X’tip ta’ żbalji għandha l-Bibbja?

58

🌻 Alla ma ddettax il-Bibbja. Alla nebbaħ u ħalla f’idejn l-awturi umani biex jifformulaw fil-kliem u l-kitba l-messaġġ tiegħU. Dawn uzaw il-mezzi kulturali, ta’ intelligenza u informazzjoni li kellhom biex jesprimu l-messaġġ ta’ Alla.

🌻 Mela peress li l-awturi umani ġieli kellhom xi ideat żbaljati fuq numri, ismijiet ta’ postijiet, ideat fuq id-dinja u l-univers, eċċ, insibu minnhom fil-kitbiet taghhom.

🌻 B’daqshekk ma jfissirx li l-Bibbja żbaljata u falza għax li jgħodd huwa l-messaġġ spiritwali, u dan ma jiġix affettwat minn dettalji żbaljati bħal ma semmejna.

🌻 Iva, il-Bibbja għandha żbalji dwar fatti (per eżempju, dati, ismijiet, dettalji fuq postijiet) li mhux meħtieġa għar-rabta tagħna m’Alla.

🌻 Il-messaġġ spiritwali, jiġifieri dak li ried jagħtina Alla, huwa ċert u mingħajr żbalji – huwa l-verita’ għas-salvazzjoni tagħna.

🌻 Il-Fidi hi rigal li jagħtina Alla. Aħna nistgħu nieħdu ħsiebha u nkabbruha u/jew nistgħu nitraskurawha u nitilfuha. Biha aħna nagħmlu ‘esperjenza’ ħajja tieghU meta nemmnu fiH, nafdawH u nfittxuH fit-talb.

🌻 Il-kitbiet nstabu u ġew miżmuma minn ġenerazzjoni għall-oħra. Minn dejjem ġew meqjusa bħala Kotba Sagri.

🌻 Ma setgħatx tkun leġġenda għax il-Kelma t’Alla għada u tibqa’ tapplika għal kull żmien u ġġib bidla ta’ vera f’dawk li jimxu fid-dawl tagħha.

🌻 Prova ta’ dan huma l-qaddisin anki fi żminijietna – li kieku din kienet leġġenda, ma kienx ikollha l-ebda effett fuq il-ħajja tal-bniedem.

Veru li r-reliġjonijiet kollha jsalvaw lin-nies tagħhom? 

37

🌻 Illum hawn ħafna li jgħidu li r-reliġjonijiet kollha tajbin u kollha jwasslu lil min isegwihom għas-salvazzjoni, basta l-persuna tosserva sewwa r-reliġjon. Dan mhux veru. Fil-verita’, l-ebda reliġjon ma għandha l-ħila ssalva lil xi ħadd. Kristu biss għandu s-setgħa jsalva lill-bnedmin kollha. Kristu biss hu Alla fostna u jsalva lill-bniedem billi jagħmlu parti minnu stess.

🌻 Ir-reliġjon kristjana hija mezz mill-aktar qawwi biex il-bniedem jintrabat ma’ Kristu u jirċievi minn għandu l-Ispirtu tiegħu.

🌻 Kristu jsalva wkoll lil nies li bla ħtija tagħhom ma jafuhx, kemm-il darba dawn ikunu għexu sewwa. Jiġifieri jekk dawn ikunu obdew il-leħen ta’ Alla ġewwa fihom (il-kuxjenza). Permezz tal-kuxjenza, Alla jsejjaħ lil kull bniedem biex jagħmel il-ġid u jaħrab id-deni. Il-ġudizzju ta’ nies li ma kienux jafu lil Kristu tul ħajjithom isir minn Kristu u fuq kemm obdew lil Alla billi semgħu mill-leħen tal-kuxjenza.

Ġesu’ miet għalina biex isalvana. Minn xiex ried isalvana?

90523714_1402502569936661_3380668384742998016_n

🌻Ġesu’ salvana mill-għar għadu tagħna – id-dnub. Minkejja dan, xorta ħalliena fil-liberta’ li nagħżlu lilu jew le – xejn ma jġiegħlna nagħmlu bilfors.

🌻 Li kieku l-agħar għadu tagħna kien il-mard, Alla kien jibgħat l-aqwa tabib.

🌻 Li kieku konna neħtieġu progress fix-xjenza, kien jibgħat l-aqwa xjentist.

🌻 Li kieku l-aktar ħaġa li kellna bżonn kienet l-inteliġenza, kien jibgħat l-aqwa filosfu.

🌻 Imma l-għadu l-kbir tagħna kien id-dnub li minħabba fih kien ħaqqna l-infern. Imma għax Ġesu’ ħa fuqu l-kastig tad-dnub tagħna u sofra HU minflokna, issa, nistgħu naqalgħu il-maħfra ta’ dnubietna u niġu meħlusa wkoll mill-kastig li ħaqqna għax dnibna.

🌻 Min jgħix fid-dnub hu maħkum mid-dnub u għalhekk huwa wkoll taħt is-setgħa tax-xitan li għadu u jibqa’ taħt il-konsegwenza tad-dnub!

🌻 Min jgħix fil-grazzja t’Alla (u jagħmel ħiltu biex jaħrab l-okkażżjonijiet li jistgħu wassluh biex jidneb) hu meħlus mill-konsegwenzi tad-dnub u jinsab taħt il-protezzjoni t’Alla u diġa għandu b’garanzija il-Ġenna bħala destinazzjoni tiegħu.

🌻 Il-paċi misterjuża li meta Ġesu’ kellimna dwarha qalilna li m’għandha xejn x’taqsam ma dak li tista’ tagħtina d-dinja bil-pjaċiri kollha tagħha. Dawk biss li għandhom din il-paċi jistgħu jifhmu li hi l-garanzija li mexjin fit-triq it-tajba. Din il-paċi li Ġesu’ jagħtina ddewwaqna, għalkemm f’ammonti żgħar ħafna dak li se jkollna f’mod li ma jistax jitkellem fl-eternita’.

🌻 Il-Kelma t’Alla tgħidilna: “Duqu u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej” (Salm 34: 8) Il-Kelma ‘duqu’ hi stedina għalina lkoll biex ‘induqu’ t-tjubija tal-Mulej! Inutli nirrakkonta u nispjega fid-dettal kemm għandu togħma tajba l-ġelat jew xi ikel ieħor, diment li ma dduqux, ma tistax tesperjenza inti stess it-tjubija tiegħu. Duqu u taraw, mela min iduq, wara jara. X’jara? Jara dak kollu li wriena Alla fuqu nnifsu.