25. Riflessjoni fuq Mark 8: 14-21

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mark 8: 14-21

DqeOIIr51A_1403121109063L-Evanġelju skont San Mark 8: 14-21

[Mk:8:14] Fdak iż-żmien, id-dixxipli ta Ġesu nsew jieħdu l-ħobż, u ma kellhomx ħlief ħobża waħda magħhom fid-dgħajsa.

[Mk:8:15] Hu wissiehom u qalilhom: “Iftħu għajnejkom, oqogħdu attenti mill-ħmira tal-Fariżej u mill-ħmira ta’ Erodi?”

[Mk:8:16] Huma bdew jgħidu bejniethom: “Dan għax m’għandniex ħobż?”

[Mk:8:17] Ġesù induna u qalilhom: “X’intom tgħidu bejnietkom li ma għandkomx ħobż? Għadkom ma ntbaħtux u ma fhimtux? X’ebusija ta’ ras għandkom?

[Mk:8:18] Għandkom għajnejn u ma tarawx? Għandkom widnejn u ma tisimgħux? Ma tiftakrux

[Mk:8:19] meta qassamt il-ħames ħobżiet bejn il-ħamest elef ruħ, kemm-il qoffa ġbartu mimlija bil-bċejjeċ li kien fadal?” Qalulu: “Tnax.”

[Mk:8:20] “Meta qassamt is-seba’ ħobżiet bejn l-erbat elef ruħ, kemm-il qoffa ġbartu bil-bċejjeċ li kien fadal?” Qalulu: “Sebgħa.”

[Mk:8:21] “U għadkom ma fhimtux?” qalilhom.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Għaliex l-ipokresija hija assoċjata mall-ħmira?

Għal-Lhud il-ħmira kienet sinjal ta’ ħażen. Kienet biċċa għaġina mill-fdalijiet tal-ħobż li tiffermenta. Il-fermentazzjoni kienet assoċjata mall-ħażen li wieħed jeħżien.

Għaliex Ġesu’ wissa lid-dixxipli biex jevitaw l-attitudnijiet tal-Fariżej?

Il-Fariżej kienu jinqalgħu biex jidhru reliġjużi filwaqt li kienu mimlija b’intenzzjonijiet ħżiena minn ġewwa. Il-kelma Ipokrita tfisser attur xi ħadd jippretendi dak li mhux.

Imma min jista’ jkun tajjeb ħlief Alla waħdu?

Bl-ipokresija wieħed jista’, apparentament jidher tajjeb u fl-istess waqt jaħbi dak li ma jridx li l-oħrajn jaraw fih. L-aħbar it-tajba hi li d-dawl t’Alla jikxef kemm id-dlam tal-ħażen u d-dnub, kif ukoll jirbaħ fuq il-mibgħeda bl-imħabba, fuq is-suppervja bl-umilta’ u fuq il-pretenzjoni bl-integrita’ u l-verita’. Alla jagħti l-grazzja lill-umli u lil dawk li juru sobgħa u ndiema vera ta’ dnubiethom sabiex dawn ikunu jistgħu jirbħu fuq l-ħmira tan-nuqqas ta’ sinċerita’ u fuq l-ipokresija fil-ħajja tagħhom.

Ħsieb għal Qalbek …

Int tħalli l-anzjeta’ jew il-biża’ żżommuk ‘il bogħod milli tafda lil Alla fil-Providenza tiegħu f’ħajtek?

“L-Imħabba perfetta tqaċċat l-biża’ ‘l barra.” Din insibuha fl-ewwel ittra ta’ San Ġwann kapitlu 4 vers 18. Itlob lil Alla biex jimla lil qalbek bl-imħabba tiegħu u biex ikabbar il-fidi tiegħek fil-Providenza u fl-Imħabba tiegħu lejk.

L-Appostli, inkwetaw għaliex kienu nsew iġibu l-ħobż magħhom fid-dgħajsa u dan wara li Ġesu’ kien għadu kemm wettaq il-Miraklu tat-tkattir tal-ħobż li bih temgħa 4,000 ruħ. Kemm hu faċli ninsew dak li Alla jkun għadu kemm għamel f’ħajjitna u niddubitaw fil-wegħdiet tiegħu li jieħu ħsiebna.

Meta l-Appostli komplew jinkwetaw minħabba li ma tantx kellhom ħobż Ġesu’ fakkarhom fil-mod kif hu pprovda mirakulużament il-ħobż u temgħa lil dawk l-eluf ta’ nies. Imbagħad jgħidilhom anzi jċanfarhom minħabba n-nuqqas ta’ fiduċja tagħhom f’Alla. “Ma tifhmux qalilhom”. Huwa faċli li taqbad tinkwieta fuq il-problemi u fuq il-bżonnijiet preżenti ta’ ħajtek u tinsa r-realta’ l-aktar importanti fuqhom ilkoll. Il-preżenza li dejjem qiegħda magħna t’Alla nnifsu u fil-Providenza abbundanti tiegħu fil-ħajja tagħna.

U inti titlob bil-ferħ u bil-kunfidenza? Missierna, agħtina l-ħobża ta’ kuljum.

Itlob …

Mulej, Inti biss tista’ ssostnini bil-Kelma u bl-Ispirtu tiegħek li Inti tagħtini kontinwament. Imlieni bil-ferħ u bil-qawwa biex inservik f’kull mument ta’ ħajti.

Għażiża Ommi Marija, għinni ndur mill-ħmira tad-dnub tiegħi u agħmel li jien qatt ma nattakka qalbi mall-affarijiet ta’ din id-dinja b’mod speċjali dawk li jistgħu jġibu korruzzjoni u mewt. Agħtini l-grazzja Ma, li jien ningħaqad dejjem m’Ibnek Ġesu’ u nafda b’kunfidenza totali fil-Providenza u fl-Imħabba tiegħu għalija. Ammen.