64. Riflessjoni fuq Mattew 3: 13-17

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mattew 3: 13-17

maxresdefault

L-Evanġelju skont San Mattew 3: 13-17

[Mt:3:13] F’dak iż-żmien, Ġesù mill-Galilija lejn il-Ġordan għand Ġwanni biex jitgħammed minnu.

[Mt:3:14] Imma Ġwanni ma ħalliehx, u qallu: “Jiena hu li jeħtieġ li nitgħammed minnek, u int tiġi għandi?”

[Mt:3:15] Ġesù qallu: “Inti għalissa ħallik minn dan, għax hekk jixraq nagħmlu biex intemmu s-sewwa kollu.” Mbagħad Ġwanni ħallieh jitgħammed.

[Mt:3:16] Ġesù, wara li tgħammed, minnufih tala’ mill-ilma; u ara, is-smewwiet infetħu, u ra l-Ispirtu ta’ Alla nieżel qisu ħamiema u ġej għal fuqu.

[Mt:3:17] U mis-smewwiet instama’ leħen jgħid: “Dan hu Ibni l-għażiż: fih sibt l-għaxqa tiegħi.”

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Int għaraft il-ferħ ta’ meta tissotometti ruħek lil Alla?

Ġesu’ issotometta lilu nnifsu għall-Magħmudija ta’ Ġwanni li kienet Magħmudija t’indiema. F’din is-sottomissjoni umli tiegħu naraw bħal f’dell li Dak li kien bla dnub, kellu jagħti ħajtu fuq is-salib bħala prezz tal-fidwa għalina. B’din is-sottomissjoni umli tiegħu Ġesu’ jogħġob bil-bosta lil Missieru tas-sema li jsemma’ leħnu u jirreferi għalih bil-kliem: ‘Int Ibni l-għażiż, fik sibt l-għaxqa tiegħi.’

Ħsieb għal Qalbek …

L-Ispirtu s-Santu wkoll huwa preżenti filwaqt li Ġesu’ hu sottomess għall-Magħmudija ta’ Ġwanni. Hu jissiġilla l-ministeru ġdid ta’ Ġesu’ li kien qed jibda dak il-jum filwaqt li hu kien qiegħed iqum mill-ilma tax-xmara Ġordan.

Aħna lkoll imsejħa biex nimxu fuq il-passi tas-Salvatur tagħna Ġesu’ Kristu. Aħna lkoll għandna nkunu sottomessi b’mod umli għall-għerf qaddis t’Alla u għall-pjan tiegħu f’ħajjitna. Hu minn naħa tiegħu jissiġillana bid-don tal-Ispirtu s-Santu ħalli aħna nkunu mlibbsa bil-qawwa u l-grazzja tiegħu.

U inti tħallih l-Ispirtu s-Santu jimliek bil-qawwa tiegħu ħalli tkun tista’ tgħix bħala Iben jew Bint t’Alla?

Itlob …

Mulej, imlieni bl-Ispirtu Qaddis tiegħek u ħeġġeġ lil qalbi bil-fjammi t’imħabbtek ħalli nkun mimli bil-ferħ tal-Evanġelju.

Għażiża Marija, Inti li inti t-Tempju tal-Ispirtu s-Santu, li Alla wkoll fik sab il-għaxqa tiegħu, għallimni kif infittex il-ferħ tiegħi f’li nwettaq r-rieda t’Alla Missieri u f’li nogħoġbu f’kollox hekk kif għamel Ibnek u inti. Ammen.