifferenza u b’xettiċiżmu b’mod speċjali rigward l-affarijiet t’Alla. L-indifferenza toqtol is-smigħ għall-Kelma t’Alla u għall-aħbar tajba tal-Evanġelju. Hi biss il-qalb ta’ dawk li huma umli li ssib il-ferħ f’ħajja ta’ grazzja u barka fil-Mulej.

U int sibtu dan it-teżor f’ħajtek? Jekk għad le duq u tara kemm hu tajjeb il-Mulej u kemm ħdejh ma joqgħod l-ebda ġid ieħor.

Itlob …

Mulej iftaħli l-widnejn ta’ qalbi biex jien nisma’ l-aħbar it-tajba tas-Saltna tiegħek.

Għażiża Marija, omm tiegħi tas-sema, int li qalbek kienet dejjem miftuħa għall-Kelma t’Alla u pronta biex tilqagħha bil-ferħ. Itlob miegħi biex inkun libera li nħobb u nservi bil-ferħ skont it-tgħallim t’Ibnek u biex magħkom nirbaħ fuq żmien ta’ niket u magħkom ingawdi l-faraġ u l-konsolazzjoni li intom biss tafu toffruli. Ammen.