280. Riflessjoni fuq Mark 1: 12-15

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mark 1: 12-15

christus_in_der_wu

L-Evanġelju skont San Mark 1: 12-15

[Mk:1:12] F’dak iż-żmien: L-Ispirtu ħareġ ‘il Ġesù fid-deżert.

[Mk:1:13] U baqa’ fid-deżert erbgħin jum, jiġġarrab mix-xitan.

[Mk:1:14] U kien jgħix qalb il-bhejjem selvaġġi, u kienu jaqduh l-anġli.

[Mk:1:15] Wara li arrestaw ‘il Ġwanni, Ġesù mar fil-Galilija jxandar il-Bxara t-tajba ta’ Alla u jgħid: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-saltna ta’ Alla waslet: indmu u emmnu fil-Bxara t-Tajba.”

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Inti lest tgħaddi minn żmien ta’ prova?

Ġesu’ kellu jgħaddi minn żmien ta’ prova u tiġrib fil-bidu tal-ministeru pubbliku tiegħu. Il-Kelma ‘Tempt’ bl-ingliż normalment tfisser li tiġi mħajjar twettaq dnub. Il-kelma fl-Iskrittura hawn tfisser prova fis-sens ta’ meta wieħed jiġi ppruvat u ippurifikat biex joħroġ jekk hux ippreparat għall-ħidma li hu msejjaħ iwettaq jew le. Aħna ngħaddu l-piloti minn titjira bi prova biex naraw jekk humiex imħejjija sew biex itajru ajruplan. Bl-istess mod Alla jgħaddi l-qaddejja tiegħu mill-prova biex jara jekk humiex lesti jew le li jiġu wżati minnu għall-ġid tal-oħrajn.

Alla ġarrab lil Abraham biex hu jagħti prova tal-fidi tiegħu. Ġesu’ ma kienx l-eċċessjoni għal dan it-tip ta’ provi. Satana jibqa’ jagħmel ħiltu kollha biex iħajjarna nagħżlu r-rieda tagħna fuq dik t’Alla. Jekk ma jkunx jista’ jħajjarna biex inwettqu dnub anki dak gravi huwa mbagħad jipprova jwassalna biex nagħżlu dawk l-għażliet li eventwalment iwassluna biex nitbegħdu minn dak li Alla jrid minna.

Ħsieb għal Qalbek …

Ġesu’ kien imġarrab bħalna u rebaħ fuq it-tiġrib mhux bil-qawwa umana tiegħu, imma bil-grazzja u l-qawwa li tah Missieru. Kellu jħalli r-rieda tiegħu biex iwettaq dik t’Alla l-Missier. Hu rrnexxielu għax ried jogħġob lil Missieru u fdah li kien se jagħtih il-qawwa biex jirbaħ fuq l-ostakli li jitfaċċaw fi triqtu.

Il-Mulej jagħti lilna wkoll l-Ispirtu s-Santu biex ikun il-qawwa u l-gwida tagħna u dak li jikkunslana fit-tiġrib u l-prova. Meta, aħna b’ruħ safja nirċievu lil Ġesu’ fit-Tqarbin Imqaddes huwa Alla nnifsu li jsostnina u jqawwina bil-preżenza Divina tiegħu. Mistednin ukoll biex nirrikorru għand Ommna Marija li bħala omm tiddefendina, tħarisna u tqawwina bit-talb tagħha biex aħna nibqgħu mħarsa u ma naqgħux għat-tentazzjonijiet tax-xitan. Alla dejjem lest biex jagħtina dak li għandna bżonn biex ngħixu fit-triq tiegħu tal-imħabba u tas-sewwa.

U inti tfittex il-għajnuniet li jixtieq jagħtik il-Mulej biex tkun tista’ tgħix fi triqatu bil-qawwa u l-għajnuna meħtieġa?

Itlob …

Mulej Kelmtek hi Ħajja u tagħti l-Ħajja u tnissel il-ferħ veru. Għenni ngħix bil-qawwa tal-Ispirtu tiegħek.

O Marija, Omm qawwija; itlob miegħi biex inħalli ruħi tiggwadanja mill-benefiċċji tas-Sagramenti li l-Knisja toffrieli. Agħmel ukoll li jiena nafda fik u nirrikorri għandek bit-talba tant għal qalbek tar-Rużarju. Ammen.

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s