Kif Alla jagħmel il-mirakli imma lil ħafna nies morda ma jgħinhomx u dawn imutu?

19

🌻 Jista’ jkun minħabba dawn iż-żewġ raġunijiet:

  • nuqqas ta’ fidi u nuqqas ta’ ħajja nisranija mgħixa tajjeb
  • u d-dnub.

🌻 Jista’ jkun illi f’għajnejn Alla, mhux li jfiequ l-aqwa ġid għalihom.

🌻 Aħna mhux dejjem inkunu nafu it-triqat ta’ Alla, imma żgur li għall-ġid ta’ ruħna.

 

X’jagħmel l-Ispirtu s-Santu fil-ħajja tal-bniedem u liema huma xi wħud mill-vokazzjonjiet li jagħti?

29

🌻 L-Ispirtu s-Santu nistgħu ngħidu li jagħmel kollox fil-Knisja. Hu:

  • jagħti l-fidi, it-tama u l-imħabba,
  • iqajjem mexxejja,
  • joħroġ dejjem il-verita’ fil-Knisja tiegħu,
  • jifforma qaddisin,
  • iwettaq kull Sagrament,
  • iqanqal il-kuxjenza ta’ kull bniedem,
  • jagħmel sejħiet (vokazzjonijiet) u
  • jagħti s-saħħa pass pass biex dawn jitwettqu.

L-Ispritu s-Santu hu l-bennej tal-Knisja fuq kull livell tagħha.

🌻 L-ewwel l-vokazzjoni li jagħti l-Ispirtu s-Santu hi dik tal-Magħmudija, li biha nidħlu fi Kristu u li ngħixu l-fidi, tama u mħabba agape ta’ Kristu.

🌻 Żewġ vokazzjonjiet oħra Sagramentali huma ż-Żwieġ u l-Ordni Sagri.

🌻 Vokazzjoni speċjali oħra hi l-Verġinita’ għas-Saltna tal-ħajja reliġjuża jew ta’ xi għaqda bħall-Mużew.

🌻 Lil uħud jagħmilhom missjunarji, oħrajn katekisti, oħrajn li jaħdmu fis-soċjeta’ biex jġibuha ‘l quddiem.