19. Riflessjoni fuq Mark 6: 53-56

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mark 6: 53-56

pastedgraphic-1L-Evanġelju skont San Mark 6: 53-56

[Mk:6:53] Fdak iż-żmien, Ġesu u d-dixxipli tiegħu, wara li qasmu għan-naħa l-oħra, waslu l-art f’Ġennesaret u rabtu d-dgħajsa max-xatt.

[Mk:6:54] Niżlu mid-dgħajsa, u n-nies minnufih għarfuh

[Mk:6:55] u marru jiġru ma’ dawk l-inħawi kollha. U bdew iġorru l-morda fuq l-imtieraħ kull fejn kienu jisimgħu li qiegħed.

[Mk:6:56] Kull fejn kien jidħol, fi rħula, bliet, jew kampanja, kienu jqiegħdu l-morda fil-pjazez u jitolbuh iħallihom imissu mqar tarf il-mantar; u dawk kollha li kienu jmissuh kienu jfiqu.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Għand min tmur bit-toqol u l-problemi tiegħek?

Bosta fi żmien Ġesu’ għarfu li hu kellu s-setgħa li jfarraġ u jfejjaq u għalhekk kienu jagħmlu minn kollox biex jersqu lejh u jirċievu dan il-fejqan. Fih raw li bħalu ħadd aktar jew ħadd qabel ma kien jagħmel dawn l-għeġubijiet kollha. Ġesu’ min-naħa tiegħu kien jilqa’ lil kulħadd, nies minn pajjiżu u saħansitra nies oħra li ma kellhomx l-istess twemmin tiegħu. Kien ifejjaqhom wieħed u wieħed u waħda waħda. Kien imisshom li jagħtihom tama u ħajja ġdida bit-tagħlim tiegħu u bih innifsu.

Ħsieb għal Qalbek …

Int tħallih lil Ġesu’ jkun il-Mulej u dak li jfejjaq il-ħajja tiegħek, il-familja u l-komunita’?

Ersaq lejh bil-fidi li hu jistenna minnek. Il-qawwa t’Alla li jfejjqek tagħtik lura mhux biss is-saħħa, imma biex tgħix f’servizz attiv u tieħu ħsieb tal-oħrajn. M’hemm l-ebda problema li hu ma jridx jgħinnek fiha u ma hemm l-ebda ħaġa li żżommna lsiera li mhix kapaċi jeħlisna minnha.

Inti tmur bil-problemi tiegħek għandu, b’fiduċja kompleta fih li hu se jgħinnek?

Itlob …

Mulej Ġesu’,  għandek tinsab il-qawwa li teħlisna u tfejjaqna. M’hemm l-ebda problema jew irbit li Int m’intix kapaċi tirbaħ fuqu. Eħlisni biex ikun nista’ nservik bil-ferħ u biex inħobb u nservi lill-oħrajn b’ġenerożita’.

Għażiża Marija, Sultana tal-ħolqien kollu, idħol għalija Int bit-talb qawwi tiegħek biex jiena ngħix b’mod sħiħ wara Ibnek fil-kumpanija tiegħek. Ammen.