Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Luqa 12: 1-7
L-Evanġelju skont San Luqa 12 : 1-7
[Lq:12:1] F’dak iż-żmien, in-nies bdiet tinġabar bl-eluf, kulħadd jgħaffeġ fuq xulxin. U Ġesu qabad jgħid l-ewwelnett lid-dixxipli tiegħu: “Ilqgħu rwieħkom mill-ħmira tal-Fariżej, jiġifieri mill-wiċċ b’ieħor tagħhom.
[Lq:12:2] Xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf.
[Lq:12:3] Għalhekk, kull ma tkunu għedtu fid-dlam għad jinstama’ fid-dawl, u kull ma tkunu tkellimtu fil-widnejn, fil-kmamar ta’ ġewwa, għad jixxandar minn fuq il-bjut.
[Lq:12:4] “Dan ngħidilkom, ħbieb tiegħi, tibżgħux minn dawk li joqtlu l-ġisem u mbagħad ma jkunu jistgħu jagħmlu xejn iżjed.
[Lq:12:5] Ħa nurikom jien minn min għandkom tibżgħu; ibżgħu minn Dak li, wara li jkun qatlek, għandu s-setgħa jixħtek ġo l-infern. Iva, ngħidilkom, minn dan ibżgħu.
[Lq:12:6] Ħames għasafar tal-bejt mhux żewġ soldi jinbiegħu? U anqas wieħed minnhom ma hu minsi quddiem Alla.
[Lq:12:7] U intom, sa x-xagħar ta’ raskom, kollu magħdud. Xejn la tibżgħu, għax intom aktar minn ħafna għasafar tal-bejt tiswew.
Kummentarju u Meditazzjoni Qasira
Għaliex l-ipokresija hija assoċjata mall-ħmira?
Għal-Lhud il-ħmira kienet sinjal ta’ ħażen. Kienet biċċa għaġina mill-fdalijiet tal-ħobż li tiffermenta. Il-fermentazzjoni kienet assoċjata mall-ħażen li wieħed jeħżien.
Għaliex Ġesu’ wissa lid-dixxipli biex jevitaw l-attitudnijiet tal-Fariżej?
Il-Fariżej kienu jinqalgħu biex jidhru reliġjużi filwaqt li kienu mimlija b’intenzzjonijiet ħżiena minn ġewwa. Il-kelma ‘ipokrita’ tfisser ‘attur’ – xi ħadd jippretendi dak li mhux.
Imma min jista’ jkun tajjeb ħlief Alla waħdu?
Bl-ipokresija wieħed jista’, apparentament jidher tajjeb u fl-istess waqt jaħbi dak li ma jridx li l-oħrajn jaraw fih. L-aħbar it-tajba hi li d-dawl t’Alla jikxef kemm id-dlam tal-ħażen u d-dnub, kif ukoll jirbaħ fuq il-mibgħeda bl-imħabba, fuq is-suppervja bl-umilta’ u fuq il-pretenzjoni bl-integrita’ u l-verita’. Alla jagħti l-grazzja lill-umli u lil dawk li juru sobgħa u ndiema vera ta’ dnubiethom sabiex dawn ikunu jistgħu jirbħu fuq l-ħmira tan-nuqqas ta’ sinċerita’ u fuq l-ipokresija fil-ħajja tagħhom.
Ħsieb għal Qalbek …
Int tħalli l-anzjeta’ jew il-biża’ żżommuk ‘il bogħod milli tafda lil Alla fil-providenza tiegħu f’ħajtek?
“L-Imħabba perfetta tqaċċat il-biża’ ‘l barra.” Din insibuha fl-ewwel ittra ta’ San Ġwann kapitlu 4 vers 18. Itlob lil Alla biex jimla lil qalbek bl-imħabba tiegħu u biex ikabbar il-fidi tiegħek fil-providenza u fl-imħabba tiegħu lejk.
L-appostli inkwetaw għaliex kienu nsew iġibu l-ħobż magħhom fid-dgħajsa u dan wara li Ġesu’ kien għadu kemm wettaq il-miraklu tat-tkattir tal-ħobż li bih temgħa 4,000 ruħ. Kemm hu faċli ninsew dak li Alla jkun għadu kemm għamel f’ħajjitna u niddubitaw fil-wegħdiet tiegħu li jieħu ħsiebna.
Meta l-appostli komplew jinkwetaw minħabba li ma tantx kellhom ħobż, Ġesu’ fakkarhom fil-mod kif hu pprovda mirakulużament il-ħobż u temgħa lil dawk l-eluf ta’ nies. Imbagħad jgħidilhom, anzi jċanfarhom minħabba n-nuqqas ta’ fiduċja tagħhom f’Alla. “Ma tifhmux qalilhom”. Huwa faċli li taqbad tinkwieta fuq il-problemi u fuq il-bżonnijiet preżenti ta’ ħajtek u tinsa r-realta’ l-aktar importanti fuqhom ilkoll – il-preżenza li dejjem qiegħda magħna t’Alla nnifsu u fil-providenza abbundanti tiegħu fil-ħajja tagħna.
U inti titlob bil-ferħ u bil-kunfidenza: ‘Missierna, agħtina l-ħobża ta’ kuljum.’
Itlob …
Mulej, Inti biss tista’ ssostnini bil-Kelma u bl-Ispirtu tiegħek li Inti tagħtini kontinwament. Imlieni bil-ferħ u bil-qawwa biex inservik f’kull mument ta’ ħajti.
Għażiża Ommi Marija, għinni ndur mill-ħmira tad-dnub tiegħi u agħmel li jien qatt ma nattakka qalbi mall-affarijiet ta’ din id-dinja b’mod speċjali dawk li jistgħu jġibu korruzzjoni u mewt. Agħtini l-grazzja Ma, li jien ningħaqad dejjem m’Ibnek Ġesu’ u nafda b’kunfidenza totali fil-providenza u fl-imħabba tiegħu għalija. Ammen.