🌻 Mhux kull deċiżjoni għandha l-istess effetti fuq il-ħajja ta’ min jeħodha. Xi deċiżjonijiet jaffettwawna għal ftit, oħrajn aktar importanti jaffettwawna għal żmien twil jew għal ħajjitna kollha. Dik fundamentali taffettwana:
- fuq id-deċiżjonijiet importanti ta’ ħajjitna kollha,
- u fuq kif se nkunu fl-eternita’.
🌻 Mela, idejalment, din hi d-deċiżjoni li għandna niffurmaw tajjeb fiż-żmien taż-żgħożija biex tmexxina sewwa tul ħajjitna u twassalna għall-ħajja ta’ dejjem.
🌻 Fil-fatt Alla jsejjaħlu “iblah” lil min ħajtu jaħliha f’dak li jispiċċa u ma jibqax għal dejjem.