🌻 Fit-tagħlim tiegħu, Ġesu’ jgħidilna:
- “Ishru u itolbu biex ma tidħlux fit-tiġrib” (Mattew 26, 41)
- Fil-Missierna, Ġesu’ għallimna nitolbu: “Iddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mid-deni” li fi kliem ieħor, Ġesu’ jridna nitolbu ‘l Missierna tas-sema: “tħalliniex naqgħu fit-tiġrib, tħalliniex naqbdu t-triq li twassal għad-dnub.”
🌻 Jeħtieġ li nfittxu l-qawwa ta’ Alla u biex nagħmlu dan:
- Irridu nkunu konvinti li “Alla hu fidil u ma jħallikomx tiġġarbu aktar milli tifilħu; jaħseb li mat-tiġrib jagħtikom il-qawwa u l-għajnuna biex tkunu tifilħu għalih” (1 Korintin 10, 13)
- Għalhekk imiss lilna, li rċevejna l-qawwa speċjali u d-dawl tal-Ispirtu s-Santu fis-sagrament tal-Griżma, li nagħmlu kuntatt miegħu u nfittxuh, l-aktar meta nħossuna dgħajfa.