14. Riflessjoni fuq Mark 6: 1-6

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mark 6: 1-6

maxresdefaultL-Evanġelju skont San Mark 6: 1-6

[Mk:6:1] Fdak iż-żmien, Ġesu mar lejn pajjiżu u d-dixxipli tiegħu marru miegħu.

[Mk:6:2] Meta wasal is-Sibt, daħal jgħallem fis-sinagoga, u l-ħafna li semgħuh bdew jistagħġbu u jgħidu: “Mnejn kisbu dan kollu? U x’inhu dan l-għerf li ngħatalu biex saħansitra qegħdin isiru dawn l-għeġubijiet kbar b’idejh ?

 [Mk:6:3] Dan m’huwiex il-mastrudaxxa bin Marija u ħu Ġakbu u Ġożè u Ġuda u Xmun? U ħutu l-bniet m’humiex hawn magħna?” U huma skandalizzaw ruħhom minħabba fih.

[Mk:6:4] Qalilhom Ġesù: “Ebda profeta ma hu bla ġieħ jekk mhux f’pajjiżu u fost qrabatu u f’daru stess.”

[Mk:6:5] U hemmhekk ma sata’ jagħmel ebda miraklu, ħlief li qiegħed idejh fuq ftit morda u fejjaqhom;

[Mk:6:6] u baqa’ mistagħġeb bin-nuqqas ta’ fidi tagħhom.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Inti tikkritikahom lill-oħrajn b’mod speċjali dawk l-aktar qrib tiegħek?

L-aktar nies li jikkritikawna b’mod sever huma ħafna drabi dawk l-aktar familjari magħna. Xi ħadd jiġi minna jew ġirien li magħhom naqsmu ħajjitna. Ġesu’ ġie affaċjat ma’ prova iebsa meta mar lura fil-belt ta’ pajjiżu f’Nazaret mhux sempliċiment bħala iben il-mastrudaxxa, imma issa bħala Mgħallem imdawwar bid-dixxipli.

Kienet użanza għal Ġesu’ li jmur is-Sinagoga kull nhar ta’ Sibt. Il-jum qaddis tal-Lhud u meta kien imissu kien jaqra mill-Iskrittura. In-nies ta’ beltu semgħuh b’attenzjoni kbira f’din l-okkażjoni għax kienu semgħu dwar il-mirakli li kien għamel fi bliet oħra.

X’sinjal kien se jagħmel f’beltu stess?

Ġesu’ ħasadhom biċ-ċanfira li tahom meta qalhom li ebda profeta jew qaddej t’Alla ma hu miġjuh qalb niesu. In-nies ta’ Nazaret ħadu għalihom b’dan l-aġir u ma riedux jisimgħu x’kellu x’jgħidilhom. Huma ddisprezzaw it-tagħlim tiegħu għax hu kien bin ħaddiem, mastrudaxxa sempliċi ħaddiem tal-id u għalhekk iddisprezzawh minħabba l-familja tiegħu.

Ħsieb għal Qalbek …

Kemm drabi l-familjarita’ twassal għal nuqqas ta’ rispett żbaljat fl-oħrajn. Ġesu’ ma seta’ jagħmel l-ebda manifestazzjoni tal-qawwa tiegħu fosthom għax qalbhom kienet iebsa u magħluqa bin-nuqqas ta’ twemmin fih. Jekk in-nies flimkien jaslu jobgħodu u jirrifjutaw li jifhmu, allura ma jaraw xejn ħlief il-punt tagħhom u ma jaslux li jħobbu u jaċċettaw lill-oħrajn.

Inti malajr tieħu għalik u toffendi ruħek minħabba l-oħrajn?

Itlob …

Mulej Ġesu’, Inti l-milja tat-tamiet u x-xewqat kollha tagħna. L-Ispirtu tiegħek jagħtina l-grazzji, l-verita’, l-ħajja u l-liberta’. Imlieni bil-vera ferħ tal-Evanġelju li ġejt twasslina u ħeġġeġ lil qalbi bl-imħabba u ż-żelu għar-rieda mqaddsa tiegħek. Ammen.