🌻 Hemm żewġ tipi ta’ suċċess: jew dak skont id-dinja jew dak skont Alla. Fid-dinja huwa suċċess dak li hu:
- mlaħħaq,
- sinjur,
- komdu,
- famuż,
- għandu kull sodisfazzjon (sesswali, oġġetti, propjeta’ …), eċċ… u
- min jirnexxilu jibni ‘image’ tiegħu nnifsu fil-pubbliku.
🌻 Huwa suċċess skont Alla dak li jobdi ‘l Alla u li jaħżen teżori fis-Sema bit-talb, sawm u karita’. Huwa suċċess dak li jgħix fil-virtu u jipprova jsir dejjem aktar jixbah lil Kristu. Aktar ma wieħed isir jixbah lil Kristu, aktar isir bniedem li jagħti glorja ‘l Alla u jsir bniedem sħiħ.