X’għandi nagħmel fil-prattika biex ngħix dejjem fil-Ferħ Spiritwali?

68

🌻 Fil-Prattika għandi:

  • Nidħol fil-preżenza t’Alla bil-fidi.
  • Il-fidi hi ftuħ – ftuħ tal-qalb tagħna quddiem Alla.
  • Dan il-ftuħ iwassalna biex nagħmlu ‘esperjenza ħajja’ ta’ Ġesu’ ‘ħaj’ f’ħajjitna.

🌻 Biex nagħraf il-veritajiet tal-fidi, irrid l-ewwel nagħmel att ta’ fiduċja f’Alla u nemmen f’MIN bagħat – IBNU L-GĦAŻIŻ. Jekk nemmen li Ġesu’ jħobbni u ġie biex isalvani, allura:

  1. ser nafdaH,
  2. ser nieħu pjaċir niltaqa’ miegħU fit-talb,
  3. se nfittxU sa ma nsibU,
  4. sa ma nisma’ leħnU,
  5. sa ma nħalliH imexxili ħajti
  6. sa ma jwassalni għall-Glorja tal-Ġenna.

Alla kif ikellimna? Kif nisimgħuH?

2

🌻 Fl-arja madwarna għandna ħafna frekwenzi tar-radju imma jrid ikollok ir-radju u dan mixgħul biex taqbad il-frekwenzi.

🌻 L-istess ma’ Alla. Alla qiegħed magħna u lest li jkellimna, imma rridu nkunu lesti li nisimgħu b’attenzjoni u b’qalb miftuħa.

🌻 Ma rridux inħallu la l-istorbju ta’ madwarna u l-anqas l-istorbju ta’ ġo fina (distrazzjonijiet li toffrilna d-dinja ta’ madwarna) itelfulna milli inkunu in-tune ma’ dan li jixtieq jghidilna Alla.

🌻 Ir-Randan huwa żmien tajjeb ħafna biex aħna nagħtu dan l-ispazju għal Alla u nfittxu li ningħaqdu miegħu fit-talb minn post li fih nistgħu ninġabru u jkollna l-inqas dirtrazzjonijiet possibbli.