263. Riflessjoni fuq Ġwanni 7: 40-53

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Ġwanni 7: 40-53

christ-and-pharisees-in-temple-large

L-Evanġelju skont San Ġwann 7: 40-53

[Ġw:7:40] F’dak iż-żmien, meta xi wħud semgħu kliem Ġesu qalu: “Tassew dan hu l-Profeta.”

[Ġw:7:41] Oħrajn qalu: “Dan hu l-Messija.” Iżda xi wħud qalu: “Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija?

[Ġw:7:42] Ma tgħidx l-Iskrittura li l-Messija għandu jiġi min-nisel ta’ David u minn Betlehem, ir-raħal minn fejn kien David?”

[Ġw:7:43] Hekk in-nies ma qablux bejniethom minħabba fih.

[Ġw:7:44] Xi wħud minnhom riedu jaqbduh, iżda ħadd ma medd idejh fuqu.

[Ġw:7:45] L-għases reġgħu lura għand il-qassisin il-kbar u l-Fariżej, u dawn qalulhom: “Dan kif ma ġibtuhx magħkom?

[Ġw:7:46] L-għases qalulhom: “Qatt ħadd ma tkellem bħalu, dan il-bniedem!”

[Ġw:7:47] Qabżu l-Fariżej u qalulhom: “Intom ukoll tqarraqtu?

[Ġw:7:48] Hemm xi ħadd mill-kapijiet u l-Fariżej li emmen fih?

[Ġw:7:49] Imma dawn x’qabda nies misħuta, li l-Liġi ma jafuhiex!”

[Ġw:7:50] Wieħed minnhom, jismu Nikodemu, dak li qabel kien mar għand Ġesù, qabeż u qalilhom:

[Ġw:7:51] “Jaqaw il-Liġi tagħna tikkundanna lil xi ħadd qabel ma tisma’ lilu stess ħalli tkun taf x’inhu jagħmel?”

[Ġw:7:52] U huma qalulu: “M’intix int ukoll mill-Galilija, hux? Fittex fl-Iskrittura, ħalli tara li ebda profeta ma jqum mill-Galilija!”

[Ġw:7:53] U wieħed wieħed telqu lejn djarhom.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Inti lest li tagħti lilek inifsek b’mod totali lil Ġesu’?

Ħadd ma jista’ jkun indifferenti fit-tul meta kkonfrontat mal-messaġġ ta’ Ġesu’. Il-messaġġ ta’ Ġesu’ kkaġuna firda għal ħafna li semgħuh. Uħud min-nies emmnu li kien profeta, uħud li kien il-Messija u wħud kienu jemmnu li ma kien xejn minn dawn. Ir-reazzjoni tal-uffiċjali kienet dik ta’ stagħġib. Huma marru biex jarrestawh imma marru lura mingħajru għaliex qatt ma kienu semgħu lil xi ħadd jitkellem bħalu.

Ħsieb għal Qalbek …

Ir-reazzjoni tal-Qassisin il-kbar u l-Fariżej kienet waħda ta’ rabja. Ir-reazzjoni ta’ Nikodemu kienet waħda ta’ persuna timida. Qalbu qaltlu biex jiddefendi lil Ġesu’, imma moħħu qallu biex ma jirriskjax. Spiss se jiġi żmien meta aħna wkoll iridu nkunu xhieda għal Kristu u għall-Evanġelju. Li tkun xhud ta’ Kristu jista’ jipprovoka li l-oħrajn jirredikulawk u li xejn ma tkun popolari man-nies. Tista’ tgħaddi wkoll mill-iebes, mis-sagrifiċċju u mis-sofferenza.

Inti lest li tiddefendi l-fidi tiegħek u l-Evanġelju flimkien mat-tagħlim tal-Knisja?

Itlob …

Għażiż Mulej, l-Evanġelju tiegħek iġib il-liberta’ u l-ferħ, agħmel li nkun leali lejk anke meta dan jipproduċi toqol u tbatija f’ħajti.

Indur b’tama lejk għażiża ommi Marija u nitolbok tgħinni nikseb dik il-kuruna tal-glorja li bħalma l-Mulej ta lilek, jixtieq ukoll li jagħti lili talli nkun għext ħajti billi tajt xhieda bla biża’ tiegħu. Ammen.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s