Ġieli kkunsidrajt li taddotta bit-talb tiegħek saċerdot bħala ħuk? ”Marija, Għajnuna tal-Insara” issuġġeriet dan li ġej:
- Itlob lil Marija biex tassenjah lilek.
- Ħobbu bħala ħuk tassew.
- Offri talb u sagrifiċċji għalih ta’ kuljum.
- Ipproteġieh mit-tentazzjoni.
- Itlob lil Alla biex hu jevita milli jagħti skandlu.
- Sejjaħlu lura għall-fervur.
- Sir qaddis/a biex hu jkun jista’ jsir ukoll.
- Itlob biex Marija tkun Omm tenera għalih u ssiblu ħbieb tajba.
- Itlob għall-vokazzjoni ġdida biex toħodlu postu.
Ftakar…
- Jekk is-saċerdot huwa qaddis kbir, il-poplu tiegħu jkun qaddis.
- Jekk is-saċerdot huwa qaddis, il-poplu tiegħu jkun tajjeb.
- Jekk is-saċerdot huwa tajjeb, il-poplu tiegħu jkun ġust.
- Jekk is-saċerdot huwa ġust, il-poplu tiegħu jkun instabbli.
- Jekk is-saċerdot huwa instabbli, il-poplu tiegħu jkun poplu ħażin.
Anonimu
Li tonora s-saċerdozju huwa li tonora lis-Saċerdot il-Kbir u Etern, Ġesu’ Kristu. Li tara lil Kristu fis-saċerdot hi t-triq iż-żgura biex issib lil Alla.
Fr. James, OFM Kap
Min jonora lis-saċerdot, jonora lil Kristu.
Min jinsulta lis-saċerdot, jinsulta lil Kristu.
San Ġwann Kriżostmu
Li kelli nara anġlu u saċerdot, kont ninżel għarkubbtejja; l-ewwel quddiem is-saċerdot imbagħad quddiem l-anġlu.
San Franġisk t’Assisi
Is-saċerdoti għandhom bżonn ta’ ħafna talb. Għandhom bżonn jiġu mqawwija permezz ta’ rwieħ vittmi – nies li jgħaqqdu t-talb u s-sofferenzi tagħhom mal-merti infiniti ta’ Ġesu’ Kristu Sidna.
Fr. Emile-Marie Brieve
Ma rridux ninsew li s-saċerdoti huma, u li jibqgħu, bnedmin. Alla ma jagħmilx miraklu biex jeħlishom mill-istat uman.
Is-saċerdozju ma jagħtix minnu nnifsu l-qawwa biex wieħed jagħmel kull ma jrid jew li wieħed jirnexxi f’kollox. Huwa importanti li niftakru dan biex ma naqgħux fl-iżball antik… dak li niddiżumaniżżaw is-saċerdozju u b’konsegwenza ta’ dan inpoġġu lis-saċerdot il-barra mill-ħajja ordinarja.
Din tagħmel ħafna ħsara għax meta niżolawh, bħal ma jagħmlu dawk li ma jemmnux, għar-realta’ esklussiva taċ-ċerimonji, s-saċerdot ikun imċaħħad fil-maġġor parti tal-eżistenza tiegħu. Jekk il-bniedem jirrifjuta milli jinkludi s-saċerdot f’ħajtu, dan ma jistax jibqa’, għall-inqas b’mod sħiħ, il-medjatur tiegħu.
Kardinal Suhard
Saċerdot Tajjeb
- Is-saċerdot hu maħbub minn Alla.
- Is-saċerdot hu maħbub mill-bniedem.
- Is-saċerdot hu bniedem qaddis għaliex hu jimxi quddiem il-wiċċ t’Alla Qaddis.
- Is-saċerdot jifhem kollox.
- Is-saċerdot jaħfer kollox.
- Is-saċerdot imdawwar b’kollox.
- Il-qalb tas-saċerdot, bħal dik ta’ Kristu, hi minfuda bil-lanza tal-imħabba.
- Il-qalb tas-saċerdot hi miftuħa, bħal dik ta’ Kristu, biex tilqa’ fiha d-dinja kollha.
- Il-qalb tas-saċerdot hi bħal kontenitur ta’ ħniena u tjieba.
- Il-qalb tas-saċerdot hi kalċi ta’ mħabba.
- Il-qalb tas-saċerdot hi post fejn jiltaqgħu l-imħabba umana u qaddisa.
- Is-saċerdot hu bniedem li l-għan tiegħu hu li jkun Kristu ieħor.
- Is-saċerdot hu bniedem li jgħix biex iservi.
- Is-saċerdot hu bniedem li sallab lilu nnifsu, sabiex huwa wkoll ikun imtella’ ‘l fuq u jiġbed kollox lejn Kristu.
- Is-saċerdot hu bniedem b’qalbu mimlija bl-imħabba għal Alla.
- Is-saċerdot hu don ta’ Alla lill-bniedem, u tal-bniedem lil Alla.
- Is-saċerdot hu simbolu tal-Kelma li saret laħam.
- Is-saċerdot hu x-xabla misnuna tal-ġustizzja ta’ Alla.
- Is-saċerdot hu r-riflessjoni tal-imħabba ta’ Alla
Pingback: Talb għall-bżonnijiet tas-Saċerdoti – L-Ewkaristija u s-Saċerdozju