66. Riflessjoni fuq Mark 1: 21-28

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mark 1: 21-28

maxresdefault_8

L-Evanġelju skont San Mark 1: 21-28

[Mk:1:21] F’dak iż-żmien, Ġesu daħal Kafarnahum. Malajr, f’jum is-Sibt, daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem.

[Mk:1:22] In-nies baqgħu mistagħġbin bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa, u mhux bħall-kittieba.

[Mk:1:23] Mela jkun hemm fis-sinagoga tagħhom raġel bi spirtu ħażin [Mk:1:24] u qabad jgħajjat u jgħid: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? Ġejt biex teqridna? Jien naf min int: ‘Il-Qaddis ta’ Alla’.”

[Mk:1:25] Imma Ġesù kkmandah: “Iskot!” qallu,”u oħroġ minnu.”

[Mk:1:26] Mbagħad l-ispirtu ħażin lir-raġel beda jħabbtu ħafna, għajjat għajta kbira u ħareġ minnu.

[Mk:1:27] U lkoll stagħġbu, u bdew jistaqsu lil xulxin u jgħidu: “Dan x’inhu? X’tagħlim ġdid mogħti bis-setgħa! Sa lill-ispirti ħżiena jikkmanda, u huma joqogħdu għalih!”

[Mk:1:28] U l-fama tiegħu malajr xterdet ma’ l-inħawi kollha tal-Galilija.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Inti twieġeb għall-Kelma t’Alla? Tagħżel li tismagħha b’sottomissjoni jew b’fidi ħajja u ubbidjenza?

Meta Ġesu’ kien jgħallem hu kien jitkellem b’awtorita’. Kien jitkellem il-Kelma t’Alla bħalma ħadd qabel kien għamel. Meta r-rabbini ta’ żmienu kienu jgħallmu kienu jsaħħu l-istqarrijiet tagħhom bi kwotazzjonijiet minn awtoritajiet oħra. Il-profeti tkellmu b’awtorita’ li biha qabbadhom Alla u kienu jibdew id-diskors tagħhom bil-kliem: ‘Hekk jgħid il-Mulej’, imma meta Ġesu’ kien jitkellem ma kellux bżonn l-ebda awtorita’ biex isaħħaħ l-istqarrijiet tiegħu.

Ħsieb għal Qalbek …

Ġesu’ kien l-awtorita’ inkarnata. Il-Kelma t’Alla li saret laħam. Meta kien jitkellem hu, Alla nnifsu kien jitkellem. Meta kien jikkmanda saħansitra x-xjaten, kienu jobdu. Jekk id-dimonji, l-anġli imwaqqa’ kellhom fidi fl-Iben t’Alla, kemm aktar aħna għandna nemmnu fil-Vanġelu b’fidi ċerta f’moħħna u f’qalbna u nafdaw ħajjitna f’idejn il-Mulej Ġesu’.

Jekk aħna nersqu lejn il-Kelma t’Alla b’sottomissjoni lejha, b’ħeġġa biex inwettqu kull ma l-Mulej jixtieq, aħna qegħdin f’pożizzjoni aħjar biex nitgħallmu dak li Alla jridna nitgħallmu permezz ta’ Kelmtu.

Jekk nemmnu fih biss bla ma ngħixu skont kif jgħallimna hu, inkunu wasalna biss fil-livell tax-xjaten li jemmnu u jgħarfu f’Ġesu’ dak li hu, il-Mulej imma jinsabu ndannati.

Int ħerqan biex titgħallem aktar dwar il-Mulej? U tħallih jieħu kontroll tal-ħajja tiegħek u jkun is-Sid ta’ dak li taħseb, ta’ dak li tgħid u ta’ dak li tagħmel?

Itlob …

Mulej, Kelmtek hi ħajja u qawwija: agħmel li jien qatt ma niddubita l-imħabba u l-ħniena tiegħek li ssalvani, li tfejjaqni, li ġġeddidni u tagħtini li ngħix liberu mid-dnub il-mejjet.

Għażiża Ommi Marija, Inti li kont tisma’ l-Kelma t’Alla u tgħożżha u toqgħod taħseb fuqha, għinni nsib ħin fil-ġurnata biex f’mument ta’ talb u meditazzjoni tal-Kelma t’Alla jiena nagħraf li għandi nbiddel il-mentalita’ fqira tiegħi mall-mentalita’ u l-mod kif jaħsibha Alla biex nasal ngħix kif iridni hu tassew. Ammen.

2 thoughts on “66. Riflessjoni fuq Mark 1: 21-28

  1. Pingback: Il-Kobor tal-Qrar u l-Quddiesa – L-Ewkaristija u s-Saċerdozju

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s