32. Riflessjoni fuq Mattew 9: 14-15

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mattew 9: 14-15

Parable Of The Tares And Its MeaningL-Evanġelju skont San Mattew 9: 14-15

[Mt:9:14] Fdak iż-żmien, resqu lejn Ġesu id-dixxipli ta’ Ġwanni u qalulu: “Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”

[Mt:9:15] Qalilhom Ġesù: “Huwa l-mistednin tal-għarus se jsewwdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma jasal il-jum meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

X’jiġi l-ewwel is-Sawm jew il-Festeġġjamenti?

Ġesu’ ta spjegazzjoni sempliċi lid-dixxipli ta’ Ġwanni l-Battista. Hemm żmien li ssum u żmien li tifesteġġja u tiċċelebra. Li tkun dixxiplu u timxi ma’ Ġesu’ jfisser li tesperjenza l-ferħ ġdid tar-rabta tiegħek ma’ Kristu, imqabbel mal-Festa tat-Tieġ fejn wieħed jieħu sehem u jaqsam il-barka u l-ferħ tal-kopja li għadhom kemm ingħaqdu fi mħabbithom.

Ħsieb għal Qalbek …

Imma jiġi żmien ukoll meta d-dixxipli tal-Mulej ikollhom iġorru s-Salib tat-tiġrib u l-purifikazzjoni. Għad-dixxiplu hemm iż-żmien fejn jifraħ fil-preżenza tal-Mulej u jiċċelebra t-tjieba Tiegħu, kif ukoll iż-żmien meta jfittex lill-Mulej b’umilta’, bis-sawm, bis-sobgħa għal dnubietu.

Inti tifraħ bil-preżenza tal-Mulej li hu dejjem miegħek? U tesprimi sobgħa u ndiema għal dnubietek? Tersaq lejn il-Qrar biex tirċievi l-maħfra mingħand il-Mulej permezz tas-Saċerdot?

Itlob …

Mulej, imlieni bl-Ispirtu Qaddis tiegħek, ħalli nikber fl-għarfien tal-Imħabba u l-Verita’ tiegħek. Għenni nfittxek bil-ħerqa fit-talb u fis-sawm ħalli jien inżomm ‘il bogħod minni d-dnub u nara li ħajti tkun taqbel aktar bis-sħiħ mar-rieda mqaddsa Tiegħek.

Twajba, Ommi Marija għallimni nsib il-ferħ f’li nagħraf, inħobb u nservi lilek bħala s-Sultana tiegħi u lil Ibnek bħala l-uniku Mulej u Sid ta’ ħajti. Ammen.