Hemm evidenza storika li Ġesu’ ta’ Nazaret vera eżista? Liema hi? Għandhom raġun dawk li jgħidu li Ġesu’ huwa invenzjoni ta’ xi nies?

5

🌻 Iva, hemm evidenza storika li Ġesu’ ta’ Nazaret vera eżista. Dan insibuh f’dokumenti storiċi li m’humiex tal-insara, u għalhekk ma nistgħux ngħidu li huma foloz. Fost dawn id-dokumenti hemm il-kitba ta’ żewġ kittieba tal-istorja, wieħed Ruman (Tacitus) u wieħed Lhudi (Ġużeppi Flavju). Insibuh ukoll imsemmi f’dokumenti ta’ pagani – bħal Plinju ż-Żgħir u tal-Lhud, – bħal fit-Talmud.

🌻 Hemm evidenza kbira wkoll li l-Vanġeli huma xog]ol tal-Ewwel Seklu miktuba fuq dak li raw ix-xhieda tal-bidu (Appostli u Dixxipli).

🌻 Mela r-raġun qiegħed fuq in-naħa ta’ dawk li jgħidu li Ġesu’ hu tassew figura storika, u mhux xi invenzjoni ta’ xi nies b’xi interess personali f’din l-invenzjoni.

Ġesu’ lil min ta s-setgħa tat-tagħlim?

59

🌻 Lil Pietru u lill-Appostli tahom is-setgħa li jgħallmu f’ismU. Qabel ma tela’ s-sema, bagħthom jgħallmu ma’ kullimkien.

🌻 Mela t-tagħlim tal-Bibbja jinsab f’idejn l-awtorita’ tal-Knisja biex tgħid x’inhu u biex ixxerdu ma’ kullimkien.

🌻 Aħna għandna nobdu lil Ġesu’ u nisimgħu mill-Knisja fuq is-sens ta’ dak kollu li hemm fil-Bibbja.

🌻 Għandna noqogħdu ħafna attenti minn dawk li jfissru l-Bibbja bla ma għandhom l-awtoritazzjoni tal-Knisja.

Ix-xjenza u l-Knisja jaqblu?

18

🌻 Il-mistoqsija mhix impoġġija tajjeb għax ix-xjenza hi ‘għalqa’ għaliha għax tibbaża l-istqarrijiet tagħha fuq il-materja, filwaqt li l-Knisja tgħidilna l-messaġġ spiritwali li rċeviet mingħand l-appostli.

🌻 Ix-xjenza m’għandhiex il-monopolju tal-verita’! Meta l-Knisja ppruvat tikkundanna xjenzati għax ħarġu b’ċerti teoriji li l-Knisja ħasbet li kienu se jfixklu t-twemmin spiritwali żbaljat eż. Fil-każ ta’ Galileo.

🌻 Meta xi xjentisti qalu li t-tagħlim tal-Knisja ħrafa, żbaljaw bil-kbir għax ma fehmux li x-xjenza u l-Knisja għandhom il-miżuri tagħhom kif ikejlu l-veritajiet li jistqarru.

🌻 Nistgħu ngħidu li l-Knisja tatna l-istampa kollha spiritwali u li tgħinna biex insalvaw.

🌻 Ix-xjenza, meta u kif irid Alla, ġieli turina kif saru l-affarijiet eż.

  • Jista’ jkun li xi darba ġejna mix-xadini.
  • L-arkeoloġi sabu l-arka ta’ Noe’ bil-qisien preċiżi bħalma hemm fil-Bibbja u l-lokalita’ wkoll.