2. Novena lill-Ispirtu s-Santu

Il-Ħamis, 14 ta’ Mejju 2015: It-Tieni Jum tan-Novena lill-Ispirtu s-Santu. Ara t-test tagħha taħt il-vidjo …

Niżżel id-disat ijiem tan-Novena f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

[2] Xhieda ta’ Ġesu’ bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu …

Qari mill-Atti tal-Appostli:

“Imma meta jiġi fuqkom l-Ispirtu s-Santu, intom tirċievu l-qawwa, u tkunu xhieda tiegħi f’Ġerusalemm, fil-Lhudija kollha u s-Samarija u sa truf l-art.”

Ħsieb:

Il-Kelma t’Alla tgħidilna illi Ġesu’ huwa x-xhud fidil t’Alla l-Missier, u aħna, għeżież tiegħi, li bis-saħħa tal-Magħmudija mpenjajna lilna nfusna u rċevejna l-grazzja li nkunu f’Ġesu’, li nkunu bħal Ġesu’, aħna wkoll imsejħa biex inkunu xhieda.

Kif smajna f’din il-Kelma, Ġesu’ jgħidilna li aħna se nkunu xhieda tiegħu. U bħal Ġesu’, ix-xhieda tagħna trid tkun fil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. Ġesu’ mhux qed jibgħatek tkun xhud tiegħu bil-qawwa tiegħek, imma bil-qawwa tal-Ispirtu. Għalhekk għandna bżonn Pentekoste: biex inkunu Knisja li tevanġelizza. Allura I-Ispirtu s-Santu jagħtina l-qawwa u jneħħi l-biża’ minn ġewwa fina biex aħna nevanġelizzaw.

L-Ispirtu s-Santu jagħtina l-grazzja li nkunu xhieda ta’ Ġesu’ fl-għaqda ta’ bejnietna. F’Pentekoste titwieled il-Knisja bħala komunita’. Hekk trid tidher ix-xhieda tagħna: fl-għaqda ta’ bejnietna. L-Ispirtu s-Santu jagħtina l-qawwa sabiex ix-xhieda tagħna tidher fl-eżempju tagħna fil-ħajja ta’ kuljum.  Fl-imġieba tagħna bħal Ġesu’, aħna hemmhekk nagħtu xhieda ta’ Ġesu’.

Ix-xhieda tagħna trid tkun bil-kliem – meta għandna l-opportunita’ li nxandru l-Kelma tal-Mulej, li ngħidu l-Verita’, li nsemmgħu leħen Ġesu’. Ix-xhieda tagħna trid tkun anke bil-martirju tagħna, meta aħna verament nagħtu ħajjitna kompletament lil Ġesu’, anki sal-mewt. Ix-xhieda tagħna, bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, trid tidher ukoll bis-sinjali tal-Ispirtu, tal-Ispirtu s-Santu li għadu jfejjaq u li għadu jeħlisna mill-ħakma tax-xitan. J’Alla għeżież tiegħi aħna nkunu tassew xhieda ta’ Ġesu’, bil-qawwa tal-Ispirtu!

Talba:

Spirtu s-Santu Alla, aħna għandna bżonnok. Nitolbuk sabiex tagħtina I-qawwa tiegħek. Nitolbuk sabiex inti teħlisna mill-beżgħat li jaħkmuna meta niġu biex inkunu t’eżempju tajjeb għall-oħrajn. Eħlisna mill-biża’ li taħkimna meta nibżgħu nitkellmu dwar Ġesu’, meta nxandru l-Vanġelu, inxandru l-Verita’. Spirtu s-Santu, agħtina l-qawwa tiegħek sabiex anke jekk Ġesu’ jsejħilna biex nagħtu ħajjitna kompletament lilu fl-imħabba sal-punt tal-martirju, aħna nkunu lesti li dan nagħmluh.

Spirtu s-Santu Alla, minn qalbna nitolbuk sabiex inti tkompli twettaq il-mirakli, il-fejqan, u l-eżorċiżmi. Kompli wettaq is-sinjali tiegħek, ħalli nkunu kif kienet il-Knisja tal-bidu, f’Pentekoste’, li waqt li l-appostli jagħtu xhieda, is-sinjali kienu jsieħbu x-xhieda tagħhom.

Spirtu s-Santu, ejja u agħmel minna evanġelizzaturi, appostli, u dixxipli ta’ Ġesu’ fi żminijietna. Spirtu s-Santu, ejja mliena bil-qawwa kollha tiegħek. Għallimna kif nafdaw fil-qawwa tiegħek. Għallimna kif nistrieħu fuq il-qawwa tiegħek. Għallimna kif inħaddnu l-qawwa tiegħek u ma nibżgħux nintelqu f’idejn il-qawwa tiegħek. Ħalli d-dinja kollha tagħraf u tħobb lil Ġesu’ bħala l-uniku Sid u Salvatur tagħna.

Mur għat-Tielet Jum tan-Novena lill-Ispirtu s-Santu

Niżżel id-disat ijiem tan-Novena f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s