🌻 Iva, żgur imma jrid ikollna attitudni u xewqa sinċiera li nsibu lil Alla, ħalli naraw xi jrid jgħidilna u nfasslu ħajjitna fuq dak li jrid Hu.
🌻 Hu stess wegħedilna din il-ħaġa. F’Ġeremija 29: 11 Alla jgħid li kull wieħed u waħda minna:
“Jien naf il-pjanijiet li ħsibt għalikom; pjanijiet ta’ ġid u mhux ta’ ħsara, li nagħtikom ġejjieni mimmli tama. Intom issejjħuli u tiġu titolbuni u jien nismagħkom, tfittxuni u ssibuni. Meta tfittxuni b’qalbkom kollha, issibuni.”
🌻 Mela, la Hu stess wegħedna u aħna nemmnu li Hu ħaj, iweġibna ŻGUR għax min hu haj, jikkomunika.