Il-Madonna veru tidher lil xi wħud fid-dinja?

26

🌻 Bħalma dehret f’postijiet bħal-Lourdes u Fatima, hekk ukoll tista’ tagħżel li tidher fejn trid hi. Huwa Ġesu’ nnifsu li jibgħatha biex tħeġġeġ lin-nies jersqu aktar lejn Alla u jgħixu aktar tajjeb. Bħala Omm, hi tagħmel dan bil-qalb għax ma tridx li xi ħadd minn uliedha jintilef fl-infern.

🌻 Il-Madonna, fil-messaġġ tagħha (jekk id-dehra tkun ġenwina), qatt ma tgħidilna xi ħaġa ġdida, imma dejjem tirrepeti l-istess messaġġ tal-Vanġelu u dan kif mgħallem mill-Knisja li hi tagħmel parti minnha.

🌻 Il-Knisja tapprova jew ma tapprovax dehra tal-Madonna fuq dawn il-kriterji:

  • Id-dehriet iridu jkunu spiċċaw (eżempju d-dehriet f’Medjugorje għadhom għaddejjin għalhekk il-Knisja għadha ma tista’ tgħid xejn dwarhom).
  • Irid ma jkunx hemm fihom tagħlim li jmur kontra dak li tgħallem il-Knisja.
  • Trid tirriżulta fi frott ġenwin ta’ ndiema f’qalb in-nies li qed isegwu dawn il-messaġġi.

🌻 Ġeneralment il-Madonna, meta tara li n-nies verament qed titlaq it-triq tal-ħażen u timxi wara Kristu, tagħti sinjal eżempju:

  • Lourdes – ilma li ħareġ b’mod mirakuluż u bih fiequ ħafna nies b’miraklu.
  • Fatima – il-folla t’eluf ta’ nies rat sinjal qawwi ħafna, li baqa’ magħruf bħala l-MIRAKLU TAX-XEMX, meta kienet miġbura għall-aħħar dehra (fit-13 t’Ottubru 1917). Dak inhar, waqt id-dehra, kienet nieżla xita kontitwa, imma meta l-Madonna ppuntat lejn ix-xemx, in-nies raw ix-xemx tersaq lejhom, mhux biss evaporat l-ilma kollu tax-xita fi ftit sekondi, imma wkoll werwret lin-nies li ħasbu li din kienet ser toqtolhom. Fir-realta’, minkejja li b’miraklu, x-xemx rawha tikber u tersaq lejhom, m’għamlitilhom l-ebda ħsara. B’dan il-miraklu ħafna nies li kienu għadhom xettiċi, kellhom jemmnu u nies oħrajn fiequ minn mard li ma jitfejjaqx f’dan il-waqt.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s