4. Il-Miraklu ta’ Daroca, Spanja

Verżjoni Vidjo: Il-Miraklu ta’ Daroca, Spanja

8585557516_34ed94e27e_hIL-MIRAKLU TA’ DAROCA, SPANJA
1239

Il-belt ta’ Daroca tinsab kburija bl-istorja antika tagħha u bl-importanza tagħha fi żmien ir-Rumani. Il-passat sabiħ tal-belt għadu ħaj fil-ħitan, kastelli, plażi u toroq ta’ Żmien ir-Rumani u l-Barbari. Fil-knejjes u mużewijiet insibu teżori prezzjużi tal-arti. Imma l-akbar teżor li tiftaħar bih Daroca huwa r-relikwja ta’ Sagrados Corporales jiġifieri l-Korporali Mqaddsa li għandhom sa mis-sena 1239, li hi s-sena li fiha sar il-miraklu.

F’dik is-sena meta l-belt ta’ Valenzja kien jirrenja fuqha r-Re Kattoliku Don Jaime, ir-Re Zaen Moro tas-Seraċini ddeċieda li jirbaħ lura din il-belt billi ġab truppi ġodda mill-Afrika ta’ Fuq. Ir-Re Kattoliku sar jaf bil-ħsieb tas-Seraċini li kellhom truppi ħafna ikbar minn tiegħu. Għalhekk r-Re ta’ Valenzja ordna li titqaddes quddiesa fil-beraħ u ordna lis-suldati biex jirċievu l-Ewkaristija Mqaddsa flimkien mal-kaptani tagħhom. Ir-re aċċerta lis-suldati tiegħu illi hekk ser ikunu msaħħa u ser ikunu kapaċi jiġġieldu bla biża’ u bis-safa fuq xofftejhom.

Eżatt wara t-tqassim tal-Ewkaristija Mqaddsa s-Seraċini attakkaw bla ma kienu mistennija. Is-saċerdot infixel u beża’ hekk kif sema’ d-daqqiet feroċi tal-armi tal-gwerra, u minflok ma kkonsma s-sitt Ostji li kien fadallu, poġġihom moħbija bejn żewġ korporali. Biex ikompli jaċċerta ruħu li ħadd ma jista’ jsibhom malajr ħeba l-biċċiet tal-għażel taħt il-blat ftit ‘l bogħod mill-artal.

Wara l-battalja, waqt li t-truppi Seraċini kienu qed jirtiraw telliefa, s-suldati kattoliċi ġew lura u niżlu għarkupptejhom quddiem l-artal biex jirringrazzjaw lil Alla tal-vittorja li għamlu. Is-saċerdot sadanittant ipprova jġib lura l-Ostji minn fejn kien poġġihom, u kien diffiċli għalih biex jiftakar sakemm l-ispirazzjoni divina fl-aħħar għenitu jsibhom.

dc6fab7172a691381c22ba83422be71dMeta ħa f’idejh il-korporali, fetaħhom u stgħaġeb mhux ftit meta ra li s-sitt Ostji ma kinux hemm u flokhom ra sitt tbajja tad-demm. Wara li tħasseb x’mottivi kellu Alla biex kien ippermetta miraklu bħal dan, fl-aħħar iddeċieda li dan kien sinjal ta’ protezzjoni u mħabba li Alla wera mat-truppi kattoliċi. Is-saċerdot imbagħad ressaq dawn il-korporali mċappsa bid-demm lejn is-suldati biex jarawhom u jivvenerawhom.

2015-02-23_img_2015-02-23_15-05-55_levante_eMinħabba l-fatt li l-quddiesa kienet tqaddset ġo għalqa ‘l barra mill-belt ta’ Valenzja, tliet ibliet (Teruel, Catalayud u Daroca) kollha qalu li l-miraklu kien sar fil-limiti tagħhom. It-tlieta talbu li l-korporali sagri downloadgħandhom jingħataw lilhom biex jieħdu ħsiebhom. Il-kwistjoni damet ħafna sejra sakemm fl-aħħar iddeċidew li aħjar ħaġa hu li jissetiljaw il-kwistjoni bix-xorti. Ilkoll qablu li l-korporali jitpoġġew fuq dahar ta’ bagħal u li lil dan l-annimal iħalluh jiġġerra għal liema belt in-natura tmexxih. Il-bagħal ġibed lejn il-bieb t’isfel tal-belt ta’ Daroca.

Iglesia colegial de Sa. Maria de los Sagrados CorporalesMalajr nbniet knisja f’Daroca bħala repożitorju għal dawn il-korporali mċappsa bid-demm. Ġiet mkabbra fis-sekli 15 u 16 u llum iġġib l-isem ta’ Knisja Kolleġjata ta’ Santa Marija. Mal-ħitan tal-kappella tar-Relikwi Mqaddsa nsibu xeni ta’ dan il-miraklu flimkien ma’ ħafna statwi kkuluriti bl-alabastru. Ġo din il-kappella hemm il-korporali li fuqhom jidhru ċari t-tebgħat tad-demm.

images (2)Dan il-miraklu saru jafu bih ħafna anke f’dak iż-żmien, u hu msemmi f’ħafna dokumenti uffiċjali – speċjalment fid-dokumenti tas-sena 1340. Il-miraklu kien sar “…is-suġġett ta’ ħafna kitba fis-seklu 15; u l-istorja nkitbet minn ħafna kittieba famużi.”

Għal iktar minn seba’ sekli l-Korporali Mqaddsa (Sagrados Corporales) kienu u għadhom wirt imqaddes u għażiż għall-belt ta’ Daroca.

English Version: http://www.therealpresence.org/eucharst/mir/english_pdf/Daroca1.pdf

Alternative Reading: http://www.therealpresence.org/eucharst/mir/emc_book003_pdf/e_mir_st_children_60_61.pdf

or: http://www.frtommylane.com/homilies/pilgrimage/daroca_eucharistic_miracle.htm

Nota: It-Tagħrif dwar dan il-Miraklu Ewkaristiku huwa ta’ Dun Ġorġ Mercieca, adattat mill-oriġinal ta’ Joan Carroll Cruz.